Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/770370
Il-Ħadd 08 ta' Jannar 2017 | illum Sports 33 tal-futbol għas-sena 2017 narawhom jissieltu għat-titlu sal-aħħar. Naturalment, il-qofol tal- futbol Ewropew jintlaħaq fil-kompetizzjonijiet UEFA, dik taċ-Champions League u tal-Europa League. Fit-tazza ta' widnejha kbar, il-favoriti huma s-soliti Spanjoli u anke Bayern Munich. Madankollu, timijiet bħal Juventus u Manchester City, kapaċi jkunu l-outsiders għal din it-tazza wara l-investimenti tagħhom matul is-sajf li għadda. Nazzardaw insemmu wkoll, li f 'din il-kompetizzjoni baqa' anke Leicester City, li wara l-miraklu tagħhom fil-Premier League, ħa jkunu qegħdin jittantaw xortihom fl-Ewropa wkoll. Hekk kif Sevilla għaddew għall-aħħar 16 tal-Europa League, dan l-istaġun ħa jkun tim ġdid li ħa jirbaħ din il-kompetizzjoni, bil-favoriti jkunu timijiet bħal Roma u Manchester United. Iżda jekk ma tgħallimna xejn minn din it-tazza, tgħallimna żgur li hija kompetizzjoni diffiċli, għaliex id-diskrepanza teknika hija vera ftit u allura s-sorpriżi huma dejjem fl- ordni tal-ġurnata. Sadanittant, apparti l-kompetizzjonijiet f 'livell ta' klabbs, is- sena 2017 ħa toffrielna wkoll kompetizzjonijiet internazzjonali. L-ewwel waħda ħa tkun it-Tazza tal-Afrika li ha tibda fl-14 ta' Jannar, u ħa ssir ġewwa l-Gabon. 16-il tim ħa jkunu qegħdin jikkontestaw din it-Tazza, bil-gruppi jkunu maqsumin hekk. Fi Grupp A, insibu lil Gabon, Burkina Faso, Kamerun u Guinea- Bissau, fi Grupp B insibu lill-favoriti Alġerija, Tuneżija, Senegal u Zimbabwe, fil-grupp sussegwenti hemm il-Kosta tal-Avorju, Repubblika Demokratika tal-Kongo, Marokk u Togo filwaqt li fi Grupp D, meqjus bħala l-grupp tal-mewt, hemm Ghana, Mali, Eġittu u Uganda. Intant, f 'Ġunju tingħata bidu wkoll għal- kompetizzjoni tal-FIFA Confederations Cup, li huwa t-tournament li jsir sena qabel it-Tazza tad-Dinja u infatti se jkun qiegħed isir ġewwa r-Russja. F'dan it-tournament jieħdu sehem iċ-champions ta' kull kontinent u anke r-rebbieħa tal-aħħar Tazza tad-Dinja. Fiż-żewġ gruppi li ħa jkunu qegħdin jintlagħbu ħa nsibu lir-Russja, New Zealand, Portugall u Messiku fi Grupp A, filwaqt li fil-grupp ta' wara nsibu lil Ġermanja, Ċilì, Awstralja u r-rappreżentat Afrikan li se jirbaħ it-Tazza tal-Afrika. L-aħħar kompetizzjoni internazzjonali għal din is-sena mbagħad, ħa tkun il-CONCACAF Gold Cup li ħa ssir matul ix-xahar ta' Lulju u li tikkonċerna t-timijiet tal-Amerka ta' Fuq. Madankollu, mit-12-il tim li ħa jieħdu sehem fiha, sa issa hemm magħrufa biss sebgħa, u li huma l-Istati Uniti, Messiku, Kanada, Curacao, Martinique, French Guiana u Ġamajka. Il-bqija tat-timijiet ħa jkunu magħrufa permezz tal-Copa Centroamericana, li sservi anke bħala kwalifikazzjoni għall-Gold Cup, bil-favoriti li jikkwalifikaw ikunu Panama u Costa Rica fost oħrajn. Ninsabu quddiem sena oħra mimlija avvenimenti kalċistiċi, li żgur li ħa jkunu qegħdin jirregalaw ferħ u diżappunti, iżda fuq kollox emozzjonijiet li l-logħba tal- ballun