Illum previous editions

illum 12 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/785760

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

NEWSPAPER POST Nr 539 • 12 ta' Frar 2017 www.illum.com.mt €1.00 Intervista ma' Yazmin Zammit Stevens Ara paġni 34 u 35 Tkompli f 'paġna 8 'Daphne hija hate blogger ' ... jgħid Owen Bonnici meta mistoqsi jekk il-Gvern hux se jneħħi l-ordni ta' sekwestru fuq ġurnalisti Minn Albert Gauci Cunningham MISTOQSI minn din il-gazzetta jekk iħossx li l-Gvern għandu jneħħi l-ordni tas-sekwestru fuq assi ta' ġurnalisti, fid-dawl tal- kontroversja li qamet din il-ġimgħa meta l-Qorti laqgħet is- sekwestru ta' €46,000 tal-Ministru Chris Cardona fuq Daphne Caruana Galizia, il-Ministru għall-Ġustizzja Owen Bonnici saħaq illi Caruana Galizia, 'hija hate blogger'. Din il-gazzetta staqsiet lil Bonnici jekk iħossx li s-sekwestru fuq il-ġurnalisti għandu jitneħħa, bil-Ministru l-ewwel ifakkar illi filwaqt li jifhem li f 'dan id-dibattitu tqanqlu argumenti dwar proporzjonalità, 'nifhem ukoll li din l-għodda legali tal-kamp ċivili qatt ma kienet immirata kontra ġurnalisti li jaħdmu fil-mezzi tax-xandir.' Mistoqsi allura dwar dan il-każ partikolari Bonnici dlonk saħaq illi 'Daphne hija hate blogger. L-argumenti bdew issa (dwar is-sekwestru) bħala difiża esklussiva għal persuna li tuża blog, li flok espressjoni ġurnalistika xxerred, fil-maġġoranza assoluta tal-każijiet, espressjoni kontinwa ta' mibegħda l-iktar profonda. X'hemm ġurnalistiku f 'li tħeġġeġ lil min jispara fuq ħaddieħor jew li titlob lil xi ħadd idendel persuna fi pjazza rasu 'l isfel?' staqsa l-Ministru f 'referenza indiretta għall-bloggs li nkitbu dwaru mill-istess persuna. X'hemm ġurnalistiku li tgħajjar bil-mard u bid-diżabilità? Jew li tumilja tfal żgħar?' Iktar kmieni din il-ġimgħa l-Kap tal- Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Simon Busuttil, li llum se jlaqqa' l-partitarji tiegħu f 'Tas-Sliema f 'dik li (mhux uffiċjalment) qed tkun meqjusa bħala solidarjetà ma' Caruana Galizia, wiegħed illi Gvern Nazzjonalista jneħħi l-possibilità li ġurnalist jiffaċċja ordni ta' sekwestru. Tkompli f 'paġna 4 Salvu mħarrek mill-pulizija imma jiftaħ rapport għax spiċċa fuq il-blogg ta' Glenn Minn Albert Gauci Cunningham LILLUM tinsab infurmata illi Salvu Mallia, il-kandidat tal-Partit Nazzjonalista għall-elezzjoni ġenerali li jmiss, se jkun imħarrek mill-Pulizija wara battibekk li kellu quddiem fergħa ta' bank lokali f 'Buġibba. Jidher illi dan il-battibekk qam hekk kif Mallia ppretenda illi jdaħħal il-kelb Kekkettoni miegħu fil-bank. L-inċident kien jinvolvi membru tal- korp tal-Pulizija u l-Maniġer tal-istess fergħa. Meta kkuntattjat minn din il-gazzetta Mallia, filwaqt li kkonferma li seħħ l-inċident u ta rendikont tiegħu, qal ukoll li hu rrifjuta li jitlob skuża talli qal lill-Pulizija biex 'jagħmel li l-q*ħba jrid'. Hu spjega wkoll lil din il-gazzetta illi meta l-battibekk ittella' fuq il-blogg ta' Glenn Bedingfield hu mar l-għassa 'u għamilt rapport biex nara kif dokumenti dwar dak li ġara lili fl-għassa spiċċaw għand Bedingfield. Dan huwa ksur tad- drittijiet tiegħi.'

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 February 2017