Illum previous editions

illum 8 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/770370

Contents of this Issue

Navigation

Page 2 of 35

Il-Ħadd 08 ta' Jannar 2017 | illum Ritratt: James Bianchi 3 Aħbarijiet Daħlulha d-dar mimlijin demm u ġennew lilha u liż-żewġ uliedha • ...waħda mill-istejjer ta' sokor, ġlied u vandaliżmu li qed jaff aċċjaw ir-residenti tas-Swieqi • Se jinħarġu akkużi kontra raġel ta' 21 sena li qala' paniku fi t-toroq tas-Swieqi din il-ġimgħa Minn Albert Gauci Cunningham IMMAĠINA tkun id-dar, rieqed u jħabbatlek il-bieb fis- 7:30 am. Tiftaħ u ssib żewġt irġiel, fis-sakra ma jarawx art b'wieħed minnhom ikun ferut u bid-demm, jimbuttawk, jidħlu d-dar u jibqgħu deħlin sal-kamra tal-banju. Hemmhekk jippruvaw jaħslu wiċċhom u jdejhom u jimlew l-kamra b'tiċpis tad-demm. Din mhux storja minn xi film, imma realtà li ffaċċjat mara b'żewġt itfal li tgħix is-Swieqi kmieni filgħodu din il-ġimgħa. Storja li kienet suġġett ta' ħafna diskussjoni u rabja minn uħud mir-residenti tas-Swieqi li fuq siti soċjali saħansitra spjegaw kif sabu l-karozza mċappsa bid-demm. Fil-fatt, residenta partikolari fuq il-grupp ta' Facebook 'Swieqi Residents' spjegat kif, malli qamet filgħodu sabet il-karozza tagħha pparkjata fi Triq l-Ispiera, kollha tiċpis u marki bid-demm. Qariba tal-vittma spjegat kif il-mara tant kienet ixxukjata b'dak li rat quddiemha, li lanqas kienet taf x'se taqbad tagħmel, sakemm qabdet twerżaq. 'Sa mnalla ma kinux vjolenti jew aggressivi, imma ngħiduha kif inhi, setgħu kienu. Nieħdu ħsieb is-sigurtà tagħna,' temmet tappella lir-residenti tas-Swieqi. F'kuntatt li din il-gazzetta għamlet mal-Pulizija, dawn ikkonfermaw li seħħ dan l-inċident u spjegaw kif nhar il-5 ta' Jannar irċeviet 'rapport rigward persuni, x'aktarx barranin, li kienu qed iħabbtu fuq xi proprjetajiet privati u li x'aktarx kienu involuti f 'argument.' Mal-ILLUM, il-Pulizija spjegaw kif marret mill-ewwel fuq il-post u wara ronda ġie arrestat raġel barrani ta' 21 sena. Din il-gazzetta ġiet infurmata wkoll li se jinħarġu akkużi fil-konfront tiegħu fi żmien qasir. Dan huwa każ minn ħafna... Dan il-każ iżda ma jistax jittieħed f 'iżolament hekk kif bosta residenti, anke direttament mal-ILLUM, ilmentaw dwar dak li qed jaraw bħala degredazzjoni tal- lokalità tagħhom, minħabba l-viċinanza tas-Swieqi lejn Paceville kif ukoll minħabba l-fenomenu ta' suq ta' kirjiet qosra (short let) li qiegħed dejjem jikber. L-istess paġna ta' Facebook hija mballata b'ilmenti diversi. Minn vandaliżmu permezz ta' żebgħa fuq il-karozzi, każi ta' brix ta' karozzi, f 'każ minnhom aktar minn erba' darbiet f 'xahar wieħed biss u anke fastidju sesswali fil-konfront ta' nies li jkunu mexjin fit-triq. Imma s-soluzzjoni x'inhi jew x'tista tkun? U s-sitwazzjoni hija gravi daqs kemm qed titpinġa? Jew qed tkun minfuħa żżejjed? L-ILLUM tkellmet mas-sindku tas-Swieqi Noel Muscat, li wkoll qed jispiċċa fil- mira ta' kritika minn residenti li jħossu li s-sigurtà tagħhom qed tiġi