Illum previous editions

ILLUM 18-07-2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1393931

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 27

16 letteratura IL-ĦADD 18 TA' LULJU 2021 • illum Rokna letterarja mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb Anki n-Nazzjonalisti jisparaw Ta' tifel kmieni fit- Tmeninijiet, niftakar Anche i ricchi piangono, telenovela Messikana li kienet waslet għandna bis-saħħa tal- verżjoni Taljana mxandra mill-istazzjonijiet Sqallin. Jidher li tant kellha suċċess fl-Italja li t-titlu daħal fil- lingwaġġ ġurnalistiku biex jindika b'mod ironiku l-fatt li anki s-sinjuri u n-nies geddumhom fix-xgħir jgħaddu minn għawġ li jbikkihom. Għal Jeffrey Pullicino Orlando, li minbarra l-ftaħir xejn mistur dwar IQ għoli megħlub biss minn ta' Marlene, u kitba li ma titqammilx fuq il-pronom tal-ewwel persuna, speċjalment meta niġu għall- kisbiet, l-ironija ta' dat-titlu taf tapplika. Mhux biss għall- biki fi żmien il-każ tal-Mistra, li JPO jattribwih għal stress enormi miġjub mill-maniġġi politiċi li kkaratterizzaw dik il-ġrajja, imma anki għall-każ- skandlu stess, li huwa l-inqas wieħed li jaħli linka fuqu. L-għalqa nxtrat mill-flus li qala' mill-ħidma professjonali bla heda u mis-suċċess ġenerali tiegħu, u l-applikazzjoni għad-disco, insomma, ma kellux x'jaqsam magħha hu. Tant li ġie immortalizzat bil- famuża belgħa te relax waqt il-konferenza stampa tal- Alternattiva, li żmien wara Daphne Caruana Galizia kellha żżidilha ammonti industrijali ta' alkoħol. Anki s-sinjuri jibku, imma huwa biki relattiv, minkejja li Pullicino Orlando joħroġ b'mod konvinċenti bħala paladin sinċier u effettiv għall-inkwiet tal-kostitwenti tiegħu, kif ukoll għal ġlidiet ċivili importanti, u dan imewwet minnufih ironiji faċli oħra li jistgħu jsegwu. Imma l-espressjoni mnebbħa minn Los ricos también lloran hija ironika minkejja l-ovvjetà tagħha: filwaqt li nagħrfu li lkoll qegħdin f 'dan il-wied tad- dmugħ, u minkejja kull ħrafa morali li tipprova tgħallimulna dan, spiss ngħixu fl-illużjoni patetika li l-ilħiq ta' ċertu qagħda fil-ħajja se jħarisna mill-isfidi tal-eżistenza. Donnha twissija lil dawk li jxandru l-ferħ u l-kisbiet tagħhom fuq il-midja soċjali biex juru 'l kulħadd li waslu, u li x'aktarx 'qas il-ħajja ma tista 'għalihom: mit-tbissim jikxef snien ileqqu minn fuq jott Sqallija, sal-platti tal-għaġin imburġati frott il-baħar, bħal Ta' Ċaċu li kienu jħallu fdal it-tiġieġ fuq l-għatba, jew il- ħasil fil-gliegel tax-xampanja maġenb pixxina infinity. Xeni li JPO stess immortalizza ruħu fihom biex Daphne billet sebagħha bl-akbar gost u profitt, sabiex talludi, u mhux bl-akbar sottiljezza, għal xi xorta ta' ħajja laxka noveau riche bla boxxla morali, kif imwassla mill-qsim gradwali ta' Pullicino Orlando lejn il- kamp Laburista, il-moviment li ftit li xejn kien baqa' jixbah dak li seta' emmen fih nannuh fit-Tletinijet u l-Erbgħinijiet. L-awtur isemmi bi kburija