Illum previous editions

ILLUM 18-07-2021

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1393931

Contents of this Issue

Navigation

Page 9 of 27

10 aħbarijiet IL-ĦADD 18 TA' LULJU 2021 • illum L-Imħabba għamja: 'l-Aggresur dejjem kien magħluqa' Faċli tgħid "missha telqitu!" iżda fil-verità l-istorja taf tkun ferm iktar ikkumplikata. Il-Parlament Ewropew joħroġ rapport biex jgħin lill-vittmi tal-vjolenza domestika u lill-uliedhom MARIANNA CALLEJA Il-vjolenza domestika ilha magħna għal sekli, jaf qabel kienet sa ċertu punt aċċettabli minħabba li l-mara kienet titqies bħala proprjetà tar-raġel. Min jaf kemm il-mara inqatlet waqt li kienet f 'relazzjoni tossika u s-sentenza tal-aggressur kienet waħda minima bl-iskuża li kien qtil mmotivat mill-passjoni. Maż-żmien dan kollu nbiddel fid-dinja tal-punent u allaħares ma kienx hekk. Minkejja dan ma nistgħux ma nammettux li l-vjolenza domestika għadha preżenti sal-ġurnata tal-lum. Dan is-suġġett ġie diskuss f 'dettall f 'rapport maħruġ mill-Kumitat Ewropew għall-Affarijiet Legali (JURI) b'kollaborazzjoni mal- Kumitat Ewropew għad-Drittijiet tan-Nisa u l-Ugwaljanza bejn is- Sessi (FEMM). Ir-rapport innifsu jikkundanna bil-qawwa kull forma ta' vjolenza domestika u jelenka l-fatt li vittmi li jibqgħu esposti għall-vjolenza domestika jikkostitwixxi ksur tad- drittijiet tal-bniedem u d-dinjità tagħhom. Ejja naraw f 'iktar dettall xi jsarraf dan ir-rapport tal- MEP Taljana Luisa Regimenti, u l-MEP Griega Elena Kountoura. Funded by the European Union Vjolenza domestika tibqa titqies mill-UE bħala 'l-akbar ostaklu għall-ugwaljanza' Ir-rapport innifsu jagħraf li l-ugwaljanza bejn is-sessi hija valur fundamentali u objettiv importanti tal-UE iżda jelenka li l-vjolenza domestika tibqa' forma estrema ta' diskriminazzjoni kontra n-nisa filwaqt li hija l-akbar ostaklu li baqgħalna niġġieldu biex bħala UE niksbu ugwaljanza bejn is-sessi. 'Vjolenza domestika' f 'dan ir- rapport tirreferi għal kwalunkwe att ta' natura fiżika, sesswali, psikoloġika jew ekonomika. Jirreferi wkoll għal vjolenza li ssir fuq vittmi li jaqsmu dar mal- aggresur tagħhom u anke jekk le. Għalkemm l-agressur jista jkollu numru ta' rwoli, l-iktar vjolenza domestika innutata kienet mis- sieħeb intimu tal-vittma eżempju r-raġel, il-partner jew l-għarus tal-vittma. Dan billi kien stmat li 22% tan-nisa li esperjenzaw vjolenza fiżika u/jew sesswali, u 43% li esperjenzaw vjolenza psikoloġika, jesperjenzawha mis- sieħeb tagħhom. Din sintendi toħloq problema soċjali serja u spiss moħbija li tista' tikkawża iktar problemi 'l quddiem speċjalment trawma psikoloġika b'konsegwenzi serji għall-vittmi. L-istatistika turi wkoll li l-agressur dejjem kien persuna li l-vittma tafda b'għajnejha magħluqa u għalhekk r-rapport jikkunsidra l-abbuż bħala tradiment ukoll. Vjolenza domestika mis- sieħeb intimu tal-vittma, li diġà għidna li hi l-iktar komuni, timxi id f 'id mal-abbuż fuq it-tfal. It-tfal li huma esposti għall-vjolenza domestika huma l-iktar li jsofru konsegwenzi negattivi fuq is-saħħa mentali u fiżika li jkun ukoll ta' natura kronika. Il-vittimizzazzjoni tat- tfal f 'sitwazzjonijiet ta' vjolenza kontra n-nisa jistgħu jkomplu jeskalaw is-sitwazzjoni wkoll fil-kuntest ta' tilwim 'ġdid' bejn il-ġenituri dwar il-kura li ħafna drabi tispiċċa tkun non-eżistenti. Fil-każ ta' tfal, ħafna jgħidu li tfal huma bħal sponża, li tixrob dak kollu li ssib madwarha. Din hi r-raġuni għaliex ir-rapport jelenka li tfal li jkunu xhud ta' abbuż huma affetwati daqs tfal oħra li jgħaddu mill-abbuż huma jew inkella li jiġu trattati ħażin. Kien innutat li tfal, vittmi tal- abbuż jew li jkunu xhud, jgħaddu minn konsegwenzi serji b'mod speċjali fuq l-iżvilupp psikoloġiku u emozzjonali. Allura x'jiġri la darba l-vittma tkun xebgħat taqla fuq wiċċha u tiddeċiedi li titlaq l-agressur u tibni futur? Ir-rapport juri li iktar faċli tgħidha milli tagħmilha. Apparti li ġeneralment il-vittmi ma jkollhomx ir-riżorsi u l-finanzi li jippermettu li jdawwru ħajjithom għall-aħjar. Ir-rapport jgħid li ġeneralment l-abbuż ma jiqafx anke meta l-vittma titlaq mid-dar, l-abbuż iżda jaf jinbidel kemm fil- forma u anke' fl-intensità. Hawn jidħol il-fenominu ta' "vjolenza fis-separazzjonijiet" u l-kustodja tal-ġenituri. Il-kustodja ta' tfal tilgħab rwol importanti f'dan is-suġġett ukoll Ġaladarba l-vittma tkun rabbiet il-kuraġġ biex titlaq l-aggressur, il-pass li jmiss ikun il-kustodja tat-tfal. Mhux l-ewwel darba li ġie nnutat li vittma tibqa' għall- abbuż biex uliedha ma jbatux u ma jgħaddux minn din il-fażi. Ir-rapport jirrikonoxxi li d-dritt ta' kull tifel u tifla hu li jżomm kuntatt maż-żewġ ġenituri, iżda jista' jagħti l-każ li dan id-dritt jiġi ristrett għall-aħjar interessi tal-istess tfal. Hemm każi wkoll fejn il-proċedura timponi tip ta' kustodja bħal dik kondiviża li tipperikola d-drittijiet u s-sigurtà tal-vittma u/jew tat-tfal. Din it-tip ta' kustodja, tippermeti lill-agressur li jara lit-tfal għal ammont ta' sigħat jew ġranet. Fir-rapport jiġi spjegat kif kustodja kondiviża f 'sitwazzjonijiet ta' vjolenza domestika tesponi lin-nisa għal aktar vjolenza. Din it-tip ta' kustodja tista' tiġi nnotata f 'Malta wkoll anke jekk ir-rapport jirreferi biss għaliha f ' kuntest ta' pajjiżi kbar li jġiegħlu lill-vittmi jibqgħu fil-viċinanza ġeografika ta' min jabbuża minnhom.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM 18-07-2021