Illum previous editions

ILLUM 18-07-2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1393931

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 27

20 opinjoni IL-ĦADD 18 TA' LULJU 2021 • illum J ien kull filgħodu nidħol nieħu kafe f 'bar tat-titotla, l-udjenza mad- war il-bank tal-kafè jkunu Maltin, jitkellmu bil-Malti u huma l-biċċa l-kbira ħaddiema tal-id. Kienet il-ġurnata wara li Chris Peregin qal li sab il-vokazzjoni ta' ħajtu. U tfajt ismu mal-ġemgħa żgħira biex nara x'qed jaħsbu. Quddiemi kelli wċuħ vojta u bla emozzjoni. Indunajt li l-ebda wieħed minnhom ma huwa segwaċi tal-Lovin jew kien jaf lil Peregin. Id-diskors dar fuq il-futbol. Peregin kien u jibqa' persuna għalija illi kieku kelli nagħżel l-ewwel 100 persuna li nista' nafda, ċertament ma jkunx wieħed minnhom. Jitkellem f 'vuċi baxxa, b'ingliż ta' Tas-Sliema, jipprova jeħodlok minn rasek, jippretendi li mhux interessat fil- flus u dak li tara mhux dak li hu. Mhux ser noqgħod ngħid kemm il-darba għajjartu ipokrita. Jiġifieri li - per eżempju - ma staħax jattakka lil ħaddieħor, suppost kollega tiegħu, meta hu ħafna drabi għamel l-istess ħaġa. Qed nitkellem hawn fuq il-fatt li hu pperfezzjona l-arti ta' l-isponsored content. Li tagħti l-impressjoni żbaljata li dak li qed taqra hija l-aħbar it-tajba. L-argument tiegħu kien li x'imkien hemm indikazzjoni li l-kitba jew il- vidjow huwa sponsored. U ngħid dan mhux għax jien ma naqbilx mal-mudell, imma għax għalih kull ħaġa f 'għajnejh kellu valur monetarju u għalih 'no problem' sakemm ma jagħmilhiex ħaddieħor! Imabgħad iva, issir problema! Peregin qal li ser imur isalva l-Partit Nazzjonalista, f 'mument fejn il-pajjiż għandu bżonn alternattiva. Għandu dritt u ħadd mhu ser iżommu. Imma nistaqsi, kieku ħaddiehor bl-istess piż fil-midja għamel l-istess u mar mal-Partit Laburista, ara x'kienu jgħidu eh dawk li jimirħu madwar u jaduraw lil Peregin! Għax fl-2012 jew fl-2017 li tesprimi l-opinjoni favur il-Labour kienet gravi. Kienet tfisser li inti mxajtan u maħmuġ, u inkallat u għandek il-pesta. Lanqas dubju ma għandi illi kieku jiftħu d-drenaġġ kollu ta' Tas-Sliema ma kienx jibda mat- tgħajjir kollu li din il-persuna li marret mal-Labour kienet tirċievi! Imma għax tmur mal-PN, hekk orrajt! Eroj! Peregin bħal ħafna nies fil-midja għandu ego kbir ħafna. Ġej minn sezzjoni tas-soċjetà li hija intrinsikament mneħirha mxammar, jemmnu li min hu laburist huwa miġnun, jgħixu f 'milieu fejn huma biss għandhom raġun, fejn jekk huma jagħmlu żball mela hemm xi raġuni valida biex għamluh dak l-iżball, u apparti minn hekk għexu żmien u għomor jemmnu li l-iżbalji kollha huma kaġun tal-Labour. Bħallikieku l-frodi, il-korruzzjoni u in-nuqqas ta' trasparenza u l-kunflitti ta' interessi huma parti mid-DNA tal- Laburist biss. Peregin jiddikjara li hu favur l-abort, l-użu tal-ħaxixa rikreattiva u affarijiet oħra liberali li issa kif jibda jdur ftit fil-PN jinduna fejn daħal - f 'liema katakombi ta' żmien ir-rumani daħal. Iktar minn hekk, jagħtina l-impressjoni li hu favur it-trasparenza fil-PN. Jiġifieri li, per eżempju, il-PN jiddikjara fil- miftuħ min mill-big business iħallas il-pagi u l-affarijiet l-oħra. Ara vera jaħsibna bċieċen! Jibda hu l-ewwel