Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1393931
17 letteratura illum • IL-ĦADD 18 TA' LULJU 2021 Bir-rispett kollu, imma int ... Jeffrey Pullicino Orlando jepitomizza b'perfezzjoni l-espressjoni passiva-aggressiva Maltija f'With All Due Respect (Choppy Books, 2021, €12.99), awtobijografija divertenti u inċisiva dwar mumenti ewlenin tal- istorja riċenti ta' pajjiżna. Mark Vella jarah simpatiku, imma mhux li jiekol il- kirxa miegħu. tkellimt fl-ewwel reċensjoni dwar L-Aqwa Żmien ta' Immanuel Mifsud, li rajtu nħakem wisq mill-attwalità tal-mument biex tassew jirnexxilu jaqta' fil-laħam il- ħaj tal-problema. Hija l-istess problema, li għad trid tiġi diskussa, ta' Castillo ta' Clare Azzopardi, u jaf hi r-raġuni vera għala dik is-sena ma kienx ingħata l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall- kategorija tar-rumanz. Castillo u l-allużjonijiet tiegħu, imkebba fil-poetiċità abbli ta' Azzopardi fid- deskrizzjonijiet tal-ambjenti u t-tqabbil tagħhom ma' ruħ il-karattri, jaf jiddiżappunta bħala ktieb ieħor remotament imnebbaħ miż-żminijiet tad- dlam tal-aħħar Mintoff, imma mqabbla mal-gold standard kurrenti ta' Is-Sriep Reġgħu Saru Velenużi ta' Vella Gera, jaf jogħtor bħala rumanz ieħor mibjugħ għal dak li fil- verità mhuwiex. Is-suċċess tal-istorja ta' Vella Gera narah anki fil-fatt li għażel li jisfida n-narrattiva, u li ma jċedix għal analiżi storika mhux medjata li tirrepeti d-dettati dominanti ta 'storja waħda li baqgħet f 'moħħna sempliċement għax kienu kapaċi jirrakkuntawhielna, darba wara l-oħra. Mill- ftuħ dwar il-pjan tal-attentat fuq Mintoff sal-iżvilupp ta 'karattri tal-borgeżija Anglofona li qatt ma tkellem dwarhom l-awtur Malti – saħansitra l-esperiment irnexxut tad-djalogi u anki n-narrazzjoni spissa bil- patois Maltingliż – Vella Gera jidwi, u għalhekk anki jikseb aktar kredibilità fuq livell ta 'analiżi soċjali, it-tifkiriet ta 'Pullicino Orlando dwar l-ewwel attiviżmu tiegħu mal- Partit Nazzjonalista. Apparti t-tifkira kważi kommwoventi ta' tfajla rqiqa terfa' bollard tqila sakemm tgaraha lill-pulizjott ġej iħebb għaliha, u li jinsab kważi ċert li kienet Daphne, isemmi ħwejjeġ li jridu bilfors jiġu rreġistrati u mwieżna b'serjetà. It-tfigħ tal-bombi inċendjarji, id-disubbidjenza ċivili organizzata, l-għoti tar-revolvers mill-partit liż-żgħażagħ għatxana għal daqsxejn azzjoni. Ħaġa li tant hi storikament ovvja li tħossok banali tiġġustifikaha, imma jidher li hekk hemm bżonn f 'Malta, u saħansitra jekk l-awturi tagħna jridu jkunu tassew rilevanti u mhux għodod ta' poter li jisserva bihom appuntu biex imewwithom u jġibhom bla snien. It takes two to tango u xejn ma jiġi mix- xejn: il-ġlieda politika Maltija, id-distinzjonijiet tal-klassi u kemm jippruvaw inessuhomlna, il-qagħdiet problematiċi li qed ngħixu fihom bħalissa – ilkoll għandhom storja twila u kumplessa li ma tistax tissolva bid-dikotomiji faċli jew bil- preġudizzji superfiċjali. Biex nibqgħu fuq in- narrattivi. Pullicino Orlando joħroġ bħala essenzjalment sinċier f 'din l-awtobijografija, politiku xieref u stratega intelliġenti li jasal għal dak li jrid u li jemmen f 'dak li jagħmel, tant li jogħxa jħabbat lil min jipprova jitfagħlu l-bsaten fir-roti. Għalija, ħareġ ta' persunaġġ simpatiku u ta' min jammirah, u rnexxieli b'xi mod anki ninża' mis-saffi tal-preġudizzju li, bħala qarrej fidil fost ħafna ta' Daphne, kont bnejt madwar il-personalità tiegħu kkarikaturizzata bla ħniena. Miniex ngħid li rrid inkun party miegħu u ma' sħabu, imma dan l-istil li ma jħalliha għall-melħa lil ħadd iqanqalli rispett għar-raġel. Forsi hemm xi mumenti ala Alan Partridge ta' "Needless to say, I had the last laugh", fejn m'hemm l-ebda lok għas- sottiljezza dwar l-eżitu uniku, u għalhekk beżqa f 'wiċċ il- kumplessità tan-narrattiva. Imma jista' jkun li hemm bżonnhom ukoll dawn il- mumenti ta' alabibiżmu editorjali fejn dak li jkun jaqlagħha minn fuq l-istonku, speċjalment fis-sinjurija ta' ħajtu attiva u movimenta, anki għalina l-fqar u l-imxennqin mill-veritajiet li jinħbewlna.