Illum previous editions

illum 8 January 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/770370

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

Il-Ħadd 08 ta' Jannar 2017 | illum Sports 29 RIŻULTATI FA CUP It-Tielet Rond Is-Sibt 7 ta' Jannar Manchester United vs Reading 4-0 Accrington Stanley vs Luton Town 2-1 Barrow vs Rochdale 0-2 Birmingham City vs N. United 1-1 Blackpool vs Barnsley 0-0 Bolton Wanderers vs C. Palace 0-0 Brentford vs Eastleigh 5-1 Brighton & H. A. vs Milton K.Dons 2-0 Bristol City vs Fleetwood Town 0-0 Everton vs Leicester City 1-2 Huddersfield Town vs Port Vale 4-0 Hull City vs Swansea City 2-0 Ipswich Town vs Lincoln 2-2 Millwall vs AFC Bournemouth 3-0 Norwich City vs Southampton 2-2 Queens Park R. vs B. Rovers 1-2 Rotherham Utd. vs Oxford United 2-3 Stoke City vs W. Wanderers 0-2 Sunderland vs Burnley 0-0 Sutton Utd vs AFC Wimbledon 0-0 Watford vs Burton Albion 2-0 West B. Albion vs Derby County 1-2 Wigan Athletic vs Nottingham F. 2-0 Wycombe W. vs Stourbridge 2-1 FIXTURES Il-Ħadd 8 ta' Jannar Cardiff City vs Fulham Liverpool vs Plymouth Argyle Chelsea vs Peterborough United Middlesbrough vs Sheffield Wednesday Tottenham Hotspur vs Aston Villa It-Tnejn 9 ta' Jannar 20:45 Cambridge United vs Leeds United Kampjonat Serie A TIM Il-Ħadd 8 ta' Jannar 12:30 Udinese vs Inter 15:00 ChievoVerona vs Atalanta 15:00 Genoa vs Roma 15:00 Lazio vs Crotone 15:00 Pescara vs Fiorentina 15:00 Sassuolo vs Torino 18:00 AC Milan vs Cagliari 20:45 Juventus vs Bologna Manchester United jumiljaw lil Reading u Rooney jilħaq ir-rekord ta' Sir Bobby Charlton MANCHESTER United ġewwa darhom f 'Old Trafford umiljaw lil Reading meta għelbuhom bl-iskor kbir ta' 4-0. Ta' nota f 'din il-partita kien l-ewwel gowl tar-Red Devils li wasal minn Wayne Rooney li permezz tiegħu laħaq ir-record ta' Bobby Charlton bħala l-aqwa scorer ta' kull żmien ta' Manchester United b'249 gowl. It- tliet gowls l-oħra għat- tim minn Old Trafford waslu minn doppjetta ta' Marcus Rashford u gowl ieħor ta' Anthony Martial. Watford ġewwa darhom għelbu lil Burton Albion bl-iskor minimu ta' 2-0 bil-gowls għalihom jaslu minn Christian Kabasele u Jerome Sinclair. F'riżultat sorpriża, AFC Bournemouth, barra minn darhom sfaw megħluba minn Millwall bl-iskor ta' 3-0 bil-gowls għalihom jaslu minn Steve Morison, Shaun Cummings u Shane Ferguson. Riżultat sorprendenti ieħor kien dak bejn West Brom u Derby County, hekk kif dawn tal-aħħar kienu huma li ħarġu rebbieħa bl-iskor ta' 2-1, biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Darren Bent u Thomas Ince, b'West Brom ikunu huma li jiftħu l-iskor permezz ta' Matthew Phillips. Sorpriża oħra waslet fil-konfront bejn Stoke City bejn Wolves, b'dawn tal-aħħar ikunu huma li joħorġu rebbieħa bl-iskor ta' 2-0, bil-gowls għalihom jaslu minn Helder Costa u Matt Doherty. Hull City ġewwa darhom għelbu lil Swansea City bl-iskor ta' 2-0, bil-gowls għalihom jaslu minn Abel Hernandez u Josh Tymon. Leicester City barra minn darhom għelbu lil Everton bl-iskor ta' 2-1, bil-gowls għalihom jaslu fi spazju ta' tliet minuti minn doppjetta ta' Ahmed Musa. Kienu Everton li fetħu l-iskor permezz tal-attakkant Belġjan, Romelu Lukaku. Norwich City u Southampton temmew il-konfront