Illum previous editions

ILLUM 18-07-2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1393931

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 27

08 aħbarijiet IL-ĦADD 18 TA' LULJU 2021 • illum In-numri telgħin, restrizzjonijiet neżlin u jiċċelebraw ... x'inhu jiġri madwarna? Kulħadd f 'Malta ra x-xeni ta' eluf fuq eluf ta' nies ħdejn il-Wembley Stadium, il-madwar 60,000 persuna fl-istadium innifsu u mijiet oħrajn fi pjazez madwar Londra, kollha jappoġġjaw lit-tim Ingliż u jkantaw "Its Coming Home!" Ftit li xejn rajna nies b'maskri u tista' tgħid li d-distanza soċjali kienet kompletament ineżistenti, f 'xenarju kważi surreali, daqslikieku l-Covid-19 ma teżistix. Ix-xjentist tal-Organizzazzjoni Dinjija tas-Saħħa Maria Van Kerkhove qalet illi x-xeni kienu "devastanti" u bassret li ċ-ċelebrazzjonijiet se jwasslu għal trażmissjoni tal-Covid-19. "Suppost qed nieħu pjaċir nara din it-trażmissjoni quddiem għajnejja?" staqsiet fi tweet waqt il-logħba. Fil-fatt bejn l-10 ta' Lulju u t-13 ta' Lulju n-numri kienu dejjem jissuperaw it-30,000 każ ġdid kuljum, bl-inqas ikun nhar il-11 ta' Lulju (31,466) u l-aktar nhar it-13 ta Lulju (36,660) meta n-numru ta' mwiet żdied ukoll għal 50. Dan xorta huwa ħafna u ħafna inqas mill-imwiet li kienu qed jiġu rreġistrati f 'Jannar meta f 'jum wieħed biss kienu mietu 1,820 persuna. Nhar il-Ġimgħa 16 ta' Lulju il-każi saħansitra qabżu l-50,000. Minkejja dan kollu nhar it-Tnejn li ġej il-Gvern Ingliż xorta se jkun qed ineħħi r-restrizzjonijiet kollha, minkejja ż-żidiet fin-numri. Minkejja li l-każi qed jiżdiedu r-Renju Unit, bħal Malta, rreġistra suċċess fil-proċess ta' vaċċinazzjoni, tant li sa nofs din il-ġimgħa 38.4 miljuni - jew 52.2% - tal-poplu kien imlaqqam b'mod sħiħ. Sat-2 ta' Lulju skont statistika ppubblikata minn Statista 2021, ir-rata ta' persuni pożittivi għall- Covid-19 kienet ta' 216.6 għal kull 100,000 abitant. In-numru ta' każi ta' Covid-19 telgħin u telgħin madwar l-Ewropa kollha, mhux f'Malta biss. Imma kuntrarjament għas-sena l-oħra u x-xitwa li għaddiet, minkejja dik li qed tidher bħala mewġa oħra, r-restrizzjonijiet saħansitra qed jitneħħew u l-folol, iċ-ċelebrazzjonijiet u l-parties bdew. X'inhu jiġri? ALBERT GAUCI CUNNINGHAM Ir-Renju Unit - Kuljum fuq it-30,000 imma xorta inġabru bl-eluf u bil-folol U naturalment jekk kien hemm il-masses fir-Renju Unit, dawk ċelebratorji fl-Italja - speċjalment f 'Ruma - ma kienu xejn inqas. Filmati bdew iduru li juru folol enormi ta' eluf kbar ta' nies jiċċelebraw ir-rebħ tal-Euro 2020 madwar il-pajjiż. Is-sitwazzjoni tal-każi ġodda fl-Italja mhijiex ħażina daqs ir-Renju Unit imma r-rata ta' vaċċinazzjoni fl-Italja hija ferm u ferm inqas milli hi fir-Renju Unit. Fil-fatt bejn l-10 u t-13 ta' Lulju il-każi kważi dejjem qabżu l-1,000 - bl-akbar numru jkun nhar it-13 ta' Lulju (1,534), meta mietu 20 persuna u l-inqas fit-12 ta' Lulju (884). Erbgħa mill-20 reġjun Taljan jistgħu jitilfu il-klassifikazzjoni tal-inqas riskju (abjad) u jitpoġġew lura fuq iż-żona 'safra' li hija riskju baxx sa medju. Għalkemm mhux ikkonfermat kienu qed jissemmew Sqallija, Campania, Marche u Abbruzzo għal fuq din il-lista s-safra. Fil- fatt n-numri fi Sqallija huma pjuttost baxxi b'174 każ ġdid nhar it-13 ta' Lulju u bin-numri stabbli. Sqallija hija wkoll wieħed mir-reġjuni bl-ogħla rata ta' vaċċinazzjoni fl-Italja - b'4.3 miljun doża mogħtija. Skont Statista 2021 sat-2 ta' Lulju r-rata fl-Italja kienet biss ta' seba' persuni pożittivi għal kull 100,000 abitant. Minkejja dan kollu iżda, u dan huwa l-qofol ta' kollox, ir-rata ta' vaċċinazzjoni fl-Italja kienet għadha ta' 38.2% li ħadu l-vaċċin b'mod sħiħ (iż-żewġ dożi) sat-13 ta' Lulju. L-Italja - Ewforija u ċelebrazzjonijiet... b'numri baxxi, imma mhux wisq ħadu ż-żewġ dożi Is-Serbja - L-akbar party fl-Ewropa u numri baxxi Għal min iħobb il-partying u l-clubbing żgur li segwa l-folol kbar u entużjasti li daqq quddiemhom id-DJ Malti tant popolari J Joy. Probabilment bosta staqsew kif qed isir party bħal dak is-Serbja, b'dawk l-eluf ta' nies, waqt li hawn sas-sagħtejn ta' filgħodu u trid tlebbet id-dar u l-clubs magħluqin? Fis-Serbja ġie organizzat party imsemmi Exit, fuq erbat ijiem li għalih attendew xejn inqas minn 180,000 persuna. Kull persuna riedet tkun jew ivvaċinata jew inkella tidħol biss b'test negattiv PCR. Din kienet l-akbar attività mużikali fl-Ewropa minn mindu faqqgħet il-pandemija. In-numri fis-Serbja huma baxxi ħafna. Fil-fatt bejn l-10 u t-13 ta' Lulju, l-akbar numru kien nhar it- 13 b'145 każ ġdid u l-inqas nhar il- 11 ta' Lulju b'69. Sat-2 ta' Lulju dan kien jammonta għal 7.9 persuna pożittiva minn kull 100,000 abitant. Minkejja dan, ir-rata ta' vaċċinazzjoni f 'dan il-pajjiż hija ta' 37.3% li ħadu ż-żewġ dożi - 'il bogħod mill-madwar 75% meħtieġa biex pajjiż jilħaq l-immunità tal-massa u jkollu protezzjoni għall-varjanti.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18-07-2021