Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/770370
illum Il-Ħadd 08 ta' Jannar 2017 Sports 32 X'għandna nistennew mid-dinja tal-futbol minn Cristian Antony Muscat VALLETTA rebbieħa tas- Super Cup ta' Malta filwaqt li AC Milan trijonfanti fuq Juventus f 'dik Taljana, ġewwa l-klima Għarbija ta' Doha. Le, mhuwiex preludju għal staġun ġdid minkejja li s-sena 2016 għalqet b'żewġ supercups, iżda huwa pass iżjed viċin lejn is-sena 2017, fejn għal darb'oħra, id- dilettanti kollha tal-futbol ħa jkunu qegħdin jassistu għal tieni parti ta' staġun emozzjonanti f 'kull parti tal-globu kalcistiku. Naturalment, l-ewwel avveniment kalċistiku ta' kull sena huwa s-suq tat-trasferimenti xitwi fl- Ewropa, li beda mal-ewwel tokki ta' Jannar u jagħlaq fl-aħħar ġurnata tal-istess xahar, jew l-iżjed l-iżjed fl-ewwel Tnejn ta' Frar, jiddependi dejjem skont għal liema Federazzjoni kalċistika nkunu qegħdin nirreferu għaliha. Madankollu, x-xnigħat ma jieqfu qatt u diġà bdejna nisimgħu b'xi trasferimenti li jistgħu jseħħu jew anke li diġà seħħew. Fost dawk li diġà ġew konklużi, insibu lill- midfielder Brażiljan ta' Chelsea Oscar, li wara li ma sabx post fit-tim iggwidat minn Antonio Conte, huwa rħielha lejn il-kontinent Ażjatiku sabiex jingħaqad ma' Shangai SIPG, li huma mmexxija minn Andrè Villas Boas, eks kowċ ta' Chelsea u fejn magħhom se jiltaqa' mal-kompatrijott Brażiljan, Hulk. Ġewwa s-Serie A diġà kien hemm ukoll xi ċaqliq, hekk kif iċ-champions renjanti, Juventus, akkwistaw lill- midfielder mill-Veneżwela, Rincon, mingħand Genoa, sabiex isaħħu nofs il- grawnd, probabbilment l-iżjed dipartiment dgħajjef tal-Bianconeri. Ir-rivali Inter ukoll saħħew nofs il-grawnd tagħhom permezz tal-akkwist b'self tal-Brażiljan Lucas Leiva, mingħand Liverpool, plejer li n-Neroazzuri ilhom żmien jiġru warajh. Ta' min isemmi wkoll, li t-trasferimenti ma jikkonċernawx plejers biss, iżda anke kowċis fejn l-attenzjoni f 'Jannar ħa tkun fuq min se jieħu post l-Amerikan Bob Bradley bħala kowċ ta' Swansea City, hekk kif dan tal-aħħar tkeċċa miċ-chairman Hugh Jenkins wara biss 11-il partita nkarigat mit-tim minn Wales, bil- favorit numru 1 li jeħodlu postu jkun l-eks plejer ta' Manchester United, Ryan Giggs. Ovvjament, f 'Malta ma jonqosx li jkun hawn movimenti bejn it-timijiet sabiex jgħaqqdu l-aħħar partijiet tagħhom, bil- għan li jilħqu l-objettivi staġjonali tagħhom. Ċaqliq diġà rajna, hekk kif it-tim ta' Valletta ċeda b'self liż- żagħżugħ Jurgen Suda lil Pietà Hotspurs filwaqt li ġabu lura lill-attakkant Luke Montebello. Assistejna anke għal tibdil pankinarju, hekk kif fost l-oħrajn, Ħamrun Spartans ħatru lil Jacques Scerri bħala kowċ tagħhom. Ovvjament, minbarra s-suq tat-trasferimenti l-attenzjoni fuq il- kampjonati ħa tkun waħda fid-dettall ukoll, hekk kif qegħdin f 'nofs ħafna battalji għall-ogħla unur kalċistiku madwar il-kontinent