Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1393931
19 opinjoni illum • IL-ĦADD 18 TA' LULJU 2021 Libsu ġlekk u ħammġuh H awn min il-kelma "eti- ka" u l-kelma "politiċi" jarawhom jistunaw ma' xulxin. Ma nagħti tort lil ħadd, imma ssewwed qalbek li kulħadd jispiċċa fi skutella waħda. Se nippro- va nikteb b' lingwa li jiimha kulħadd. Tiakru sew meta konna nitkellmu fuq xi skandlu, u kienu jgħidulna "ġibu l-provi, u ibqgħu sejrin għand il-Kum- missarju tal-Pulizija." Issa meta kollox huwa mpitter fuq it-tila, jgħidulek: "Il-poplu x' jimpurtah mill-korruzzjoni u mill-qtil ta' Daphne". Il-poplu jinteressah mill-but. Il-bwiet imtlew, imma mhux ta' kulħadd. Il-karrottu mdendel huwa short term, u min baqa' lura fil-ħajja, baqa' fejn kien. Imma sfortunatament fadal min, jirraġuna b'dan il-mod. Jara biss dak li jaqbillu. U għalhekk morna l-baħar. Bnedmin ta' rieda tajba ma jirraġunawx b'dan il-mod u ma jridux ikunu kompliċi, ma' dan ir-raġunar. Jeħtieġ li jqumu aktar bnedmin, fosthom anki l-Knisja Maltija li hi obbligata titkellem fejn tara li m' hemmx is-sewwa, u mhux tibqa' siekta, għax irrestawralek in-niċċa. Fuq kollox qed nitkellmu fuq taxxi ta' kull wieħed u waħda minnha. "Intom saċerdoti, għandkom tkunu ta' eżempju, ma tibżgħu mill-ebda kritika u mill-ebda konsegwenzi". Ma nistgħux ngħalqu għajnejna quddiem dan kollu. Ma nistgħux nħallu skiet taqtgħu b' sikkina. Għax l-għamad u s-skiet ikompli jsaħħaħhom. Veru li jekk titkellem, jippruvaw isammruk. Veru li joffenduk u jgħajruk, għax it- tabernaklu tagħhom, mhuwiex dak li nsibu f ' nofs il-knejjes tagħna imma t-tabernaklu tagħhom irendi l-cash. Imma tinkwetawx! Issa għandna tal-hate speech unit! Qalulna li m'huma se jħarsu lejn wiċċ ħadd. Jgħajruk 'traditur ta' pajjiżek' bħalma rajna lill-eks Imħallef jikteb fuq l-MEPs Metsola u Casa. L-ex-Imħallef kiteb li "Min jiċħad l-art twelidu, miżbla żibel lanqas tridu." Immaġinani kieku kelli nispiċċa quddiem dan l-eks mħallef, x'kien jiġri minni! L-imġieba ta' min hu korrott, tispikka kullimkien. Ftit tal-jiem ilu, saret mistoqsija supplimentari mill-kollega tiegħi David ake fil-Kamra tad-Demokrazija u jiġi Ministru jgħidlek "Ix-xogħol tih lil min jaf jagħmlu u l-oħrajn ħallihom isajru z-zalzett." Malta ġabuha ġungla. Se nsemmi xi eżempji żgħar ħdejn oħrajn:- • Missier ta' familja, bajjad il-faċċata u ġab cherry picker, minħabba li t-triq dejqa u l-kunsill ma tahx permess jarma scaffolding. Imma dak żgħir hux, u nibagħtulu gwardjan lokali wara l-bieb. Fl-istess lokalita' taqa' dar, trabijiet ma' kullimkien, la xibka u lanqas kellu avviż tal-Planning Authority imwaħħal. Mhux biss, imma jibda x-xogħol, qabel iż- żmien miiehem. Skond x' int u min int! • Dwar il-faqar. Ħloqna konsulenti dwar il-faqar. Madanakollu l-faqar żdied. Jiġifieri qed noħorġu l-flus mit-taxxi tagħna, biex jagħtuna l-pariri dwar il-faqar. U l-faqar kiber. Tiimha din? • Kollox isir biex jiġbru l-voti, saħansitra, biex javżak li trid tmur tieħu l-vaċċin, fl-avviż issib il-firma tal-Ministru tas- Saħħa. • L-istazzjon Nazzjonali ixandar biss dak li jaqbel lil Lejber - eddida għad- demokrazija. Basta qalulna "Ħallu l-istituzzjonijiet jaħdmu." • Dwar il-lands. Gvern Nazzjonalista bejn l- (2009- 2012) biex isolvi l-problema ta' mijiet ta' sidien li ilhom mill-1981 jgħixu b'konvenju, bnew djar fuq art li għadha tgħajjat lil ħaddieħor. Gvern immexxi minn Lawrence Gonzi ħallas mal-€5 miljuni lis-sidien misruqa. Dan ifisser 700 familja saret sid ta' darha. Gvern ta-Labour, li kien hu li ħoloq din il-pjaga soċjali, fl-aħħar 3 snin għamel tmien familji biss sidien u nefaq biss €500,000. • L-Ombudsman .... dan jiddikjara li l-proċess tal-2016 għal-ogħla tliet karigi fil-Korp tal-Pulizija, bħala daħk fil-wiċċ. • Fil-Faċilita Korrettiva ta' Kordin, attentati ta' suwiċidji u 11- il mewta. L-Awtorita' tiċħad kontinwament kull allegazzjoni li ħarġet fil-beraħ u li ma tagħmel ġieħ lill-ebda umanita'. U xtaqt nagħlaq, b' eżami tal-kuxjenza, lilek għażiż qarrej, avolja kważi llum il-kelma kuxjenza saret kelma tal-passat u rrelevanti. Il-kejl tiegħek sar flus? Il-kejl tiegħek sar job mal-Gvern? Direct order? Il- kejl tiegħek sar xi ċekk li lanqas taf għalxiex irċevejtu? Il-kejl tiegħek, … għax xi Ministru jkun stordiek u qallek ….. 'Ara mur ivvota, u l-ġimgħa d-dieħla jkollok dar tal-housing?' Il-vot hu l-uniku arma li għandek. Bil-vot tiegħek tberikx imġieba immorali. Bil-vot tiegħek tberikx oxxenitajiet. Bil-vot tiegħek tberikx il-qerq u l-ħabi li sar hobby. Bil-vot tiegħek tikkonfermax il-manipulazzjoni, ix-xiri sfaċċat għall-voti, is- serq, l-inġustizzji u l-qtil ta' ġurnalista. Jeħtieġ li jqumu aktar bnedmin, fosthom anki l-Knisja Maltija li hi obbligata titkellem fejn tara li m'hemmx is-sewwa, u mhux tibqa' siekta, għax irrestawralek in-niċċa Ivan Bartolo huwa Deputat u Kelliem tal-Oppożizzjoni Ivan Bartolo