Illum previous editions

illum 8 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/770370

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 08 ta' Jannar 2017 It-tifla ta' Trump, il-fantasija pornografika ta' eluf ta' rġiel Minn statistika ta' 'Pornhub', jidher li fost fantasiji sesswali varji, eluf ta' nies fittxew is-sit għal xi ħaġa fuq it-tfal ta' Trump Minn Ruben Anthony Xuereb HEKK kif illum wieħed jista' jsib statistika fuq pratikament kollox, mill-prodott gross domestiku tal-pajjiż sa kemm tiġi konsmata ċikkulata waqt il-Milied, sit popolari tal- pornografija ħareġ l-istatistika tiegħu dwar il-preferenzi fit-tfittixija ta' suġġetti għall- filmati pornografiċi matul is- sena li għadha kif intemmet. Bħal kull ħaġa oħra fl-2016, anke l-preferenzi fil-pornografija ħadu xejra stramba, hekk kif l-ammont ta' pornografija li raw in-nies matul is-sena laħqet livelli rekord. Infatti, fuq livell globali, in-nies li jaraw il-pornografija fuq l-internet b'kollox raw 91,980,225,000 filmat minn fuq dan is-sit biss, li s-sit stess iddeskriva bħala tul ta' aktar minn 5,000 seklu ta' 'pastażati' murija fuq l-internet. Din is-sena, il-gosti tan-nies xaqilbu aktar għal suġġetti u sitwazzjonijiet ta' fantasija, fejn l-istatistika rat nuqqas konsiderevoli ta' rikjesti għal filmati ta' sess konvenzjonali, u żieda kbira fi tfittxijiet fuq eroj tal-komiks, karattri tal- videogames, nies popolari u fantasiji varji. Fost it-tfittxijiet l-aktar popolari matul l-2016, spikkaw, 'lesbian', 'step mom', 'schoolgirl' u 'milf ', u kull tip ta' kombinazzjoni ta' dawn it-termini. Ħaġa li forsi tista' tkun inkwetanti hija li matul avvenimenti partikolari li ġraw fid-dinja matul is-sena, kien hemm numru ta' nies li f 'dan is- sit pornografiku għamlu tfittxija relatata mal-personaġġi involuti. Wieħed mill-aktar eżempji inkwetanti kienu l-eluf ta' nies li wara li tħabbar ir-riżultat tal- elezzjoni fl-Istati Uniti, għamlu tfittxija fuq is-sit pornografiku għal 'Donald Trump', b'żieda ta' 874% fuq tfittxijiet oħra fl-istess ġurnata. Lil Trump għaddewh biss uliedu Ivanka u Tiffany. It-tfittxijiet għal tama ta' xi ħaġa pornografika fuq Tiffany Trump, telgħu b'aktar minn 2,000% u kien hemm ukoll żieda ta' 'l fuq minn 1,500% fit-tfittxijiet dwar il- futura First Lady Melania Trump. Dawk li fittxew fuq Melania almenu kkuntentaw b'xi ritratt 'espliċitu' li kienet ħadet snin ilu. Tgħid il-Maltin ħadu ċans iddisprat jagħmlu tfittxija fuq dan is-sit, bl-isem ta' xi personalità Maltija? Jew kienu sempliċiment parti mill-massa globali li din is-sena tat lok għall-fantasjiji sesswali tagħha u nqdiet bl- internet sabiex jurihom fantasiji pornografiċi ta' sitwazzjonijiet fittizji li jgħarrxu l-kurżità tagħhom. Bint il-President il-ġdid tal-Istati Uniti, Tiffany Trump kienet qed tqajjem interess partikolari Żieda kbira fil-bejgħ tal-ktieb ta' Hitler Il-Ktieb 'Mein Kampf ', miktub minn Adolf Hitler innifsu, ra żieda kbira fil-bejgħ tiegħu fil-Ġermanja Minn Ruben Anthony Xuereb ILKTIEB kontroversjali intitolat 'Mein Kampf ' li tfisser 'it-taqtiegħa tiegħi' u li nkiteb minn Adolf Hitler fl-1925, reġa' ġie ppubblikat fil-Ġermanja, u b'sorpriża għal ħafna, qiegħed ibigħ numru inkwetanti ta' kopji; 85,000 kopja fil-Ġermanja biss. Dan tul sena waħda biss, wara li reġa' ngħata l-permess biex dan il-ktieb jiġi ppubblikat hekk kif dan kien projbit sa minn wara t-tieni gwerra dinija. Il-ktieb awtobijografiku ta' Hitler, li huwa mimli mibegħda kontra l-Lhud b'mod speċjali, qiegħed iqajjem sens ta' inkwiet minħabba l-popolarità li reġa' kiseb, hekk kif il-Ġermanja bħalissa għaddejja minn perjodu fejn il-mibegħda lejn l-immigranti u r-refuġjati qiegħda tikber. Andreas Wirsching, id-Direttur tal-Istorja Kontemporanja fl-Istat tal-Bavaria u li għandu d-drittijiet tal-awtur fuq il-ktieb ta' Hitler sostna li n-numru kbir ta' bejgħ huwa impressjonanti u li qiegħed jikkunsidra l-pubblikazzjoni ta' verżjoni maqluba għall-Ingliz, immirata għas-swieq tar- Renju Unit u l-Istati Uniti. Id-deċiżjoni li dan il-ktieb jerġa' jiġu ppubblikat kienet kritikata bis-saħħa minn gruppi ta' Lhud madwar l-Ewropa. L-aħħar verżjoni li ġiet ippubblikata, għandha wkoll noti miżjudin fuq ġewwa, bl-iskop li jtaffu s-sentiment ta' mibegħda li Adolf Hilter innifsu esprima fil-kitba tiegħu, kif ukoll in-nuqqas tal-istampa tad-dittatur u l-iswastika, li bħala simboli, huma projbiti fil-Ġermanja. Minkejja l-attentati biex il-ktieb jitqies bħala wieħed akkademiku u storiku, l-ammont kbir ta' kopji tiegħu mibjugħa, qiegħda tqanqal l-inkwiet li din hija evidenza li l-propoganada ta' Hitler qiegħda terġa' tissaħħaħ fil-Ġermanja.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 January 2017