Illum previous editions

ILLUM 18-07-2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1393931

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 27

13 intervista illum • IL-ĦADD 18 TA' LULJU 2021 bil-korruzzjoni. U Għawdex mhix namettu li l-iżvilupp ilu li laqat il-gżira tagħkhom, u dan jidher ċar f'postijiet bħal Xlendi u Marsaxlokk. Allura għaliex issa? Għaliex ma tkellimtux qabel? Aħna u ħafna Għawdxin oħrajn ilna nitkellmu u nilmentaw bejnietna fil-pjazez, waqt l-ikla tal- Ħadd, fuq gruppi privati fuq Facebook... wasal iż-żmien fejn il-bżonn li nitkellmu b'qawwa fuq livell nazzjonali sar urġentissimu. Tgħidli, qabel kien urġenti ukoll! Ngħidlek, minn x'imkien trid tibda. Personalment inħossni grata li din is- sena sibt opportunita' li ningħaqad ma' ndividwi bl-istess għatx u determinazzjoni li nħoss fija nnifsi. Mhux faċli li wara ġurnata xogħol tibqa taħdem, taqra u tiddiskuti. Imma nappoġġjaw lil xulxin, għax dmirna hemm qiegħed. X'inhuma dawk it-tlett affarijiet li ġraw f'Malta fl-aħħar ftit snin li ma tridux li jiġru lill-Għawdex? Ma rridux li jkompli jitla' bini li ġie mfassal mingħajr rispett lejn il-pajsaġġ ta' madwaru. Ma rridux li t-traffiku jsir problema li tisraq ħinna ta' kuljum. Ma rridux li fl-iżvilupp u ppjanar, l-ambjent jitqies fl-aħħar post jew anqas jiġi meqjus. Il-bini tal-mina bejn Malta u Għawdex se jwassal għal aktar karozzi u eventwalment għal aktar bini. Inthom taqblu ma' dan? Impossibli nwieġeb mistoqsija fuq proġett li għadu mistur. Mhux biżżejjed li politikanti jgħiduli li l-mina se ttejjibli ħajti. F'Malta kellna diskussjonijiet ħafna aktar dettaljati fuq proġetti jew deċiżjonijet b' impatt ħafna iżgħar. Snin ilu għamilt intervent biex bħala waħda mill- Għawdxin għal min kieku ssir il-mina, nirċievi aċċess għal informazzjoni ċara, xjentifika u onesta fuq l-iskop u l-effetti tal-mina... għadni qed nistenna. Wara li ħarġet l-aħbar li logħob tan- nar ikkawża nar fil-bajja tar-Ramla, ma tħossux li misskhom kontu aktar iebsin? Kull waħda u wieħed minnha li jużaw Facebook jew jaqraw l-aħbarijiet jafu kemm hawn abbundanza ta' kummenti b'ġudikament, rabja u kunflitt li fil-verita' rari jwassal għal bidla pożittiva. Emminni, ir-rabja hemm tkun! Imma jekk inħarsu aktar fil-fond lejn is-sitwazzjoni, nindunaw li forsi mhix problema ta' individwu iżda ta' mentalita' u liġijiet li jippermetu li ssir din il-ħsara. Jekk flok titkaża u tirrabja, titfa' l-enerġija fid-djalogu man-nies, hemm ċans issib aktar lok għall-bidla. Ħafna negozjanti jinsistu li jekk ma ssirx il- mina, f 'Għawdex ma jista qatt jinħoloq aktar xogħol għar-residenti. Allura inthom taqblu li Għawdex għandu jibqa' ġo bozza? Il-bozza t'Għawdex ilha li nfaqgħet. L-iżvilupp qed isir mingħajr ebda mina. Imma x'tip ta' żvilupp qed isir? Dan l-iżvilupp qed iwassal għal aktar xogħol għall-Għawdxin? U wara li ssir il- mina, xi pjan hemm għall-iżvilupp f 'Għawdex? Dawn huma biss it mill-mistoqsijiet li qed insaqsu bħala Għawdix. Mhux faċli jitwieġbu. Imma dmirna qiegħed hemm. Snin ilu għamilt intervent biex bħala waħda mill- Għawdxin għal min kieku ssir il-mina, nirċievi aċċess għal informazzjoni ċara, xjentifika u onesta fuq l-iskop u l-effetti tal-mina... għadni qed nistenna

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18-07-2021