Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/770370
NEWSPAPER POST Nr 534 • 08 ta' Jannar 2017 www.illum.com.mt €1.00 Intervista ma' Gianluca Dingli Ara paġni 34 u 35 Meet the future at the Boot Düsseldorf Boatshow Limited offer on free direct flights* Call 99442122 *TERMS & CONDITIONS APPLY t 20-29 January 2017 azimutyachts.com.mt 43 & 50 Atlantis 50 & 72 Flybridge, 77-S- 53 & 66 Magellano on display Minn Albert Gauci Cunningham F'KONFERENZA tal-aħbarijiet li saret ilbieraħ, il-Ministru Owen Bonnici allega li d-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi kien il-persuna li bħala Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Artijiet, iffaċilità permezz ta' "kompromess," il- bejgħ tal-art li fuqha kien hemm il-Lowenbrau. Dan hekk kif, skont ir-rapport tal-Awditur ippubblikat f 'Diċembru li għadda, fl-2009 l-użu ta' din art inbidel minn waħda li tista' tkun żviluppata biss għal skopijiet ta' produzzjoni ta' xorb, għal waħda li tista' tkun żviluppata liberament. Dan il-kuntratt sar mingħajr l-approvazzjoni tal-Parlament jew inkella mingħajr ħruġ ta' tenders u f 'temp ta' 24 siegħa. Tkompli f 'paġna 15 Negozju 'mhux ħażin' fl-istaġun tal-Milied Minn Ruben Anthony Xuereb TLETT ijiem qabel tiftaħ uffiċjalment il-Presidenza Maltija tal-Kunsill tal- Unjoni Ewropea, li se jkollha l-immigrazzjoni fuq nett tal-aġenda, il- Ministru Carmelo Abela jisħaq mal-ILLUM li minkejja li n-numru ta' immigranti irregolari li qed jiġu bid-dgħajjes naqas, l-isfida ta' numru kbir ta' immigranti deħlin f 'pajjiżna għadha waħda reali ħafna. F'intervista ppubblikata f 'din il-ħarġa, l-aktar Ministru Malti li probabbilment se jkollu rwol ċentrali f 'din il-Presidenza, jispjega kif 'ħafna qegħdin jagħżlu li jidħlu bl-ajruplan jew bil-katamaran mill- Italja, bl-istess mod kif turist jiġi Malta. B'viża regolari u legali u passaġġ imħallas. Kif jaslu Malta, jinstab li ma jkollhomx id-dokumenti meħtieġa, għax ikunu ntremew jew inħbew mal- wasla f 'Malta. B'hekk ikunu jistgħu jitolbu għall-ażil.' Fil-fatt, aktar kmieni din il-ġimgħa, waqt programm televiżiv, il-Ministru Abela saħansitra qal li waħda mir-raġunijiet għalfejn immigranti qed jiġu lejn Malta mill-Italja huwa, minħabba li f 'pajjiżna hawn iktar xogħol u jistgħu jitħallsu aħjar. Mal-ILLUM, Abela fakkar kif bejn l-2014 u l-2015 kien hemm żieda qawwija ta' 33% fin-numru ta' talbiet għall- ażil, b'Malta tikklassifika t-tielet l-aktar pajjiż fl-Unjoni Ewropea b'talbiet għall-ażil, ras għal ras fl-aħħar ċifri mill-Eurostat. Intant dwar il- Presidenza huwa qal li se tkompli d-diskussjoni dwar id-direttiva tal-Blue Card, xi ħaġa simili tal-Green Card, biex l-immigranti jkunu jistgħu jidħlu fl- Ewropa b'mod legali. Minn Veronica Lynn Mizzi KOLLOX jindika li l-istaġun tal-festi, għall- ħwienet tal-ħwejjeġ u ż-żraben madwar il- pajjiż, la kien wieħed eċċezzjonali, u lanqas kien wieħed diżastruż. L-ILLUM tista' tiżvela kif l-istħarriġ annwali li jsir mill-GRTU dwar il-bejgħ matul Diċembru, mistenni juri li l-maġġoranza tas- sidien tal-ħwienet, la rreġistraw titjib u lanqas tnaqqis fil-bejgħ meta mqabbel mas-sena ta' qabel. Dan jikkorrispondi tajjeb ma' eżerċizzju li għamlet il-gazzetta ILLUM fost kampjun ta' 20 ħanut fl- akbar żona kummerċjali fin-nofsinhar ta' Malta, jiġifieri f 'Raħal Ġdid. Tkompli f 'paġna 9 'Flok bid-dgħajsa, bl-ajruplan' Immigranti qed jiġu bl-ajru, jarmu d-dokumenti u jitolbu l-ażil Ara intervista f 'paġni 12-13 'Kompromess fuq l-art tal-Lowenbrau' Owen Bonnici jallega indħil biex Jason jaqdi lil Żaren...Jason se jiftaħ libell