L-Ibleh ta' Ġużè Orlando, ħin minnhom kważi bħala l-manifest ta' għemilu u tas-Soċjaliżmu jkanġi li għadda minnu tul il-karriera professjonali u l-ħajja personali: mill-garar tal- molotovs kontra l-pulizija tar-reġim fit-Tmeninijiet, sal-ħbit tal-qrun ma' Gonzi, il-Knisja u l-establishment konservattiv u l-ħbiberija ma' Joseph Muscat, interzjat minn relazzjonijiet ma' nisa b'rabta politika jew oħra li b'xi mod turi kontradizzjonijiet bejn is-sustanza u l-immaġni ta' dak it-twemmin. Imma r-rumanz ta' nannuh jikxef narratur differenti ħafna minn JPO, minkejja r-referenza għall-episodju tal-politiku Xriħa: ir-rakkont klassiku ta 'Orlando jlissnu leħen li mhuwiex biss diżilluż, iżda profondament moralistiku, kważi sal-irritazzjoni, b'serjetà u rettezza li żgur m'għandha xejn x'taqsam mal- eċċessi, perċepiti jew tassew iddokumentati bil-provi, li lewnu r-relazzjoni kumplessa bejn JPO u DCG taħt is-sħab li ma xebax jinġema' tul it-treġija ta 'Muscat. Relazzjoni li hija ċentrali għal din l-awtobijografija pjaċevoli u mexxejja, li miktuba b'Ingliż tajjeb iżda pjuttost pedestri (minkejja ftaħira oħra dwar il- profiċjenza fil-lingwa), imma li bħal f'Saying It As it Is ta' Saviour Balzan maħruġ mill- istess pubblikatur, l-eleganza lingwistika tiġi ssagrifikata għall-għan siewi ta' qarja tajba li tikxef il-qoħob u tissodisfa l-kilba tal-qarrejja għall-istorja ta' wara l-kwinti, jekk mhux għal kollox vera, almenu tikka aktar minn tan- narrattiva uffiċjali. Il-kunċett tan-narrattiva huwa wkoll ċentrali għal xogħol bħal dan u troddlu l-importanza tiegħu: ir-rakkont minn ġewwa ta' protagonist ewlieni jiftħilna l-bibien fuq realtajiet li spiss jinsatru b'suċċess mill-interessi medjatiċi u politiċi, u li l-istoriċi magħluqa fl-uffiċini tal-avorju qas biss jittantaw imissu. Huma l-veritajiet li ma nemmnuhomx għal kollox għax isefsifhom kulħadd imma qatt ma jkun jkunu ppruvati, sakemm jiġi xi ħadd bħal JPO li jikkonferma kull ma kont ilek temmen. Bħal, nagħtu każ, il-poter straordinarju tal-eminenzi griżi tal-politika Maltija, u, fil-każ speċifiku li żgur jinteressa lil kull qarrej, ir-rwol ewlieni ta' DCG fil- ħolqien tal-aħbar u l-qrubija tagħha sew ma' dawn il- marjunettisti setgħana u l-bdil tattiku u konvenjenti tal- alleanzi. Għaliex in-narrattiva hija rakkont ta' poter. F'awtobijografija trasparenti, taħdem b'mod ovvju u tieħu wkoll gost twaħħlu lil min għamel id-deni lill-awtur (hekk, ħudha ma' saqajk), dik id-daqqa finali ta' tpattija li anqas ħaqq tipprova tqum minnha. L-istess poter għandu sehem anki fin- narrattiva fittizja, iżda b'ħila awturjali u responsabbiltà wisq akbar. L-aħħar snin ilhom ikkaratterizzati minn rumanzi li b'xi mod jiġbdu mit-tensjonijiet politiċi tat- Tmeninijiet, imma li issa wkoll qed jitnebbħu mir-ritorn tal- ispettru ta 'Laburiżmu suspett u li ma tantx għamel ġieħ lilu nnifsu f 'bosta istanzi. Kont

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18-07-2021