Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/770370
Il-Ħadd 08 ta' Jannar 2017 | illum Intervista 13 bżonn hijack biex jidher sabiħ...' l-immigranti ma jitniżżlux hawn Malta, kif ukoll fl-użu tal-helicopters tal-AFM li jġibu lejn l-isptar ta' Malta uħud li jkollhom bżonn assistenza medika urġenti waqt is-salvataġġi. F'dawn il- każi, dawk miġjuba Malta għall-kura medika, imbagħad jibqgħu hawn. Il-Gvern dejjem ċaħad l-għidut ta' ftehim 'siġriet' biex l-Italja tieħu l-immigranti hi Is-sena li għaddiet, kien ġie rrappurtat li r-raġuni għalfejn in-numru ta' immigranti li jidħlu Malta naqas, kienet minħabba ftehim 'sigriet' li sar bejn il-Gvern Malti u dak Taljan, li permezz tiegħu, l-immigranti kollha li jinġabru minn fuq il-baħar jittieħdu l-Italja. Dwar dawn l-ispekulazzjonijiet, il-Ministru Abela sostna li l-Gvern dejjem ċaħad li qatt kien hemm ebda forma ta' ftehim mal-Italja. Abela spjega li s-salvataġġi fuq il-baħar isiru b'kordinazzjoni bejn l-awtoritajiet Maltin u Taljani, li f 'dawn l-aħħar snin kien hemm titjib fihom. Abela spjega kif l-aġenzija FRONTEX ħadet rwol aktar ċentrali fis-salvataġġ fil- Mediterran, bħala prijorità biex jiġu salvati l-ħajjiet ta' dawk li jkunu qed iwettqu l-vjaġġ perikoluż lejn l-Ewropa, li sfortunatament is-sena li għaddiet, kien hemm rekord ta' mwiet fuq il- baħar. Abela kompla jispjega li l-FRONTEX għanda l-istrateġija tagħha kif taħdem, li parti minnha hija proċedura li meta s-salvataġġi jkunu kordinati minnhom, dawk salvati jiġu żbarkati l-Italja. "Bl- istess mod," spjega Abela, "jekk is-sejħa għall-għajnuna tittieħed mill-Italja, anke f 'dan il-każ, l-iżbark isir l-Italja, bl-istess mod kif jiġu żbarkati Malta jekk is-sejħa għall-għajnuna tittieħed minn Malta." Il-Ministru spjega li dawn huma r-'rules of engagement' li qed jaddottaw l-Awtoritajiet Maltin u Taljani flimkien mal-Frontex, u allura l-fatt li mhux qed ikollna dħul bid-dgħajjes daqs qabel huwa biss minħabba f 'hekk, mhux minħabba xi ftehim 'sigriet' u speċjali. 'Dawk li jaħarbu minn xi gwerra għandhom dritt għall-protezzjoni, iżda l-immigranti ekonomiċi, għandhom jintbagħtu lura' Mistoqsi dwar ir-ripatrijazzjoni, Abela spjega li filwaqt li dawk li jkollhom stat ta' refuġjat jew ikunu taħt protezzjoni, trid tingħatalhom il-protezzjoni kollha meħtieġa biex jibqgħu fl-Ewropa, dawk li jissejħu immigranti ekonomiċi, għandhom jintbagħtu lura fil-pajjiż tal-oriġini tagħhom, skont il-Politika tal-UE dwar l-immigranti ekonomiċi. Il-Ministru spjega li hemm distinzjoni bejn immigranti li ġejjin minn pajjiżi fejn hemm gwerer jew anke theddid personali għalihom, għal dawk li sempliċiment jiġu fl-Ewropa jfittxu opportunitajiet ekonomiċi aħjar. Ir- regoli dwar dawn it-tip ta' immigranti huma li dawn għandhom jintbgħatu lura f 'pajjiżhom. L-istess Unjoni Ewropea qed tiddiskuti modi legali kif persuna minn pajjiżi 'l barra mill- Unjoni tidħol b'mod legali u organizzat, permezz tad-direttiva tal-'Blue Card' li se tippermetti mezz ta' immigrazzjoni legali lejn l-Ewropa. Fir-rigward tal-kwistjoni li għaddejja bħalissa dwar ir-ripatrijazzjoni ta' numru ta' nies mill-Mali, il-Ministru spjega kif il-Kunsill Ewropew għamel ftehim ma' ħames pajjiżi Afrikani: il-Mali, in-Niġerja, in-Niġer, is- Senegal u l-Ghana, li flimkien qegħdin jissejħu bħala l-'compact', biex l-UE taħdem magħhom sabiex ċittadini minn dawn il-pajjiżi, peress li fihom m'hemmx gwerer u kunflitti, ikunu jistgħu jintbagħtu lura fihom. Bi ftehim, l-Unjoni Ewropea tgħin fl-iżvilupp ta' dawn l-istess pajjiżi, sabiex l-ekonomija u l-opportunitajiet ikunu stabbli biżżejjed biex ċittadini ma jħossux il-bżonn li jitilqu. Fil-każ tal-Mali, il-Ministru spjega li bid- differenza tan-Niġer per eżempju, fejn saru avvanzi fil-ftehim, għadu ma sarx il-ftehim neċessarju biex dan il-proċess ta' deportazzjoni jsir mingħajr tfixkil, wara li l-immigranti jistabu li huma mill-Mali. L-immigranti li ġejjin minn pajjiżi fejn hemm gwerer u perikli għal ħajjithom, trid tingħatalhom il- protezzjoni kollha biex jibqgħu - Ewropa, mentri l-immigranti ekonomiċi, għandhom jintbagħtu lura l-pajjiż tal-oriġini tagħhom " " David Stellini Il-Ministru tal-Intern u s-Sigurtà Nazzjonali, Carmelo Abela Ritratt: James Bianchi