Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/770370
illum | Il-Ħadd 08 ta' Jannar 2017 Aħbarijiet 8 L2017 għandha tara l-bidu u t-tlestija tal-proġett li fil-fatt ix-xogħol beda s-sena l-oħra fuqu, jiġifieri dak ta' barra bieb il-belt. Dan il-proġett mhux biss huwa wieħed mistenni ħafna però kien ilu jinħass il-bżonn tiegħu, hekk kif id- daħla tal-Belt kienet kakofonija ta' imbarazz, ħmieġ, telqa u ntejjen. Fit-tieni jum tal-2017 bdew jitwaqqgħu l-gabbani, bix-xogħol fiż-żona tal-lukanda Phoenicia u mad- dawra ta' Kristu Re jinsabu fi stadju avvanzat. Il-proġett mistenni jkun lest din is-sena, eżatt qabel ma jiftaħ is-separju fuq Valletta 2018. MINKEJJA li din il-gazzetta kienet żvelat li l-elezzjoni ġenerali taf issir wara l-Presidenza u għalhekk fl-2017, fl-aħħar xhur tal-2016 Joseph Muscat semma l-2018 bħala s-sena tal-elezzjoni, minn tal-anqas f 'żewġ okkażjonijiet separati. Dan ifisser allura li fl-aħħar xhur tal-2017, speċjalment wara l-baġit, tibda tiela t-temperatura politika waħda sew. Jibdew l-attivajiet, jiżdied il-kontenut politiku fuq l-istazzjonijiet politiċi, kull Ministru jibda jmur jiftaħ 'l hawn u 'l hemm u d-diskors fit-toroq jerġa' jibda jaqa' fuq il-politika. 2017: Sena ta' deċiżjonijiet għall-Airmalta Antiporta dinjituża lill-belt kapitali It-temperatura politika tibda tiela' Ħajja jew mewt għall-Air Malta L2017 tista' tkun sena kruċjali ħafna għal-linja nazzjonali tal-ajru, l-Air Malta. Kollox qed jindika li l-Prim Ministru se jkun qiegħed iwaqqaf in-negozjati mal-Alitalia, xi ħaġa li kienet żvelat din il-gazzetta u li qed tirriżulta aktar fi prospett reali, hekk kif l-Alitalia għadha kif ħabbret programm ta' ristrutturar li jista jħalli 2,000 persuna barra mix-xogħol. L-ILLUM kienet irrapurtat kif Muscat se jmur għall-Pjan B. Il-Ministru tat-Turiżmu Edward Zammit Lewis ħalef li kemm idum Ministru l-Airmalta tibqa' ttir. L-2017 għandha tkun interessanti fis-sens li probabbilment in-negozjati bejn l-Alitalia u l-Airmalta jiġu fi tmiemhom u jkun żvelat il-Pjan B għall-Airmalta. Qed niffriżaw...jew qed ngħaġġbuha? Chris Fearne iwissi dwar it-temperaturi baxxi, u Joseph Calleja jgħid li qed ngħaġġbuha Minn Ruben Anthony Xuereb HEKK kif it-temperaturi f 'Malta din il-ġimgħa niżlu għal livelli aktar baxxi mill- medja aċċettabbli għall- maġġoranza tal-poplu, ħafna huma dawk li mhumiex jissaportu l-bard u jħossu li jilbsu kemm jilbsu ħwejjeġ, il-bard qishu ma jista' jittaffa b'xejn. Kienu ħafna li qasmu s-sentiment tagħhom fuq il- media soċjali, dwar kemm qed iħossu bard, kemm qed jiffriżaw u kemm jixitiequ li s-sajf jerġa' jiġi lura fostna mill-aktar fis possibbli. Fuq nota aktar serja, kien il- Ministru tas-Saħħa Chris Fearne stess li fuq il-paġna ta' Twitter tiegħu ħabbar li minħabba l-kesħa, il-ħaddiema fl-isptar Mater Dei raw żieda fix-xogħol hekk kif il-kesħa affetwat ħafna nies, speċjalment l-anzjani. Aktar kmieni matul il-ġimgħa, il-Ministru Fearne stess, ippubblika wkoll twissija dwar il- kesħa, speċjalment għall-anzjani, it-trabi u dawk li joqgħodu weħidhom, u wissa biex jinxtorbu xarbiet sħan, tinżamm it-temperatura sħuna fid-djar u kemm jista' jkun, wieħed iżomm ruħu attiv. It-tenur Malti ta' fama internazzjonali, Joseph Calleja, ħalla kumment fuq il-paġna tiegħu ta' Facebook fejn b'mod umoristiku huwa talab lill-Maltin jieqfu jeżaġeraw fuq l-ammont ta' kesħa li qed tagħmel Malta, għaliex barra minn Malta, in-nies qed isaqsuh kemm il- pulzier ta' borra għamlet s'issa. B'reazzjoni għall- kumment ta' Calleja, fost ir-risposti li nkitbulu fuq l-istess paġna Facebook tiegħu, bosta kienu spjegazzjoni dwar kif Malta l-bard jinħass aktar minn postijiet oħra madwar id-dinja minħabba t-tip ta' djar tagħna, li mhumiex mibnijin biex jifilħu għall-kesħa u li mhumiex mgħammra b'sistemi adegwati biex jissaħnu. Kienu ħafna li qalu li ġewwa, ġieli jinħass aktar bard minn barra, u segwaċi Żvediża ta' Calleja saħansitra kitbiltu li bejn Malta u l-Iżvezja, tħoss ħafna aktar bard meta tkun f 'pajjiżna. X'kesħa qed tagħmel... qed niffriża !