ta' bejniethom fi draw ta' 2-2, biz-żewġ gowls għal Norwich City jaslu minn doppjetta ta' Steven Naismith, waqt li ż-żewġ gowls għas-Saints waslu minn Virgil van Dijk u Maya Yoshida. Wayne Rooney jifraħ wara li laħaq ir-rekord ta' Sir Bobby Charlton Il-M.E.S.A. se torganizza l-Assemblea Ġenerali tal-E.F.C.S. f 'Malta f 'Ġunju 2018 ILMALTA Employees Sports Association, li torganizza attivitajiet sportivi prinċipalment għal dipartimenti u entitajiet governattivi, ġiet fdata mill-Federazzjoni Ewropeja ta' l-Isport tal-Kumpaniji, magħrufa bħala EFCS (European Federation for Company Sport), sabiex torganizza l-Assemblea Ġenerali ta' l-istess Federazzjoni Ewropeja f 'Malta f 'Ġunju 2018. L-EFCS, li twaqqfet fl-1962, hija rappreżentata f '39 pajjiż Ewropew u l-MESA affiljat magħha bħala membru fl-2014. Uffiċjali tal- MESA pparteċipaw fl-Assemblea Ġenerali tagħha f 'dawn l-aħħar tliet snin, fejn fis-sentejn li għaddew din saret f 'Riccione, l-Italja, u din is-sena l-Assemblea saret f 'Palma de Mallorca fi Spanja. Waqt dawn il-laqgħat il-MESA kienet dejjem rappreżentata minn Mark Marlow (President), Mario Saliba (Segretarju) u Kevin Mifsud (Teżorier). Ta' min isemmi li sentejn ilu Mark Marlow kien anke nħatar Membru fl-Eżekuttiv tal- EFCS. Fl-istess ħin f 'Palma ġew organizzati l-ewwel World Company Sports Games li fihom il-MESA kienet rappreżentata b'team tal-Badminton u ieħor tal- Bowling. It-tim tal-Badminton, iffurmat minn Edmond Abela, Joanna Cassar, Catherine Dimech, Stephen Ferrante u Kenneth Vella, ħadu sehem fil-kategorija tal- Masters (+40 sena) u rnexxielhom jaslu sal-finali fejn tilfu 3-1 kontra t-team Ġermaniż E.ON HanseWerk biex spiċċaw it-tieni u rebħu l-medalja tal-fidda. Fi triqithom lejn il-finali, it-tim Malti kisbu rebħiet kontra żewġ clubs Ġermaniżi fil-logħob ta' kwalifikazzjoni, jiġifieri AWO BSG Berlin u LBS Westdeutsche. Fil-kwarti-finali huma għelbu lil Dassault Sports ta' Franza, waqt li fis-semi-finali reġgħu ffaċċjaw team Ġermaniż ieħor BSG Wasser 75 (Berlin). B'kollox 16-il tim ġejjin minn sitt pajjiżi differenti, jiġifieri l-Awstrija, Franza, il-Ġermanja, il-Litwanja, Malta u Spanja, ħadu sehem fit-Tournament tal-Badminton fil-kategorija tal- Masters. It-tim tal-Bowling li rrappreżenta lill-MESA kien dak tal-Malta International Airport, iffurmat minn Charlie Galea, Charlie Farrugia, Mario Ellul, Alfred Pulis u Aaron Belli. Huma waslu sas-semi-finali fejn tilfu kontra Interbowling Mallorca ta' Spanja biex kellhom jikkuntentaw bil- midalja tal-bronż. Fil-logħob ta' kwalifikazzjoni huma kienu fi Grupp F flimkien ma' Allianz Weisblau Koln (Ġermanja), AS Airbus Helicopters (Franza) u SG Finanzberhorden Munich (Ġermanja). It-tim Malti rebħu l-grupp biex għaddew għall-kwarti-finali fejn rebħu kontra Hamburg Port Authority (Ġermanja). Iżda kif għidna kellhom ibaxxu rashom fis-semi-finali kontra Interbowling Mallorca (Spanja). Fit-Tournament tal-Bowling ħadu sehem 32 tim li kienu ġejjin mill-Belġju, Franza, il-Ġermanja, Iżrael, Malta u l-Olanda. Kollox ma' kollox, ir-riżultati miksuba mit-timijiet Maltin jistgħu jitqiesu bħala sodisfaċenti ħafna bir-rebħ ta' midalja tal-fidda u midalja tal-bronż.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 8 January 2017