biss taf tipprovdilna! Il-plejer il-ġdid ta' Juventus, Rincon Matthew Magro jkompli jimpressjona fi t-Ten-Pin Bowling Bank of Valletta jestendi l-appoġġ għall-ASA sal-2019 minn Cristian Antony Muscat RIĊENTAMENT, il- Bowler Matthew Magro, li huwa student tal-Iskola Nazzjonali tal-Isport temm l-impenji tiegħu f 'ranking tournament ġewwa Franza. Matthew ta' 15-il sena kkompeta fil-kategorija ta' taht is-17-il sena, li fiha hadu sehem 78 kompetitur u rnexxielu jikseb riżultat prestiġjuż. Fl-ewwel fażi Matthew Magro kkwalifika billi spiċċa fit 13-il post. Fit- tieni fażi, Magro wera l-potenzjal qawwi tiegħu u rnexxielu jitla' fil-ħames post, ftit punti biss 'il bogħod mit-tielet post li kien ifisser post fil-finali. Magro tant impressjona li ġie mistieden minn diversi assoċjazzjonijiet biex jipparteċipa f 'tournaments Ewropej fosthom fl- Ingilterra, fil-Belgju, fl-Olanda u fi Franza stess, sabiex itejjeb il-pożizzjoni tiegħu fir-ranking tal- Ewropa taż-żgħażagħ ta' taħt is-17-il sena. F'Diċembru li għadda, Matthew Magro, ġie rikonoxxut ukoll mill- Kumitat Olimpiku Malti bi 'special award' għas-suċċess li kiseb ġewwa r-Renju Unit u l-iżvizzera iktar kmieni matul dis-sena. Matthew huwa mħarreġ mill-kowċis tiegħu Rick Vogelesang u Sue Abela. Matthew Magro imkien ma' waħda mill-kowċis tiegħu, Sue Abela BANK of Valletta u l-Assoċjazzjoni għall- Isport Akwatiċi ta' Malta, l-ASA, ħabbru li ġeddew il-kollaborazzjoni ta' bejniethom li permezz tagħha, il-Bank of Valletta se jkun qed jappoġġja l-kompetizzjonijiet 'senior' kollha tal-waterpolo f 'Malta għat-tliet staġuni li ġejjin. Dan il-ftehim se jkun qed jiffoka wkoll fuq l-iżvilupp taż-żgħażagħ f 'dan il- dixxiplina sportiva. Dan tħabbar minn Mario Mallia, CEO tall-Bank of Valletta waqt konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mill-President tal-ASA Joe Caruana Curran. "L-istaġun tal-water polo tal-2017 se jkun qed jimmarka l-għaxar sena tal- kollaborazzjoni tal-Bank of Valletta mal- Assoċjazzjoni għall-isport Akkwatiċi ta 'Malta. Matul dawn is- snin aħna gawdejna minn kolloaborazzjoni mill-qrib ħafna," qal is-Sur Mallia. "L-iSport huwa wieħed mill- pilastri ewlenin tal-Programm fil-Komunita tal-Bank of Programm għaliex aħna nirrikonoxxu l-valur tal-isport fis-saħħa fiżika u mentali tal-individwu u għalhekk tal- komunità in ġenerali." Fejn jidħol l-aspett tal- iżvilupp taż-żgħażagħ, is-Sur Mallia spjega, "Il- ġimgħa l-oħra il-Bank ħabbar kollaborazzjoni ma SportMalta lejn skema għall- iżvilupp taż-żgħażagħ. Din il-kollaborazzjoni mal-ASA ftkompli ssaħħaħ l-impenn tal-Bank biex insostnu atleti żgħażagħ li qed jaħdmu bis- sħiħ fil dixxiplina rispettiva tagħhom. " "Aħna kuntenti ħafna li l-Bank of Valletta speċifikament talab li parti mill-għajnuna li nirċievu jmur lejn il-ġenerazzjoni żagħżugħa ta' plejers," qal Joe Caruana Curran. "Dan jirrifletti l-viżjoni fit-tul tal-Bank għall- isport, li kkontribwixxa għall- kwalifikazzjoni storika tagħna għall-Kampjonati Ewropej tas-sena li għaddiet."