Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1393931
14 kultura IL-ĦADD 18 TA' LULJU 2021 • illum Festa ta' Rinaxximent tardiv, Barokk u Rokoko f'Masterpieces at MUŻA Pietro Soderini, Claude-Joseph Vernet, 'Ritratt ta' Tfajla Żagħżugħa' mill-artist ċelebri Giovanni Bellini u l-arti reliġjuża. Amy Briffa tagħti ħarsa lejn esebizzjoni ta' 13-il kapolavur f'MUŻA mtella' minn Heritage Malta B'ħarsa taqta' aktar mis-skieken, Pietro Soderini – politiku Taljan mill-aħħar snin tas-seklu 15 immortalizzat fi tpinġija mir- Rinaxximent Fjorentin – jinfed dritt dritt fil-kuxjenza ta' min jagħtih titwila. F'dak il-mument il-gwarniċ madwaru bħal donnu jgħib, u l-viżitatur isib ruħu waħdu mas- suġġett, f 'konverżazzjoni bla kliem. Dan huwa biss wieħed fost 13- il kapolavur li qed jiġu esebiti f 'MUŻA – il-Mużew Nazzjonali tal-Arti, fil-Belt Valletta – iżda jagħti idea tajba ħafna tal- esperjenza li l-viżitatur jista' jistenna. F'din il-wirja ġdida msemmija 'Masterpieces at MUŻA', Heritage Malta qed tagħti merħba mistħoqqa lil dawn l-opri tal-arti ta' prestiġju kbir li ġejjin minn kollezzjoni privata internazzjonali, u li qegħdin jagħmlu dħul maestuż ġewwa l-mużew tal-arti permezz ta' self fit-tul. Iżda għalkemm il-pitturi huma ta' kalibru għoli, il-viżitatur jibqa' fiċ-ċentru tal-ħsieb wara din il-wirja, li se tkun miuħa sal- aħħar ta' Ottubru 2021. Permezz ta' mużika taż-żminijiet li fihom tpittru dawn ix-xogħlijiet, kif ukoll għodod diġitali, kull min iżur jikseb esperjenza rikka, fejn jitħalla jimraħ fil-fantasija lura fis-sekli u joqrob lejn is-suġġetti tal-pitturi fuq livell aktar uman. B'dan il-mod, kulħadd jieħu miegħu tiira personali u unika ladarba jirfes 'il barra mill-binja tal-mużew. Minn Michelangelo sa François Boucher... festa ta' stili Il-wirja tinkludi fiha pitturi mill-krema tax-xena artistika tal-perjodi rispettivi tagħhom, li jkopru mill-aħħar tas-seklu 15 sa nofs is-seklu 18, u li joffru festa ta' stili li jvarjaw mir-Rinaxximent tardiv, sal-Barokk u r-Rokoko. Wara dawn il-ġawhar insibu jdejn artisti li ħadmu fil-qrib u għalhekk jixhdu influwenzi b'saħħithom ta' wħud mill- akbar ismijiet tal-kamp artistiku, fosthom Raffaello, Leonardo da Vinci u Michelangelo. Il-wirja tiċċelebra wkoll artisti maghrufa bħal Giovanni Baglione, Claude- Joseph Vernet u François Boucher. Iżda wara dawn it-tili, issa mdendlin f 'arja ta' qdusija fuq ħajt miksi b'damask fin, hemm kurżitajiet, simboli u intriċċi li jkomplu jżewqu dawn il- kapolavuri lil hinn minn dak li jolqot l-għajn. Fost dawn l-istejjer, irrakkontati fil-wirja permezz ta' preżentazzjonijiet diġitali u awdjogwidi, insibu dik tal- pittura ottagonali 'Ritratt ta' Tfajla Żagħżugħa' mill-artist ċelebri Giovanni Bellini u ċ-ċirku tiegħu, fis-sezzjoni msemmija 'Quddiem ir-Ritratti'. Bosta storiċi tal-arti jaraw f 'din il-pittura rappreżentazzjoni allegorika tal- kastità, minħabba l-perli li liebsa t-tfajla u l-mod kif inhi idealizzata. Aspett saħansitra aktar interessanti ta' din il-pittura ħareġ mill-analiżi xjentifika tagħha, li kixfet tpinġija ta' tfajjel fuq in-naħa ta' wara. X'aktarx dan jindika li din il-pittura kienet oriġinarjament maħsuba li tkun ritratt doppju. 'Il-Madonna u l-Bambin ma' San Ġwann Battista ż-Żgħir' Ftit passi biss lil hinn, il-viżitatur isib ruħu mdawwar minn għażla raffinata ta' pitturi li bi klassi liema bħalha joħorġu l-għożża bejn il-Madonna u binha Ġesù, fis- sezzjoni 'L-Omm u t-Tarbija'. Hawnhekk insibu l-pittura 'Il- Madonna u l-Bambin ma' San Ġwann Battista ż-Żgħir', attribwita lil ħadd ħlief Leonardo de Vinci u ċ-ċirku tiegħu, li għal darb'oħra Led u ċ-Ċinju - Wara Michelangelo Buonarotti (1475 - 1564)