Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1393931
07 aħbarijiet illum • IL-ĦADD 18 TA' LULJU 2021 ALBERT GAUCI CUMMINGHAM "Bħala Kunsill Lokali aħna nemmnu li kull proġett li jsir minflok l-impjant tal-uwil tal- 31 ta' Marzu għandu jsir skont l-esiġenzi u r-rieda tal-poplu ... fl-opinjoni tiegħi hemm bżonn proġett denju għal Birżebbuġa. Proġett li jagħti lura pulmun ġdid lil Birżebbuġa." Hekk sostna mal-gazzetta ILLUM il-Viċi Sindku ta' Birżebbuġa Scott Camilleri meta kien mistoqsi dwar l-għeluq ta' impjant kbir tal-fjuwil li jinsab eżatt f 'nofs żona residenzjali f 'Birżebbuġa. Kienet il-Ministru Miriam Dalli li din il-ġimgħa assistiet għall-aħħar trakk li telaq minn dan l-impjant, li issa se jibqa' fuq cold standby sa' Diċembru, sakemm ikun aċċertat li l-impjant il-ġdid f 'Ħas Saptan qed jiffunzjona sew. Minn hemm imbagħad tibda t-tneħħija tat- tankijiet. Camilleri fakkar li din hija art enormi li fiha kważi toqgħod żona residenzjali oħra f 'Birżebbuġa - il-Qajjenza. "Qabel kollox iżda rridu niddiskutu u nisimgħu lir- residenti u t-talbiet tagħhom b'mod dirett," qal il-Viċi Sindku li sejjaħ proġett potenzjali fuq din l-art bħala kumpens għal mijiet ta' residenti li ilhom snin ibatu mill-konsegwenzi ta' dan l-impjant. Traffiku, intejjen u żejt inixxi fil- baħar - L-effetti tal-impjant Mistoqsi liema kien l-akbar inkonvenjent ġej minn dan l-impjant Camilleri qal li hemm tliet inkonvenjenti ambjentali li l-Birżebbuġin kellhom iħabbtu wiċċhom magħhom għal snin twal. L-akbar inkonvenjenti - tlieta - li jsemmi Scott Camilleri huma: L-ewwelnett it-traffiku li jġibu magħhom diversi vetturi li kien ikollhom bżonn jużaw l-impjant, liema vetturi kienu jgħaddu minn toroq residenzjali, fosthom Dawret il-Qalb Mqaddsa, li tiġi t-triq ta' max-xatt fuq in-naħa tal- impjant. It-tieni problema, li f 'xi ġranet kienet tkun preżenti ħafna, huma l-irwejjaħ. Camilleri fakkar lil din il-gazzetta illi t-tniġġiż fl-arja u l-irwejjaħ kienu jseħħu hekk kif ikunu qed jimtlew it-trakkijiet, "peress li din il-faċilità ma kinitx skont l-istandards mitluba." Huwa qal illi l-aħħar problema - evidenti ħafna wkoll fl-aħħar snin - kien iż-żejt li hemm taħt l-art li kien qed inixxi fil- baħar. Hawnhekk huwa fakkar li l-Kunsill ilu jiġġilidha din il-kwistjoni, u fakkar ukoll li tqiegħed apparat li jikkontrolla ż-żejt li joħroġ mill-blat, kif ukoll jiġi dikontaminat il-baħar. Hekk kif fl-2022 jibda l-proċess ta' tneħħija tal-impjant ikunu jistgħu jsiru diversi studji biex anke jitneħħa dak li għad fadal f 'depożiti ta' żejt li jkun nixxa fil-blat matul is- snin - proċess li jaf jieħu xi ftit taż-żmien. Fil-fatt din kienet r-raġuni ewlenija għaliex l-eks PM Joseph Muscat ma kienx laqa' proposta tal-PN biex fuq dan is-sit issir l-Università Amerikana ta' Malta, minflok fiż-Żonqor. "Din kienet żona ta' perikli kbar għar-residenti, wara kollox dan tank mimli fjuwil hu," fakkar Camilleri mal-ILLUM filwaqt li spjega kif residenti li kellhom bjar fil-viċinanzi ġieli kienu jirrappurtaw li żejt nixxa fil-bir tagħhom u allura ma jistgħux jużawh. Il-gazzetta tfakkru imma li l-wegħdi ilhom isiru u allura għaliex jaħseb li din id- darba l-affarijiet verament se jitwettqu? Huwa jfakkar illi fl- 2017 Joseph Muscat kien ħabbar li se jibda l-proġett f 'Ħas Saptan li jgħid illi x-xogħol fuqu mexa' sew, tant li kif tħabbar din il- ġimgħa, dan mistenni jinfetaħ fiż-żmien li ġej. "Hija wegħda li qed tiġi mwettqa b'mod tajjeb," temm jgħid il-Viċi Sindku ta' Birżebbuġa Scott Camilleri. Elenku ta' proġetti f 'Birżebbuġa f 'dawn l-aħħar snin Mil-lat ta' industrijalizzazzjoni - imma fuq aspett differenti - il-Gvern ħabbar skema ta' double glazing għall-poplu ta' Birżebbuġa, b'mod speċjali għal dawk ir-residenti li jgħixu viċin il-Port Ħieles u li allura jsofru minn storbju, anke xi drabi matul il-lejl, lura f 'Novembru. Permezz ta' din l-iskema b'investiment ta' €500,000 - li minnha se jibbenefikaw mill- inqas 250 familja - il-Gvern se jkun qed jagħti lura lil dawn il-familji 90% tal-investiment li jagħmlu għal dan id-double glazing. Din l-iskema wkoll issegwi elenku ta' proġetti mill-Gvern ċentrali f 'din il-lokalità fl-aħħar tmien snin, fosthom dik tal- pixxna l-ġdida tal-waterpolo, grawnd tal-futbol fuq in-naħa ta' wara tal-lokalità, sar għall- ewwel darba il-promenade tal- Qajjenza, masġar u anke tħaddir fiċ-ċentru tal-lokalità, fil-pjazza l-kbira tar-raħal u Triq Żaren Dalli. Dan filwaqt li għaddej xogħol infrastrutturali kontra l-għargħar fil-Bajja ta' San Ġorġ, f 'Birżebbuġa. Filwaqt li tneħħiet iċ- ċumnija t-twila tal-Power station, f 'Delimara - faċċata ta' Birżebbuġa - tpoġġa l-vaput tal-LNG li qed iforni l-gass lill- power station. 'Bżonn ta' proġett li jagħti pulmun ġdid lil Birżebbuġa' L-impjant tal-fjuwil f'Birżebbuġa finalment għalaq u mill-2022 se jibda jiżżarma. Imma x'għandu jsir minfloku fuq din l-art kbira? Il-gazzetta ILLUM tkellmet mal- Viċi Sindku ta' Birżebbuġa Scott Camilleri Justin Haber Sera Baldacchino L-aħħar vettura ħiereġ mill-impjant tal-31 ta' Marzu Scott Camilleri