Illum previous editions

illum 8 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/770370

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 35

Il-Ħadd 08 ta' Jannar 2017 | illum Sports 27 SPORTSillum minn Cristian Antony Muscat Floriana ...........................5 Hamrun S ........................1 FLORIANA komplew juru li matul dan l-istaġun għad jisfidaw għall-ogħla postijiet fil-klassifika meta rriżultaw bħala wisq superjuri għal Hamrun Spartans u għelbuhom bl-iskor kbir ta' 5-1. Huma ħarġu ferm aggressivi u ta' dan ġew ippremjati wara biss ħames minuti logħob meta wara indeċiżjoni mid- difiża ta' Hamrun Spartans, li ħalliet f 'idejn il-goalkeeper Frederick Tabone, daħal tajjeb Amadou Samb, fejn antiċipa l-ħarġa tal-goalkeeper tal- Ispartans u permezz ta' daqqa ta' ras tajba tefa' ġewwa. Hamrun Spartans wieġbu fil-11-il minuta meta wara li rċieva minn freekick ta' Jake Grech, għola tajjeb Leandro Wallace Dos Santos li ra d-daqqa ta' ras angulata tiegħu tintemm ċentimetri barra mil- lasti ta' Justin Haber. Huma komplew jattakkaw u żewġ minuti biss wara, minn corner ta' Jake Grech, għola tajjeb ħuh Luke Grech li iżda kien sfortunat meta ra d-daqqa ta' ras tiegħu tistampa mal-wieqfa. Iżda l-Greens irduppjaw l-iskor fl-54 minuta meta wara li rċieva minn freekick ta' Maurizio Vella, Mario Fontanella xeħet cross għan- nofs, bil-plejer tal-Ispartans, Luke Grech fit-tentattiv li jikklerja l-ballun 'il bogħod minn kull periklu, tefa' l-ballun fil-lasta tiegħu stess. Tliet minuti biss wara l-Greens rebħu penalti meta Maurizio Vella twaqqa' fil-kaxxa mill-goalkeeper Fredrick Tabone, biex mill-11- il metru Nicolas Chiesa tefa' l-ballun fix-xibka. Ħamrun Spartans naqqsu l-marġni tal-iskor fis-60 minuta meta Patrick Jean Teixeira Maia minn pożizzjoni ideali għeleb lil Justin Haber. Ħames minuti wara, Floriana reġgħu rnexxielhom isibu x-xibka meta freekick ta' Maurizio Vella ġie salvat parzjalment mill-goalkeeper Fredrick Tabone, u mir- rebound daħal tajjeb Enzo Ruiz li mill-viċin spara l-ballun fix-xibka. Fit-88 minuta, Floriana ssiġġillaw ir-rebħa meta wara li rċieva minn corner ta' Maurizio Vella, għola tajjeb Enzo Ruiz, li b'daqqa ta' ras preċiża tefa' l-ballun fix-xibka. Floriana - Haber, Ruiz, Borg (Monticelli 52'), Vella (Scicluna 89'), Pisani, Varela, Cini, Samb (Farrugia 78'), Chiesa, Fontanella, Camenzuli Hamrun - S. Tabone, Nanapere, Chircop (Vergara Rodrigues 82'), Sciberras, Mesqueu Neto, Giusti (Mifsud Triganza 76'), L. Grech (Micallef 63'), Motta Dos Santos, J. Grech, Dos Anjos, Teixeira Maia Referi - Malcolm Spiteri MAURIZIO VELLA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Twieled fl-10 ta' Mejju 1991 u għandu 25 sena. Ingħaqad ma' Floriana fil- bidu ta' dan l-istaġun. Għalkemm ma rnexxielux isib ix-xibka, kien l-aħjar plejer fil-grawnd. Floriana wisq superjuri għal Ħamrun Spartans Ritratt: Dominic Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 January 2017