Ewropew. Fil-kampjonat Malti, għandna taqtiegħa interessanti bejn erba' timijiet, hekk kif Balzan għalqu s-sena bħala leaders b'34 punt, segwiti minn Hibernians li għandhom 33 punt, Valletta bi 30 punt u l-ġirien Floriana eżatt warajhom b'29 punt. Wara 16-il partita, ħadd għadu ma ħa r-riedni tal-kampjonat f 'idejh u b'dan ir-ritmu, kapaċi jkollna t-tieni parti tal-staġun mimlija emozzjonijiet u forsi għaliex le, kapaċi tkun determinati sabiex tressaq lin-nies lejn il-grawnd. Ftit 'il fuq mill-ibħra Maltin, insibu l-peniżola Taljana, bit-tim ta' Juventus jiddomina l-kampjonat Taljan, minkejja li mhux qiegħed jikkonvinċi ħafna fil-prestazzjonijiet tiegħu. Bħalissa, huma jinsabu sitt punti fuq Roma, iżda b'logħba inqas, dik kontra Crotone, biex potenzjalment kapaċi jkunu qegħdin jiggwidaw is-Serie A b'disa' punti fuq tat-tieni post - marġni li jindika kemm it-timijiet l-oħra għadhom irid jaqdfu iżjed sabiex jilħqu l-livell tat-tim ta' Massimiliano Allegri. Juventin ieħor li qiegħed jagħmel isem għalih, għal darb'oħra, huwa Antonio Conte, li wara l-esperjenza mat-tim nazzjonali Taljan, huwa ħa t-tmexxija tat-team ta' Chelsea u b'umiltà liema bħala, tefa' lit-tim ta' Chelsea fl-ewwel post tal-klassifika, sitt punti fuq it-tim ta' Liverpool ta' Jurgen Klopp u sebgħa fuq Pep Guardiola, li attwalment huwa l-kowċ ta' Manchester City. Żgur mhux forsi, iċ-ċaqliqa minn difiża b'erbgħa għal difiża bi tlieta, b'formazzjoni simili għal dik li utilizza għal Juventus u għall- Italja, kienet karatteristika determinanti f 'din il-mixja. Wara li l-istaġun li għadda kellna s-sorpriża ta' Leicester City ġewwa l-Ingilterra, din is-sena qegħdin nassistu għall-miraklu ta' RedBull Leipzig fil-Bundesliga Ġermaniza. Wara li rebħu l-promozzjoni l-istaġun li għadda, it-tim li jġib l-isem tal-kumpanija tax-xarba enerġetika u li tant qalgħet kontroversji minħabba l-fatt li tmur kontra l-etika tat-tmexxija tal-klabbs Ġermaniżi, Leipzig qegħdin jokkupaw it-tieni post, tliet punti taħt Bayern Munich, wara li tilfu l-konfront dirett kontra l-istess tim. Madankollu, jidher li l-isfida ta' Leipzig kapaċi tkun waħda sal-aħħar, u b'hekk ta' min jibqa' jsegwi bir-reqqa l-kampjonat Ġermaniż din is-sena. Sfida missielta oħra nsibuha fi Spanja, hekk kif Zinedine Zidane u Real Madrid qegħdin jokkupaw l-ewwel post fil-La Liga. Warajhom insibu lil Barcelona b'34 punt u Sevilla b'33 punt. Kulħadd jaf kemm Real Madrid u Barcelona huma b'saħħithom, però wieħed ma jistax jaqta' barra lit- tim ta' Sevilla. Immexxija mll-eks kowċ taċ-Ċilì, Jorge Sampaoli, Sevilla huma tim pragmatiku, offensiv iżda anke divertenti. Plejers bħal Franco Vazquez, Ganso, Steven N'Zonzi u Luciano Vietto qegħdin iżommu lit-tim fuq livelli għoljin u ma tkunx sorpriża jekk It-tim Ġermaniż li tant qed jimressjona fil-Bundeliga, RedBull Leipzig. Il-plejer il-ġdid ta' Shangai SIPG, Oscar