Illum previous editions

illum 8 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/770370

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 35

illum | Il-Ħadd 08 ta' Jannar 2017 24 Kummerċjali Logħob kompjuterizzat jippromwovi l-konservazzjoni tal- ilma f 'Malta Il-Programm tal-Ilma ta' HSBC – Catch the Drop ingħaqad mal-Kulleġġ Malti tal-Arti, Xjenza u Teknoloġija (MCAST) biex flimkien ikomplu jwessgħu l-perspettiva dwar il-problemi tal-ilma. Għal dan il-għan żviluppaw ħames logħbiet diġitali. Il-logħbiet interattivi u divertenti, jistgħu jitniżżlu u jintlagħbu fuq is-sistemi ta' Windows u Mac, huma innovazzjoni oħra mill- kampanja Catch the Drop wara li l-ewwel wasslet il-messaġġ lill-istudenti kollha tal-primarja, lill-Kunsilli Lokali f'pajjiżna, u eventwalment madwar id-dinja bit-tnedija ta' żewġ kanzunetti internazzjonali. It-titli tal-logħob huma Drip Drop, Filtro, Running Water, Summer is Coming, u Save the Drop. Filwaqt li l-logħbiet huma pjuttost impenjattivi fis- sempliċità u l-iskor tagħhom, kull logħba taspira li l-plejers iħarsu b'mod ġdid kif jagħmlu użu mill-ilma. Per eżempju, fil-kaz ta' In Filtro, akwarju fl-inħawi qed iħabbat wiċċu ma' problema kbira: l-ilma hu kontaminat u sar infestat b'mikrobi u ħmieġ. Issa kollox hu f 'idejn Filtro u l-klieb il-baħar ħbieb fidili tiegħu biex inaddfu l-ilma u biex iġibu l-akwarju sabiħ u nadif mill-ġdid. Filtro jagħmel dan billi jirkeb il-klieb il-baħar fl-akwarju u jiġbor iż-żibel u l-mikrobi fil-kontenitur speċjali tiegħu. "Biex verament isir impatt fuq kwistjonijiet soċjali, irridu nilħqu lin-nies fejn l-iktar iqattgħu l-ħin tagħhom, u għal eluf minna dan ifisser fuq l-internet, il-mobajls jew fuq sistemi elettroniċi. Sodisfatti li bil-kollaborazzjoni tagħna mal-MCAST u kuntenti bil-kreattività tal-istudenti tal-Istitut għall-Arti Kreattiva li utilizzaw mezzi diġitali," qal Glenn Bugeja, il-koordinatur tal-Programm tal-Ilma – Catch the Drop ta' HSBC. Logħbiet mingħajr ħlas qed iwasslu l-messaġġ ta' HSBC Catch the Drop permezz ta' pjattaformi diġitali Il-Kampanja Street Smart tkompli permezz tal-internet u xandiriet televiżivi Titħabbar ir-rebbieħa tal-kompetizzjoni Vogue Eyewear STREET SMART, kampanja ta' għarfien dwar is-sigurtà fit-toroq, tnediet għat-tielet sena konsekuttiva, grazzi għall-appoġġ ta' Fundacion Mapfre. Għall-aħħar sentejn, il-kampanja saret fl-iskejjel sekondarji, iżda din id-darba se tkun fuq l-istazzjonijiet televiżivi nazzjonali u online. Din id-darba, il-kampanja organizzata minn Generation Green, se tkun immirata lejn l-akbar udjenza possibbli, permezz tal-użu tat-televiżjoni. Serje ta' 13-il episodju, kull wieħed bejn 10 u 15-il minuta, se jiġu prodotti u mxandra fuq ONE TV. Kull episodju se jindirizza aspett differenti ta' sigurtà tat-trasport, bħaċ-ċinturin tas-sigurtà, id-dwal tat- traffiku, l-għaġġla fis-sewqan, konġestjonijiet tat-traffiku u distrazzjonijiet waqt is-sewqan. Se jkunu wkoll qed jiffukaw fuq l-aspetti tas-sigurtà fit- toroq għal dawk li jsuqu muturi jew roti. Minbarra li jkunu mxandra fuq it-televiżjoni, il- produzzjonijiet se jitqassmu lil kull skola f 'Malta biex jintużaw mill-għalliema. L-episodji se jkunu acċessibli wkoll fuq midja soċjali. Fil-passat, il-kampanja Street Smart laħqet aktar minn 4,000 studenti tal-iskola ta' età bejn 11 u 13-il sena. L-għarfien dwar is-sigurtà fit-toroq ingħata lill- istudenti permezz ta' sketches komici fi skejjel differenti madwar il-gżejjer Maltin. Il-kampanja rċeviet rispons pożittiv u kienet approvata mill- President Marie-Louise Coleiro Preca, il-Ministru tal-Edukazzjoni Evarist Bartolo u l-Ministru tat- Trasport Joe