pperikolata. '10 snin oħra se nkunu qed nirranġaw l-iżbalji tal-lum' Muscat kien pjuttost pessimist għall-prospetti tal-lokalità li hu jirrapreżenta u sostna ma' din il-gazzetta li 10 snin mill- lum, "inkunu qed nippruvaw nirranġaw l-iżbalji li qed isiru llum." Is-Sindku rrikonoxxa li l-kwistjoni ta' sigurtà bdiet tkun indirizzata permezz ta' Għassa tal-Pulizija li nfetħet sentejn ilu u rrikonoxxa wkoll li l-problemi ta' sigurtà fis- Swieqi ilhom jeżistu. 'Imma għax ftaħna għassa u bdejna nindirizzaw il-problema, issa qed naffaċċjaw problema oħra. Qed jiżdiedu l-kirjiet qosra, b'nies kontinwament deħlin u ħerġin. Illum mhux il-familja Borg jew Vella għandek ħdejk, illum lanqas taf minn hemm jgħix ħdejk, min ġej u min sejjer' sostna Muscat. 'Se nsiru Buġibba oħra' Muscat saħaq li bir-rata li għaddejja din il-lokalità, mhux se ddum ma ssir 'Buġibba oħra', kollha appartamenti u b'rata ġeneralment ogħla ta' kriminalità. Imma, allura x'qed jipproponi Noel Muscat? Qed jipproponi li kull tip ta' żvilupp jieqaf? Jew li jkun hemm kontrolli fuq lil min wieħed jista' jikri? Muscat jirrifjuta dawn il- possibilitajiet, imma jsostni li għax, "saru żbalji fil-passat ma jfissirx li għandna naċċettaw li jibqgħu jsiru żbalji. Aħna qed nirreżistu li jibqgħu jinbnew jew jinfetħu hostels jew saħansitra lukandi, inkella l-problema ta' sigurtà se tibqa' tikber maż-żmien. Imma milli jidher, l-Awtorità tal-Ippjanar mhux qed tismagħna." Huwa jtemm jgħid lil din il- gazzetta li minkejja li s-Swieqi hija fost l-inqas lokalità li 'tieħu' mill-Gvern f 'termini ta' benefiċċji, "hija fost l-inqas lokalità li jsir xogħol fiha. Aħna sa biċċa art biex issir pjazza tlabna, imma għadna bla risposta," temm jgħid is- sindku. – 'Bir-rata li għaddejja din il-lokalità mhux se ddum ma ssir 'Buġibba oħra' Malli qamet filgħodu, residenta sabet il-karozza tagħha pparkjata fi Triq l-Ispiera, kollha tiċpis u marki bid-demm Raġel u l-kelb tiegħu jittajru minn karozza... li baqgħet sejra F'INĊIDENT traġiku li seħħ is-Sibt wara nosfinhar fi Triq Villabate, Ħaż-Żabbar (bypass ta' Marsaskala), raġel ta' 41 sena miż- Żejtun u l-kelb tiegħu ittajru minn karozza, li baqgħet sejra u ħarbet minn fuq il-post. Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post fejn sabet lir-raġel u l-kelb mal-art. Ir-raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta' ambulanza sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard huwa ġie ċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi gravi. Fuq il-post issejħet ukoll ambulanza tal-annimali iżda sfortunatament, il-kelb miet fuq il-post. Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa, li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha fl-inkjesta li ġiet appuntata. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadhom għaddejjin hekk kif il- Pulizija qiegħda żżomm raġel sabiex jgħinna fl-investigazzjonijiet tagħha, b'rabta ma' dan il-kaz.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 January 2017