Illum previous editions

ILLUM 18-07-2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1393931

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 27

09 illum • IL-ĦADD 18 TA' LULJU 2021 aħbarijiet neżlin u l-Ewropej qed jiltaqgħu madwarna? L-MEP Beata Szydio L-Olanda - Terġa' tiħmar u l-PM jiskuża ruħu! L-Olanda neħħiet ir- restrizzjonijiet fuq il-clubs u l-postijiet tad-divertiment u dan wassal għal żieda ta' aktar minn 500% fil-każi l-ġodda tal-Covid-19. Fil-fatt bejn l-10 u t-13 ta' Lulju il-każi l-ġodda dejjem qabżu is- 7,000, bl-akbar numru jkun nhar l-10 ta' Lulju b'10,283 u l-inqas nhar it-13 ta' Lulju b'7,281. Minkejja dan, in-numru ta' mwiet dejjem baqa' baxx ħafna, u laħaq l-ogħla livelli bi tliet imwiet. Minkejja dan bi kważi 52,000 każ ġdid f 'ġimgħa (35,863 bejn l-10 u t-13 ta' Lulju) il-Prim Ministru Olandiż Mark Rutte kien kostrett japoloġizza u jammetti li l-uħ f 'daqqa ta' ċerti stabbilimenti kien "żball ta' ġudizzju." Intant 11-il reġjun fl-Olanda huma klassifikati bħala "ċentri serji ħafna ta' Covid-19". DutchNews.nl irrappurtat kif ir-reġjun ta' Amsterdam huwa wieħed mill-agħar li intlaqtu b'646 infezzjoni kull 100,000 abitant. Groningen issa saret reġjun "aħmar skur", kif saru Utrecht, Rotterdam, Kennermland u oħrajn. Intant ir-rata ta' vaċċinazzjoni fl- Olanda hija kemmxejn aħjar minn tal-Italja u anke mis-Serbja, iżda xorta 'l bogħod ħafna minn dak meħtieġ biex tintlaħaq l-immunità. Sal-14 ta' Lulju kienu b'kollox 38% tal-Olandiżi li kienu mlaqqmin b'mod komplet. Spanja: Żidiet - l-aktar fejn hemm it-turiżmu Nhar id-9 ta' Lulju infetħu l-clubs u d-diskoteki fi Franza, minkejja li anke hawnhekk komplew jiżdiedu l-każi wkoll minħabba d-Delta, li mistenni jsir il-varjant ewlieni f 'dan il-pajjiż ukoll. Minkejja dan ħafna clubs xorta baqgħu magħluqin minħabba r-restrizzjonijiet li bihom infetħu, fosthom li biex jidħlu n-nies iridu jkunu vvaċċinati. U hawnhekk tibda l-problema hekk kif is-sit France 24 ifakkar li huma biss 21% ta' dawk bejn it-18 u d-29 sena li huma vvaċinati biż-żewġ dożi. Mill-10 sat-13 ta' Lulju il-każi varjaw minn 1,260 nhar it-12 ta' Lulju sa 6,950 nhar it-13 ta' Lulju. Dan huwa ħafna inqas minn numri li kienu qed jirreġistraw Franza fl-eqqel tal-pandemija. Din il-ġimgħa tħabbar li Franza qed tħares lejn l-użu mandatorju tal-vaċċin, anke għar-ristoranti - inċidentalment fl-istess ħin, li l-UE kienet qed tgħid li dik ta' Malta li ma tħalliex turisti jiġu hawn bla vaċċin kienet "diskriminatorja". Fi Franza l-proċess ta' vaċċinazzjoni huwa fl-istess ilmijiet bi it aktar minn 36% imlaqqmin sat-13 ta' Lulju. Franza - Id-diskoteki jiftħu, imma ħafna miż- żgħażagħ mhux ivvaċinatimwiet Is-sitwazzjoni f 'termini ta' numri mhux qed titjieb wisq b'Katalunja u Valencia - it-tnejn imissu mal- Mediterran u allura jattiraw aktar turisti - jaraw żidiet pjuttost qawwija li wasslu għal restrizzjonijiet ġodda. Fost dawn hemm il-limitu ta' gruppi soċjali li issa jistgħu jkunu biss sa 10 minn nies. Fil-Katalunja l-inċidenza tal- Covid-19 żdiedet għal 725 każ għal kull 100,000 abitant. Spanja rreġistrat 43,960 każ nhar is-13 ta' Lulju, iżda l-imwiet baqgħu baxxi meta tikkumpara, bi 13. Iż-żieda fil-każi kienet ukoll immarkata f 'Mallorca, Menorca, Ibiza u Formentera (il-gżejjer Baleriċi) fejn il-każi reħgħu telgħu għal 304 minn kull 100,000 abitant skont il-Ministeru tas-Saħħa Spanjol. Dawn il-gżejjer ukoll huma popolari ħafna mat-turisti, speċjalment żgħażagħ. Minkejja dawn in-numri, il- Gvern Spanjol, laqqam persentaġġ konsiderevoli tal-poplu, total ta' 44.7% imlaqqmin biż-żewġ dożi sat-13 ta' Lulju. Xorta dawn huwa ħafna inqas minn Malta, fejn 80% huma imlaqqmin b'żewġ dożi. Tuneżija: Maħkuma minn tsunami ta' każi u mwiet Mhijiex fl-Ewropa imma hija ħafna eqreb għal Malta minn ħafna pajjiżi oħrajn Ewropej. Il- ġar tagħna, 45 minuta 'l bogħod - it-Tuneżija - fl- aħħar ġimagħtejn kienet sejra fid-direzzjoni opposta tal-Ewropa - b'lockdowns stretti, l-armata u l-pulizija jgħassu t-toroq u sptarijiet mballati b'pazjenti sa ruħ ommhom. F'diversi setturi tal- midja internazzjonali kien espress tħassib serju għas- sitwazzjoni f 'dan il-pajjiż ġar, li fl-aħħar jiem kien qed jitpoġġa fil-lista l-ħamra ta' diversi pajjiżi inkluż ta' Malta. F'sitt ijiem - bejn id-9 u l-14 ta' Lulju - it-Tuneżija rresġitrat 45,380 każ pożittiv (popolazzjoni ta' 12-il miljun). Iżda jekk kien hemm bżonn ta' eżempju ċar illi mhumiex l-każi li huma importanti daqs kemm huwa n-numru ta' nies li jkollhom jiddaħħlu l-isptar u l-imwiet huwa propju dan il-pajjiż, fejn fl-istess sitt ijiem waħedhom mietu xejn inqas minn 984 persuna li kellhom il-Covid-19, b'jumejn differenti jirreġistraw kważi 200 mewt kull wieħed. Sal-Ħamis 4,667 persuna kienet fi isptar - li minnhom 655 kienu f 'ITU u 158 taħt ventilator. Agħar minn hekk ir-rata ta' vaċċinazzjoni hija ferm u ferm baxxa meta kkumparat ma' pajjiżi Ewropej, hekk kif huma biss 5.3% tal-poplu li ħa ż-żewġ dożi.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18-07-2021