jgħidilna minn ser iħallaslu l-paga ta' madwar €65,000. Jgħidilna liema big business qed iħallas il-pagi tad-diriġenti ta' Bernard Grech jekk tant iħobb it-trasparenza Peregin! Peregin huwa bniedem kapaċi. F'temp qasir beda bħala ġurnalist mat-Times, fejn spiċċa meżmerizzat minn Muscat minħabba t-tema tal-LGBTIQ, telaq minn ġurnalist, mar mal-Brandwagon, fejn hemm b'mod interessanti ingħata l-inkarigu wara tender mlaħħam li jaħdem għall-marketing tal-Air Malta. Imbagħad ftit wara beda kumpanija tal- marketing għan-negozji kbar mal-eks editur tal-Times u eks ġurnalista oħra. Ma kienx biżżejjed, u beda l-LOVIN. Fil-frattemp ma nafx kemm iddikjara kontra Bernard Grech għax ma ħallasx taxxi. Ma nafx kemm fetaħ kawżi biex jagħlaq in-NET! Iżda xorta waħda, Peregin ra d-dawl! Heqq ma hemmx tagħmel, kulħadd jagħmel il-kuntrumbajsi! Qal li jrid joħroġ dan il-pajjiż mill- apokallissi biex nispiċċaw f 'ħoġor dawk li ser isalvawna. Biex forsi ikollokhom idea ċara għal min qed ngħid, nirreferikom għal xi stilel tal-Gvern in the waiting: Edwin Vassallo, magħruf l-aktar għal moħħ miftuħ tiegħu, Mario DeMarco xempju tal-verġinità, Toni Bezzina wiċċ l-enerġija u l-modernità, Beppe Fenech Adami - konsistenti u b'valuri kbar, Maria Deguara militant favur in-nisa u l-femministi u l-aħħar iżda mhux l-anqas - the one and only - Hermann Schiavone, il-ħassieb tal-Partit u viżjonarju għas- snin li ġejjin! Ovvjament għal dawk li ma jifhmux s-sarkażmu, qed ikun sarkastiku. Xi wħud jistaqsuni imma Peregin kif ser isib postu hawnhekk ma' dawn l-ilpup kollha? Ir-risposta hija ċara: Meta ssofri minn ego kbira daqs nefħa mimlija materja, tkun lest tissagrifika kollox (għajr il-paga), anke il-prinċipji! Fid-dizzjunarju dawn in-nies niddiskrivewhom b'kelma waħda sempliċi… pulċinelli! PS: Skużawni ħallejt barra lil Jason Azzopardi u Karol Aquilina Min hu komdu... Jekk hawn min irid li pajjiżna jibqa magħluq u ma naħsbux kif ser niftħu pajjiżna għat-turiżmu u għan-normalità hija minħabba raġuni waħda biss u ngħidha b'ċertezza. Dawn in-nies huma komdi, għandhom il-paga tagħhom assigurata, għax għandhom salarju tal-gvern jew ta' xi entità governattiva. Ara kieku dawn jiddependu fuq dħul privat, kieku qed nargumentaw kontra li ma niftħux! Lil hinn mid-dikjarazzjonijiet ta' Charmaine Gauci, irridu nifhmu li d-deċiżjonijiet fl-aħħar mill-aħħar huma politiċi. Jekk aħna ser nivaċċinaw lil kulħadd u jien naqbel li kullħadd jiġi vaċċinat mela għandha niftħu u niġu għan-normal. Għandha niftħu u niġu kif konna bil- premessa li kulħadd irid ikollu ċertifikat. Saviour Balzan Saviour Balzan huwa d-Direttur Eżekuttiv ta' MediaToday u preżentatur ta' Xtra fuq TVM Pulċinelli! Kieku ħaddiehor bl- istess piż fil-midja għamel l-istess u mar mal-Partit Laburista, ara x'kienu jgħidu eh... kieku jiftħu d-drenaġġ kollu ta' Tas-Sliema ma kienx jibda mat-tgħajjir kollu li din il-persuna kienet tirċievi! Imma għax tmur mal-PN, hekk orrajt! Eroj! Jibda hu l-ewwel jgħidilna minn ser iħallaslu l-paga ta' madwar €65,000. Jgħidilna liema big business qed iħallas il-pagi tad-diriġenti ta' Bernard Grech jekk tant iħobb it- trasparenza Peregin!

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18-07-2021