Illum previous editions

ILLUM 18-07-2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1393931

Contents of this Issue

Navigation

Page 23 of 27

Propjetajiet privati residenzjali u binjiet ta' organizzazzjonijiet volontarji li jinsabu f 'numru ta' toroq fiċ-ċentri tal-irħula fejn il-livell tat- traffiku huwa ogħla min-norma jistgħu jibbenefikaw minn skema ta' finanzjament tal-Awtorità tal-Ippjanar. L-iskema Irrestawra l-Faċċata, li se talloka €2 miljun ewro, tnediet miċ- Chairperson Eżekuttiv tal-Awtorità tal-Ippjanar, is-Sur Martin Saliba, fil- preżenza tal-Ministru għall-Ambjent, Tibdil fil-Klima u Ippjanar, l-Onor. Aaron Farrugia, u s-sindki tal- lokalitajiet li se jkunu qed jibbenefikaw minn din l-iskema. Is-sur Martin Saliba qal, "Permezz ta' din l-iskema, il-PA qed tfittex li tirriġenera numru ta' toroq tul iċ- ċentri tal-bliet li minħabba l-volum għoli ta' traffiku li jgħaddi minnhom isibuha diffiċli biex iżommu l-faċċata tar-residenza tagħhom f 'kundizzjoni tajba minħabba li jesperjenzaw ħsarat fil-faċċata tagħhom bit-tniġġis tat- traffiku." Is-Sur Saliba rrimarka li "L-Awtorità dejjem kienet minn ta' quddiem biex tagħmel disponibbli fondi b'mod wiesa' biex tippromwovi u tissalvagwardja l-wirt komuni tagħna. Permezz tal-iskema Irrestawra Darek, li tnediet fi tliet edizzjonijiet mill- 2017, l-Awtorità għamlet €25 miljun disponibbli u għenet 355 first time buyers, 151 bini skedat ta' Grad 1 jew 2, 42 organizzazzjoni volontarja u 2,058 sidien privati ta' residenzi fil-qalba tar- raħal." Din l-iskema hija miftuħa għal sidien ta' residenzi privati jew organizzazzjonijiet volontarji li għandhom proprjetà fiż-żona ta' konservazzjoni urbana ta' dawn it- toroq: Triq D'Argens fl-Imsida, Triq il-Kbira San Ġużepp fil-Ħamrun u Santa Venera, Triq il-Wied f 'Birkirkara, Triq Stiefnu Zerafa, Triq is-Salib tal-Marsa, Triq Patri Felicjan Bilocca u Triq Balbi fil-Marsa, Triq Bormla, Triq Ħal Tarxien u Triq Ħal Luqa f 'Raħal Ġdid, Triq Ħal Tarxien u Triq Paola f 'Ħal Tarxien u Triq il-Kbira fir-Rabat (Malta). B'kollox, l-iskema tkopri madwar 5km ta' toroq. Permezz ta' din l-iskema, l-Awtorità ser tiffinanzja 100% (sa massimu ta' €10,000 għal kull proprjetà) tal- ispejjeż għax-xogħlijiet relatati mal- manutenzjoni, restawr jew tibdil t'elementi tradizzjonali tal-faċċata, inkluż l-ġebel, elementi tal-injam u xogħlijiet tal-ħadid maħdum. Barra minn hekk, il-finanzjament se jinkludi wkoll massimu ta' €800 u €200 għal ħlasijiet professjonali u ħlasijiet ta' permessi tal-Kunsilli Lokali, rispettivament. Biex japplikaw għall-iskema, sidien ta' propjetà privata jew organizzazzjonijiet volontarji għandhom jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom online, permezz ta' Perit. L-iskema se tkun miftuħa bejn il-15 ta' Lulju u t-30 ta' Settembru 2021, jew qabel jekk il- fondi jiġu eżawriti. Il-mapep tat-toroq eliġibbli u l-linji gwida relatati mal- iskema ta' restawr, Irrestawra l-Faċċata, jinsabu fuq il-websajt tal-Awtorità: www.pa.org.mt/irrestawra-faccata. 24 IL-ĦADD 18 TA' LULJU 2021 • illum aħbarijiet Residenzi fiċ-ċentri tal-irħula traffikużi ser jibbenifikaw minn skema ta' restawr

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18-07-2021