Illum previous editions

illum 8 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/770370

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

illum Il-Ħadd 08 ta' Jannar 2017 Sports 28 Azzjoni mill-konfrot bejn Swieqi u Qormi. Ritratt - Joe Borg minn Cristian Antony Muscat St Andrews ................... 1 Mosta ........................... 1 FILKONFRONT bejn St Andrews u Mosta ma rriżulta l-ebda rebbieħ, hekk kif il-konfront bejn dawn iż- żewġ timijiet intemm fi draw ta' 1-1. St Andrews għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-logħba u wara biss 26 sekonda fetħu l-iskor meta Ziga Kastrevec avvanza tajjeb qabel ra x-xutt tajjeb tiegħu jiġi salvat parzjalment mill-goalkeeper ta' Mosta, Yenz Cini biex mir-rebound kien l-istess plejer li b'daqqa ta' ras preċiża tefa' l-ballun fix-xibka. Is-Saints komplew jattakkaw u fit-18-il minuta Dale Camilleri għadda tajjeb lejn Ziga Kastrevec bix-xutt ta' dan tal-aħħar jgħaddi jħakkek mal-wieqfa. Mosta wieġbu għall-ewwel darba fit-23 minuta permezz ta' xutt ta' Victor Lucky Oseghale bil-goalkeeper tas- Saints, Jake Galea, jirnexxielu jsalva tajjeb qabel ma d-difiża tat-tim tiegħu rnexxielha ttajjar il-ballun 'il bogħod minn kull periklu. Il-Blues komplew juru logħob tajjeb u fid-29 minuta rebħu penalti meta Daniel Brandle waqqa' lil Gabriel Bezak fil-kaxxa. Mill-11-il metru Gabriel Bezak ra x-xutt tiegħu salvat minn Jake Galea, iżda mir-rebound Victor Lucky Oseghale kkonkluda għal ġewwa. Fit-tieni taqsima kienu St Andrews li ħolqu l-ewwel periklu meta fit-52 minuta il- captain ta' St Andrews Joseph Farrugia ra l-freekick tiegħu jiġi salvat bi bravura minn Yenz Cini. Mosta wieġbu għaxar minuti wara meta xutt mid-distanza ta' Gabriel Bezak kien imdawwar f 'korner minn Jake Galea mgħejjun mil-lasta. It-tim immexxi mill-kowċ Zsolt Hornyak kompla jattakka u fid-69 minuta, Gabriel Bezak ġab lil Kemar David Reid waħdu iżda l-konklużjoni tiegħu ġiet salvata b'ċertu abbiltà b'saqajh mill-goalkeeper Jake Galea. Fis-87 minuta St Andrews resqu viċin li jiskorjaw il- gowl tar-rebħa, iżda kienu sfortunati meta minn korner ta' Joseph Farrugia, għola tajjeb Michael Johnson li iżda ra d-daqqa ta' ras tiegħu mill- viċin jistampa mal-mimduda. St Andrews - Galea, Camilleri, Che Bong Won, Brandle (Walker 46'), Kesinovic, Johnson, Udoh, Paz, Farrugia, Kastrevec (Belacevic 83'), Nwoko (McKay 68') Mosta - Cini, Magro, Frendo, Repa (Grech 90'), Bezak, Djoufack, Chinatu Onwudinjo, Oseghale (Brincat 75'), Martinelli (Caruana 37'), Kemmu Degrau, Reid Referi - Stefan Pace GABRIEL BEZAK Ġie vvvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Twieled fl-14 t'April 1993 fis-Slovakkja. Ingħaqad ma' Mosta fil- bidu ta' dan l-istaġun. L-ebda rebbieħ bejn St Andrews u Mosta Ritratt: Dominic Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 January 2017