Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1393931
IL-ĦADD 18 TA' LULJU 2021 • illum opinjoni Your evening date with a Masterpiece 17, 24 and 31 July 2021 1700 hours to 2100 hours includes entrance to Masterpieces at MUŻA & a complimentary drink and platter Price: €10 Adults / €5 Children www.muza.mt NDSF: il-Fond li qed jgħaqqad Proġetti u Komunitajiet Alex Muscat L -ewwel li ma tiekol l-għajn. Meta nżommu l-ambjent li ngħixu fih fi stat tajjeb, il-burdata kollettiva tal-lokal titjieb u s-sens ta' komunità tissaħħaħ. B'dan il-ħsieb f 'moħħna, l-NDSF għadha kemm ħabbret investiment ta' miljun ewro fi proġett ta' illuminazzjoni bla preċedent fl-Mdina. Dan ħabbritu it biss wara li kkomunikat proġett ta' urban greening fil- qalba tal-Ħamrun. Dawn iż-żewġ proġetti rridu nqisuhom fil-kuntest kollu tagħhom. Ninsabu fi żmien ta' pandemija globali, żmien li kieku mhux għall-investiment dirett barrani f 'pajjiżna, qed inħossu l-għafsa tiegħu ferm iktar. Il-proġett tal-Mdina huwa partikolarment sinifikanti, meta tqis li għal snin twal, waħda mill-iktar bliet importanti storikament, arikitettonikament u soċjalment fl-Ewropa, tħalliet fi stat li xejn ma jġibilha ġieħ. L-installazzjoni ta' dwal tal-aħħar teknoloġija se tkun finanzjata mill-NDSF u imwettqa minn Infrastructure Malta. L-investiment tħabbar waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata din il-ġimgħa mill-Ministru għat- Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg u s-Segretarju Parlamentari għaċ- Ċittadinanza u l-Komunitajiet Alex Muscat. Dik li fil-passat kienet il-belt kapitali ta' Malta hija t-tieni l-aktar belt li jżuruha turisti f 'pajjiżna. L-Mdina għandha valur imprezzabbli kemm f 'kuntest lokali u anke' internazzjonali, u l-pożizzjoni ġeografika tagħha tippermettilha titgawda minn ħafna nħawi fil-gżejjer Maltin. Il-proġett ta' illuminazzjoni se jħalli impatt viżiv pożittiv għad-diversi rħula tal-madwar, filwaqt li ma jsarraf f 'ebda ħsara ambjentali. Se jiġi installat dawl esterjuri madwar il-binjiet ewlenin tal-Mdina, li bħalissa jinsabu mudlama jew imdawwla b'mod li ma jirrifletti xejn is-sbuħija arkitettonika tagħhom. Dawn jinkludu l-Katidral tal- Mdina, il-Knisja tal-Karmelitani, il-Bieb tal-Mdina, il-Bieb tal-Griegi u Palazzo Vilhena. Se tintuża teknoloġija moderna biex jinbidel id-dawl fil-belt innifisha. Id-dawl ġdid għandu jservi mhux biss biex isebbaħ l-Mdina, iżda jħares il-binjiet storiċi mit- tniġġiż iġġenerat mid-dawl. Se jinbidel ukoll id-dawl mal-fortifikazzjonijiet tal-Mdina u Ġnien Howard. Proġett ieħor, din id-darba ta' tħaddir f 'nofs ta' zona urbana, tħabbar riċentement fil-Ħamrun. Żona li bħalissa tintuża biss bħala parkeġġ u li issa se tinbidel f 'roof garden fil-Ħamrun. Dan tħabbar mill-Ministru għall-Ambjent, it-Tibdil fil-Klima u l-Ippjanar Aaron Farrugia u s-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet Alex Muscat, waqt konferenza tal-aħbarijiet f 'Misraħ is-Sebgħa ta' Ġunju 1919, fejn se jitwettaq il-proġett. Bħala parti mid-disinn, ser jinżamm l-istess spazju ta' parkeġġ li huwa disponibbli attwalment, filwaqt li se jkun installat li għall-aċċessibilità ta' kulħadd u latrini pubbliċi. Mal-faċċata tal-istrutturi l-ġodda, ser jiġi installat ġnien vertikali, biex dawn l-istrutturi jkunu integrati bl-aħjar mod possibli mad-disinn ġenerali. Il-proġett, li jiswa' iktar minn €1.5 miljun, huwa finanzjat mill-Fond Soċjali u għall-Iżvilupp Nazzjonali u mwettaq minn GreenServ. Dan il-proġett innovattiv ħa jtejjeb il-kwalità tal-ħajja tar-residenti billi joffri spazju ekoloġiku miuħ, fejn se jitħawwlu siġar u arbuxelli. Huma dawn it-tip ta' ideat innovattivi li se jikkontribwixxu għal spazji aktar ħodor f 'żoni urbani ta' densità għolja, li bħalissa huma assoċjati ma' uċuħ tat-tarmak u traffiku eċċessiv. Dan il-proġett huwa intiż li jtejjeb il-kwalità tal-ħajja għar-residenti li joqgħdu f 'din iz-zona urbana u jippromwovi stili ta' ħajja sostenibbli. L-ispazju ġdid ser joffri post alternattiv ta' rilassament aċċessibbli faċilment u l-bogħod mit-traffiku. L-istess bħal fil-każ tal-Mdina, dan mhux proġett iżolat. Anzi, huwa wieħed minn sensiela ta' investimenti simili, b'aktar proġetti pjanati f 'Ħal Qormi, fil- Mosta, u f 'Ħaż-Żabbar. Proġetti ippjanati flimkien u b'mod li jagħmel sens ħolistiku huma s-soluzzjoni għal pajjiżna. Qed nikkollaboraw, mhux biss bejn Ministeru u ieħor, imma bejn entità u oħra, bejn lokalità u oħra. Dak li qed jgħaqqad dan kollu huma l-fondi tal-NDSF. L-impenn tal-Gvern jibqa' li nħarsu l-interessi taċ-ċittadini Maltin u Għawdxin, fosthom billi niżguraw li pajjiżna jibqa' jattira l-investiment dirett barrani, li qed jippermettilna ninvestu aktar fil-komunità. Alex Muscat huwa s-Segretarju Parlamentari għaċ-Ċittadinanza u l-Komunitajiet.