Illum previous editions

ILLUM 18-07-2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1393931

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 27

03 illum • IL-ĦADD 18 TA' LULJU 2021 aħbarijiet €500,000 biex art mitluqa issir parti mill-Ġnien is-Serenità f'Santa Luċija Il-Ministru għall-Enerġija, l-Intrapriża u l-Iżvilupp Sostenibbli Miriam Dalli ħabbret proġett ta' riġenerazzjoni f 'Santa Luċija, b'investiment ta' €500,000 li se jfisser illi Ġnien is-Serenità f 'Santa Luċija se jiġi rriġenerat, fil-parti ta' isfel li sal- lum kienet abbandunata. Dalli qalet illi permezz ta' dan l-investiment, Parks Malta ser tkun qed toħloq spazju rikreattiv ieħor fin-nofsinhar ta' Malta. Dan l-ispazju se jkun post ideali fejn wieħed jista' jirrilassa, jissoċċjalizza kif ukoll jagħmel attività fiżika. Dan il-ġnien ser jkun mgħammar biex iservi għall- attivitajiet mużikali, kulturali, u dawk edukattivi. Il-Ministru Miriam Dalli spjegat li proġetti simili b'kunċett innovattivi bħal dawn għandhom iservu biex ir-residenti u l-viżitaturi ta' dan il-ġnien igawdu l-ħin liberu tagħhom fi spazji miuħa u siguri. "B'investiment ta' nofs miljun ewro se nkunu qegħdin nirriġeneraw spazju ieħor li fil-mument jinsab mitluq. Qed noffru spazju ieħor għall- familji, għat-tfal, għaż-żgħażagħ u l-anzjani li qed ifittxu spazji fil- lokalità biex jirrilassaw," qalet il- Ministru Miriam Dalli. Żiedet li dan il-ġnien se jkun qiegħed jipprovdi diversi attivitajiet fosthom teatru Grieg u għadira fejn it-tfal jistgħu jilgħabu. Id-disinn ta' dan il-proġett huwa msejjes fuq il-prinċipju Ċiniż ta' feng shui. Fil-fatt il-passaġġi mserpa tal-parti ta' fuq u isfel tal-ġnien ser jingħaqdu flimkien biex jittrażmettu s-sens taċ-ċiklu tal-ħajja: it-twelid, it-tfulija, il- maturità u l-anzjanità. Barra minn hekk, kull element arkitettoniku u kull struttura tal-logħob ser tiġi ddisinjata b'mod li tirrifletti dan iċ-ċiklu fejn matul il-ħajja l-bniedem ikun seren aktar meta jingħaqad man-natura u b'hekk joħloq enerġija pożittiva mal- ambjent ta' madwaru. "Beda l-proċess biex jitwettqu x-xogħlijiet neċessarji fi Ġnien is-Serenità fejn hu meqjus bħala ġawhra għar-residenti tal-lokal. Fil-fatt il-proġett mistenni jitlesta sas-sena 2022", qal id-Direttur Ġenerali Adrian Attard ta' Parks Malta. Is-Sindku ta' Santa Luċija, Charmaine St. John, irringrazzjat lill-Ministru Dalli u lil Parks Malta ta' dan l-investiment li se jsebbaħ din il-lokalità. "Santa Luċija nikkunsidrawha bħala pulmun fin-nofsinhar ta' Malta u għalhekk investiment bħal dan se jkun qiegħed jikkumplimenta Ġnien is- Serenità filwaqt li jsebbaħ Ġnien l-Iskultura. Din kienet ħolma tiegħi minn meta lħaqt sindku". Preżenti għall-konferenza tal-aħbarijiet kien hemm ukoll l-Ambaxxatur Ċiniż għal Malta, Yu Dunhai, kif ukoll membri oħra mill-Kunsill Lokali ta' Santa Luċija. Minn għada Malta tibda tirrikonoxxi ċ-ċertifikat tal- vaċċin tal-Istati Uniti L-Awtoritajiet tas-Saħħa u t-Turiżmu għaddejjin b'arranġamenti tekniċi biex jiġu verifikati l-karti ta' vaċċinazzjoni tas-CDC tal-Istati Uniti. Minn nhar it-Tnejn 19 ta' Lulju 2021, Malta se tkun qed tirrikonoxxi r-record card tas-CDC tal-Istati Uniti ta' vaċċini approvati mill-Awtorità għall-Mediċini Ewropea (EMA) (kors sħiħ u 14-il ġurnata mill-aħħar doża) bħala ċertifikat validu għall- vaċċin. Mill-1 ta' Awwissu 2021, ir-record card tas-CDC tal-Istati Uniti trid tkun verifikata minn app speċifika biex tkun aċċettata bħala ċertifikat tal-vaċċin validu. Malta diġà qed taċċetta ċ-ċertifikati kollha tal-vaċċin ta' persuni ġejjin mill-Unjoni Ewropea permezz taċ- ċertifikat komuni ewropew.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18-07-2021