Mizzi. Ftit li xejn kien għadda minn moħħ Dr Carina Nagiah li wasla sal-ħanut ta' Tuaco Opticians fil-belt Valletta, f'Lulju li għadda, kienet ser tirriżulta fi btala fantastika f'Los Angeles, Kalifornja din il-ħarifa. Dr Nagiah hi r-rebbieħa tal- kompetizzjoni 'Meet Me in Los Angeles' ta' Vogue Eyewear. Il-kompetizzjoni 'Meet Me in Los Angeles' ta' Vogue Eyewear, li kienet koordinata minn Class Optical, id-distributur ta' din id- ditta f'Malta pprovda lill-klijenti kollha li xtraw nuċċali tax-xemx jew il-frame ta' nuċċali tal-vista ta' Vogue l-opportunità li jirbħu btala tal-ħolm għall-'Belt tal- Anġli', inklużi akkommodazzjoni għal erbat ijiem f'lukanda għal żewġ persuni u titjiriet bir-ritorn minn Malta għal Los Angeles. Bħala wieħed mill-ħwienet li jbigħu nuċċalijiet ta' Vogue (frame jew inkella għax-xemx) il-Maniġer ta' Tuaco Opticians Adrienne Despott qalet: "Los Angeles hi bħal Vogue Eyewear. Għandha varjetà ta' forom u kuluri, u personalità qawwija. Nies minn madwar id-dinja jħossuhom komdi f'Los Angeles." Meta waslet lura Malta minn Los Angeles, Dr Nagiah qalet: "Ħadt ħafna pjaċir bid-diversità u l-armonija tan-nies, il-postijiet ta' interesss u l-istil ta' ħajja ta' din il-belt. Ċertament il-qofol taż-żjara tiegħi f'LA kienet il-waqfa ta' jumejn f'Long Beach, speċjalment wara li kont esperjenzajt il-ħajja vibranti ta' Downtown LA u Beverley Hills." Għażla wiesgħa tal-aħħar disinji tan-nuċċalijiet Vogue huma disponibbli għand Tuaco Opticians, fi Triq Melita, jew inkella mingħand Optic Centre fi Triq San Ġwann, it-tnejn fil-Belt Valletta. Ir-rebbieħa tal-kompetizzjoni ta' Vogue Dr Carina Nagiah f 'Los Angeles Jikkwalifikaw aktar qarrejja tal-provi tal-Malti Dan l-aħħar, 45 student kisbu ċ-Ċertifikat fil-Qari tal-Provi bil-Malti mill-Università ta' Malta u x-Xhieda ta' Għarfien (warrant) bħala qarrejja tal- provi tal-Malti mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, wara li temmew b'suċċess l-għaxar kors f'Malta u t-tieni kors f'Għawdex. Dan il-kors ta' Livell 5 (MQF) hu mfittex ħafna minn dawk li jużaw il-Malti f'xogħolhom u fil-pubblikazzjonijiet, bħalma huma l-impjegati tas-settur pubbliku u privat, il-ħaddiema tal-kunsilli lokali u l-parroċċi, dawk li jaħdmu mal-pubblikaturi, ix-xandara u l-ġurnalisti (gazzetti, internet u televiżjoni), l-għalliema u s-segretarji tal-iskejjel, l-uffiċjali tal-komunikazzjoni, it-tradutturi, u kull min jixtieq iħossu aktar kunfidenti fil-kitba bil-Malti. Il-kors jinkludi taħriġ prattiku fl-ortografija tal-Malti permezz ta' siltiet ta' ġeneri differenti, kif ukoll prattika fil-korrezzjoni tal-Malti bil-kompjuter. Jinkludi wkoll taħriġ fil-punteġġjatura u l-preżentazzjoni ta' pubblikazzjoni, u tagħrif mill- aktar interessanti fuq l-istorja tal-lingwa, fost l-oħrajn. Fuq kollox, joffri l-opportunità lill- parteċipanti li jiddiskutu u jifhmu aħjar ir-regoli uffiċjali tal-kitba tal-Malti. B'kollox, mill-2006 meta fetaħ il-kors, ikkwalifikaw b'suċċess 395 qarrej tal-provi. It-tnax-il kors se jibda x-xahar id-dieħel f'Malta. L-istess kors qed ikun offrut mill-ġdid fiċ- Ċentru Universitarju ta' Għawdex, ix-Xewkija, u jiftaħ jekk jintlaħaq in-numru minimu ta' applikanti eliġibbli. Għalhekk, l-Għawdxin huma mħeġġa jaħtfu din l-opportunità biex ikunu jistgħu jsegwu l-kors f'Għawdex stess. L-applikazzjonijiet għall- Kors fil-Qari tal-Provi bil-Malti, organizzat mid-Dipartiment tal-Malti fl-Università bi sħab mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ilsien Malti, bħalissa huma miftuħin u jibqgħu jintlaqgħu sat-13 ta' Jannar mis-sit tal-Università.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 January 2017