Illum previous editions

illum 8 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/770370

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 35

Aħbarijiet 5 Il-Ħadd 08 ta' Jannar 2017 | illum 'L-affarijiet fil-Libja ma jistgħux ikunu agħar milli huma' Il-Ministru Vella ma jeskludix li l-Ġeneral Haftar seta' kien wara l-hijack f 'Malta Minn Albert Gauci Cunningham ILMINISTRU tal-Affarijiet Barranin George Vella sostna mal-ILLUM li s-sitwazzjoni preżenti fil-pajjiż ġar tagħna, il- Libja, ma tistax tkun agħar milli hi bħalissa, b'żoni partikolari li hu jiddeskrivihom bħala 'fl-istess ilma li fiha tinsab Aleppo, fis- Sirja.' Fid-dawl tal-hijack li seħħ f 'pajjiżna fl-aħħar tas-sena l-oħra, li seta' kellu konsegwenzi aktar gravi u li matulu, Libjan ħareġ ixxejjer il-bandiera ħadra tal- Jamahiriya Libjana, assoċjata ma' Gaddafi, l-ILLUM għamlet kuntatt mal-Ministru Vella u staqsiet kemm hi gravi s-sitwazzjoni fil- Libja bħalissa. "Għandek żoni bħal Gandufa, li hija parti minn Bengażi, fejn għandek l-ISIS li qed jisparaw fuq in-nies u persuni li qed ibatu ġuħ kbir. Fil-Libja," kompla jgħid George Vella, 'għandek sitwazzjoni prekarja umanitarja, li teħtieġ tkun indirizzata.' Intant iktar kmieni din il-ġimgħa, hekk kif Moussa Shaha u Ahmad Aliah qed jidhru quddiem il- Qorti Maltija akkużati, fost oħrajn b'terroriżmu, artiklu miktub mill- editur tas-sit tal-aħbarijiet Tork Aydinlik Daily, M.Birol Guger, tefa' iktar dawl fuq il-każ tal- hijack li seħħ f 'pajjiżna. Sorsi li tkellem magħhom, b'kundizzjoni ta' anonimità laqqmu l-hijack bħala 'teatrin' magħmul biex settur 'dejjem jikber ta' persuni leali lejn l-eks dittatur u r-reġim ta' Muammar Gaddafi - li qed jiżviluppaw alleanza b'saħħitha mal-Armata Libjana mmexxija mill-Ġeneral Haftar - jidher f 'dawl ikrah'. 'L-għan tagħhom kien li jħammġu l-immaġini tagħna u juruna bħala terroristi u kriminali, għax qed jibżgħu, hekk kif qed jaraw li dawk leali lejn Gaddafi qed jerġgħu jiffurmaw il-maġġoranza tas- soċjetà Libjana. L-era tal-ġrieden waslet biex tintemm.' Qawmien mill-ġdid għall-forzi ta' Gaddafi? Mistoqsi jekk hux sorpriż bil- kummenti dwar fazzjoni li qed tikber favur Gaddafi, Vella iktar deher sorpriż bil-mistoqsija tal- ILLUM. 'Dażgur li m'iniex sorpriż, in-nies li jiffavorixxu lil Gaddafi dejjem hemm baqgħu. Int kellek żoni bħal Sirte u Ben Walid li kienu fortizzi ta' appoġġ għal Gaddafi.' Il-Ministru Vella fakkar li l-għidut huwa li t-tifel ta' Gaddafi, Saif al-Islam jinsab maqbud. Minkejja dan, fl-aħħar xhur kien qed jingħad ukoll, għalkemm xejn mhu konfermat, li Saif inħeles. Matul l-2016 kien spekulat li jaf ikun fl- interess ta' ċerti forzi li Saif jinħeles biex iservi ta' figura ta' għaqda għall-elementi favur Gaddafi, biex dawn jiġġieldu kontra l-forzi ta' Miżurata. Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin Malti, awtorità f 'dak kollu li qed jiġri fil-Libja, ma tantx jemmen li jista' jkun hemm xi forma ta' ritorn tal-qawwiet ta' Gaddafi, l-aktar b'dak li jara bħala l-mixja għad- dominanza tal-Ġeneral Khalifa Haftar. Il-hijack jista' jkun xogħol ta' Haftar Lil hinn mit-teoriji strettament lokali u partiġġjani, George Vella jgħid li teorija oħra li tista' tkun kredibbli dwar il-hijack huwa li warajh kien hemm il-Ġeneral Khalifa Haftar li bħalissa huwa, indubbjament, l-aktar persuna b'saħħitha fil-Libja. "Il-hijack seta' kien orkestrat biex l-armata ta' Haftar ikollha raġuni tajba ibbażata fuq nuqqas ta' bonordni u sigurtà, biex tattakka ż-żona ta' Sabha, minn fejn telqet it-titjira tal-Afriqiyah Airways. B'hekk ikun għamel rebħa oħra, f 'dak li jidher li huwa l-għan tiegħu biex ikollu taħt idejh il-Libja kollha." Fil-fatt, Vella jispjega mal-ILLUM kif Haftar jgħid li għandu mat-80% tal-Libja għalkemm hu jemmen li għandu 60%. "Inti għandek Tripli, Sabha u Sirte taħt il-Militar ta' Miżurata u Haftar għandu Bengażi u Tobruk u qed jagħlaq fuq l-ibliet li mhumiex qegħdin taħt il-kontoll tiegħu. Malli jitkissru ta' Miżurata (u Haftar għalhekk ħalla lil ta' Miżurata jiħdlu Sirte u jiġġieldu għal dik il-belt, preċiżament biex jitkissru) hu jkun jista' jieħu taħt idejh il-Libja kollha." 'Hemm biża' li r-Russja tidħol fil-Libja' Imma l-prospett tal-Ġeneral Haftar li jakkwista aktar poter tinkwetah lil Vella? Hu jgħid lil din il-gazzetta li dak li l-aktar li jinkwetah huwa li jkun il-militar li jieħu l-poter u jkun assolut, "meta l-militar għandu jkun suġġett għaċ- ċivil, li jgħasses," sostna Vella. 'Hemm l-inkwiet ukoll u l-biża' li r-Russja tidħol fil-kwistjoni, biex forsi tagħti aktar poter lil Haftar. Mhux qed ngħid li se jiġri hekk żgur, imma iva hemm il-biża' li din tista' tiġri. 'Il-Libja tibqa' toffri problema ta' sigurtà' Intant dwar kif is-sitwazzjoni fil-Libja tista' taffetwa lil Malta, l-Mediterran u anke l-Ewropa, l-Ministru Vella fakkar lil din il- gazzetta li l-Libja tibqa' problema għax toffri ambjent ta' nuqqas ta' sigurtà, se tkompli taċċentwa l-isfida tal-immigrazzjoni fil- Mediterran. Dan hekk kif il-kosta Libjana u anke l-fruntieri jibqgħu miftuħin, bi ftit jew xejn kontrolli u sigurtà. 'Il-hijack seta' kien orkestrat biex l-armata ta' Haftar ikollha raġuni tajba biex tattakka ż-żona ta' Sabha' Il-Ministru George Vella Saif Al Islam, iben l-eks Dittatur Gaddafi Il-Ġeneral Khalifa Haftar

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 January 2017