Illum previous editions

ILLUM 18-07-2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1393931

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 27

27 films illum • IL-ĦADD 18 TA' LULJU 2021 Carmel Bonnici Far from the Madding Crowd (1967) - Xogħol klassiku minn ktieb letterarju (1) Wieħed mill-iġganti tal- letteratura Ingliża hu, bla dubbju ta' xejn, Thomas Hardy. Dan il-kittieb u poeta twieled f 'Dorsetshire nhar it-2 ta' Ġunju 1840. F'żogħżitu tħarreġ biex isir perit u wara li ddistingwa ruħu f 'dan il- mestier, iddeċieda li jsir kritiku tal-arti. Is-suċċess imdaqqas bl-ewwel xogħol tiegħu bħala kittieb, Desperate Remedies (1871) ħajru li jaqbad karriera ta' awtur kreattiv litterarju. L-ewwel suċċess kbir tiegħu kien Far From The Madding Crowd (1874) u immedjatament ġibed l-attenzjoni ta' udjenza kbira u vasta għal serje ta' novelli qawwijin, pjuttost tetri, li juru l-ħajja fir-reġjun tal-Lbiċ tal- Ingliterra. L-aktar notevoli minn dawn kienu The Return Of The Native (1878), The Mayor Of Casterbridge (1886), Tess Of The D'Ubervilles (1891) u Jude, The Obscure (1895). Hardy, wara dawwar ħarstu lejn il-poeżija, suġġett li għal żmien twil qabel kien jippreferi u fl-1908 ippubblika The Dynasts (1903-1908), xogħol epiku ta' żmien l-era ta' Napuljun. Dan il-proġett indika espressjoni mimlija tal-veduti maturi filosofiċi tiegħu. Minn dejjem kien ikkunsidrat wieħed mill- persuni litterarji ta' żmienu. Thomas Hardy miet nhar il-11 ta' Jannar 1928 fil-għomor ta' 79 sena u l-irmied tiegħu jinsab f 'Westminster Abbey. Iċ-ċinema ma qgħadx lura biex jaddatta xi xogħlijiet minn tiegħu għal fuq il-liżar il-kbir. Far From The Madding Crowd inħadem darbtejn, fl-1967 u fl- 2015, Tess Of The D'Ubervilles kellu l-isem biss ta' Tess (1979) dirett minn Roman Polanski, Day At The Fair ħareġ fl-1976 u Jude The Obscure intwera fl- 1996 bħala Jude. The Mayor Of Casterbridga żviluppa bħala serje popolari għat-televiżjoni. Far From The Madding Crowd (1874) kien ir-raba' ktieb ta' dan l-awtur li kitbu wara A Pair Of Blue Eyes u warajh ħarġet in- novella The Hand Of Ethelberta. Oriġinarjament Far From The Madding Crowd deher bħala serje ta' kull xahar f 'Cornhill Magazine, fejn il-qarrejja kienu numerużi. Il-kritika kostruttiva kienet qawwija u aktarx dejjem pożittiva. Meta fl-1895 ħareġ il-ktieb, Hardy irranġa ħafna minnu u għamel bidliet oħra għall-edizzjoni tal-1901. Il-karattri prinċipali ta' dan ix-xogħol huma: Bathsheba Everdene, tfajla sabiħa xi ftit arroganti li tiġi toqgħod ma zijitha u li l-intriċċi li toħloq ma' tliet irġiel – Gabriel Oak, bidwi żagħżugħ, William Boldwood, bidwi sinjur ta' madwar 40 sena, mistħi u ta' għalih waħdu u s-Surġent Francis 'Frank' Troy, suldat kburi li jerġa' lura lejn ir-raħal ta' twelidu. Imdaħħla wkoll ikun hemm Fanny Robin, il-maħbuba ta' qabel u s-seftura ta' Troy. Niġi issa għall-istorja tal- produzzjoni tal-1967: Ftit wara li tirrufta li tiżżewweġ lil Gabriel Oak (Alan Bates), bidwi ġar tagħha, Bathsheba Everdene (Julie Christie), mara ndipendenti u stinata, tiret ir- razzett ta' zijuha f 'Weatherbury. In-nagħaġ ta' Gabriel jinqerdu kollha meta l-kelb li jieħu ħsiebhom iwassalhom f 'tarf ta' rdum. Wara li b'kuraġġ kbir jitfi nar fir-razzett ta' Bathsheba, jaċċetta li jaħdem magħha bħala ragħaj. Bathsheba, mingħajr ħsieb ta' xejn tibgħat kartolina ta' mħabba lil William Boldwood (Peter Finch), ġar tagħha li jgħidu li ma jħobbx lin-nisa. Dan jossessjona ruħu fuqha u hi twegħdu li se tikkonsidra bis- serjeta' l-offerta tiegħu ta' żwieġ. Imma malajr issir tħobb lis- Surġent Francis Troy (Terence Stamp), uffiċjal tal-kavallerija li minnu, Fanny Robin (Prunella Ransome), waħda mis-sefturi tiegħu hi tqila u ħadd ma jaf. Bathsheba tiżżewweġ lil Troy u dan iberbaq flusha kollha, jħalli r-razzett u l-bini fi stat ħażin u jikkorrompi lill-ħaddiema. F'lejl ta' xita bil-qliel, Gabriel biss ikun f 'sikktu biex isalva l-balal ta' tiben milli jixxarrbu. Meta Fanny tmut waqt li twelled fid-dar li kienet issefter fiha f 'Casterbridge, Troy jirrealizza li verament lilha biss kien iħobb. Hu jisparixxi billi jagħti l-impressjoni li għereq u Gabriel isir l-aġent li jieħu ħsieb kull ma tippossedi Bathsheba. Boldwood jitlob lil Batsheba biex tiżżewġu fi żmien sitt snin, la darba l-mewt ta' Troy tkun stabbilita'. Imbeżża' mill-intensita' tal-passjoni tiegħu, Bathsheba taċċetta, imma f 'riċeviment tal-Milied organizzat minn Boldwood biex jannunzja l-għerusija, Troy jerġa' jidher. Boldwood jisparalu u joqtlu, jkun arrestat u sa ingħata l-mewt. Xi xhur wara, meta Gabriel iħabbar lil Bathsheba li qed jippjana li jemigra, hi tirrealiżża kemm tassew tiddependi fuq id- devozzjoni altruwista tiegħu u, bil-qalb kollha, taċċetta li tiżżewġu. (Ikompli nhar il-Ħadd li ġej)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18-07-2021