Illum previous editions

illum 8 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/770370

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

illum Il-Ħadd 08 ta' Jannar 2017 Sports 30 ILLUM, l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi, se tkun qed tiftaħ l-istaġun bil-Karozzi Autocross u l-Muturi Motocross. L-Autocross se jsuqu fuq wiċċ ġdid tal-korsa waqt li dawk tal-Motocross sa jsuqu fuq korsa kompletament ġdida u b'distanza itwal – dik ta' 1,430 metru. Għal darb'oħra, l-istaġun tal-ASMK 2016/2017 se jkun sponsorjat mid-ditta 'Pasta Poiatti'. Il-programm tal-lum jibda fl-10am bit-tiġrijiet Autocross u Motocross. Il-programm se jagħlaq bid-Demolition Derby li ssir b'risq l-Istrina, liema attività kellha ssir nhar il-Ħadd 18 ta' Diċembru 2016. Id-Demolition Derby mistennija tibda fit-3:30pm bil-parteċipazzjoni ta' 14-il kompetitur fuq karozzi ta' għamla u qisien varji minn xulxin. Intant, l-Amministrazzjoni tal- ASMK, ħadmet qatiegħ biex issolvi l-problemi li żviluppaw kaġun tal- maltemp li għamel fl- aħħar ġimgħat, iżda bl-għajuna ta' diversi kuntratturi benefatturi fosthom 'Central Asphalt Ltd' u 'Polidano Group' taħt it-tmexxija tal-ASMK Project Manager Lawrence Darmanin, irnexielha twassal il-proġett tal-Korsa tal-Karozzi fit-tmiem biex illum ikun jista' jingħata bidu għat-tiġrijiet bil- karozzi u l-muturi, u jinfetaħ l-istaġun il-ġdid. L-Assoċjazzjoni xtaqet tinforma wkoll li minħabba l-posponimenti li kellha fl-aħħar xhur, issa fuq is-sit elettroniku wieħed jista' jsib il-Programm għas-sena 2017. Iktar informazzjoni wieħed jista' jsibha wkoll fis-sit elettroniku tal- Assoċjazzjoni www.asmk. org.mt, jew fil-paġni tal- Facebook bl-isem A.S.M.K. Malta jew Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Norman Darmanin Demajo jippreżenta tifkira lil Peter Pullicino 'Inħabbtuhom għall-Istrina' mill-ASMK Karl Micallef fuq Ford Fiesta segwit minn Matthew Borg fuq Fiat Ritmo u Jonathan Vella fuq Ford Fiesta Steaua Bucharest m'għadhomx jeżistu ILMINISTERU tad-Difiża Rumen rebaħ il-kawża kontra s-sid ta' Steaua Bucharest, minħabba li dan tal-aħħar, għall- aħħar 13-il sena uża l-isem ta' dan il-klabb Rumen mingħajr ma kellu l-permess li jagħmel dan. Huwa qed jiġi mitlub iħallas ukoll multa li tammonta għal xejn inqas minn €37 miljun f 'danni, minħabba dan. Din il-kawża ilha fis-seħħ sa mill-2004, u fl-2014 Steaua Bucharest kienu mċaħħda milli jużaw dan l-isem kif ukoll l-arma kemm minn fuq il-flokkjiet tat-taħriġ kif ukoll minn fuq dawk li jużaw waqt il-logħbiet uffiċjali. Dan hekk kif dan id-disinn kien jappartjeni lis-soċjetajiet sportivi tal-eżerċitu Rumen, li kellu l-kontroll ta' dan it-tim sal-1989, wara li waqa' r-reġim ta' Ceausescu, u l-klabb kien sar wieħed privat, fejn iżda xorta waħda żamm is-simboli l-antiki u l-isem l-antik. B'hekk issa dan it-tim irid ibiddel ismu, u b'hekk Steaua Bucharest m'għadhomx jeżistu. L-Imħallef fi Tribunal Rumen iddeċieda li s-sid u president ta' dan il-klabb, Gigi Becali, ma jistax jibqa' juża dan l-isem li kien ilu jintuża għal żmien twil u se jkun kostrett li jimmodifikah. Kollox qed jindika li l-klabb il-ġdid se jkun jismu FCSB, liema isem jiġbor fih l-inizjali ta' Football Club Steaua Bucarest. Iżda l-istorja ma tintemmx hawn, hekk kif il-Ministeru tad-Difiża Rumen afferma li fl-istaġun li ġej se jkun qed ifeġġ tim ieħor li jġib l-isem ta' Steaua u li diġà għandu l-appoġġ ta' 45% taċ-ċittadini Rumeni. Dan it-tim se jibda jilgħab fir-raba' diviżjoni Rumena u se jkun immexxi mill- kowċ Marius Lacatus li fil-passat lagħab fl-Italja ma' Fiorentina, fl-irwol ta' attakkant. Maria Coppola ssir l-ewwel kowċ mara ta' futbolers żgħażagħ irġiel f 'pajjiżna FILJIEM li għaddew, l-eks futboler Maria Coppola, li matul il-karriera tagħha saħansitra lagħbet barra minn pajjiżna, inħatret bħala kowċ tal-minors ta' Siggiewi FC kif ukoll tal-iskwadra ta' taħt it-13-il sena tal-istess klabb. Il-ħatra ta' kowċ mara għal skwadra ta żgħażagħ ta' sess maskili f 'dan il-livell (minors) mhix komuni f 'Malta, anzi hija l-ewwel waħda fl-istorja tal-futbol lokali. Fil-passat, Coppola kienet fdata wkoll bit-tmexxija ta' skwadri prominenti bħal Balzan F.C., Birkirkara F.C., Mosta FC u Zejtun Corinthians F.C. f 'kategoriji differenti.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 January 2017