Illum previous editions

illum 12 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/785760

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 12 ta' Frar 2017 'Kburi li jien parti minn Gvern li se jneħħi l-libell kriminali' Tkompli minn paġna 1 Mistoqsi minn din il-gazzetta jekk iħossx li dan is-sekwestru partikolari kienx iġġustifikat il-Ministru Bonnici sostna mal-ILLUM illi 'meta wieħed jgħarbel il-bilanċ li għandu jintlaħaq u kwistjonijiet ta' proporzjonalità wieħed għandu jpoġġi fil-miżien il-vittmi, 'f 'dan il-każ mijiet ta' nies li sfaw fil-mira ta' dawn l-attakki bla ħniena, ħafna drabi mibnija fuq nofs veritajiet. Il-vittmi f 'dawn il-każijiet, ' kompla jgħid il-Ministru, 'huma l-mijiet ta' nies li sfaw fil-mira ta' dawn l-attakki bla ħniena, ħafna drabi mibnijin fuq nofs veritajiet. Fosthom meta jiġi mgħajjar xi ħadd qrib tiegħek li jkun mietlek ftit jiem qabel. Faċli titkellem jekk ma tgħixx l-esperjenza.' Intant l-ILLUM staqsiet ukoll lil Bonnici fiex waslu d-diskussjonijiet dwar bidliet proposti fil-Liġi tal-Libell. Bonnici, filwaqt li qal illi huwa kburi li qed ikun dan il-gvern li jmexxi aġenda 'progressiva favur titjib tal-liġijiet li jirregolaw l-prinċipji fundamentali tad-demokrazija,' fakkar illi l-abbozz li ressaq il-Gvern fil- Parlament u li jinsab fi stadju tal-ewwel qari se jintroduċi bidliet importanti. 'Ewlenija fosthom it- tneħħija tal-libell kriminali u l-kitba fil-liġi ta' numru ta' drittijiet ġurnalistiċi li ġew stabbiliti b'sentenzi tal-Qrati matul is-snin.' Il-Ministru Bonnici qal ukoll illi l-abozz li qed iressaq il- Gvern se jdaħħal mekkaniżmi ġodda bl-għan li tinħoloq sistema ta' alternative dispute resolutions, jew ta' medjazzjoni u b'hekk każi ta' libelli li ma jkunux meqjusin bħala serji ħafna jkunu jistgħu jgħaġġlu iktar. Il-Kap tal-Oppożizzjoni sar ħaġa waħda ma' DCG Intant mal-ILLUM Il- Ministru tal-Ġustizzja argumenta illi huwa 'żball kbir li l-Kap tal-Oppożizzjoni sar ħaġa waħda ma din il-persuna li tispeċjalizza fit-tgħajjir personali. Daphne Caruana Galizia saret prattikament u b'mod b'saħħtu ħaġa waħda mal-Partit Nazzjonalista.' Huwa kompla jsostni illi hija xi ħaġa 'negattiva illi l-istejjer ta' mibegħda sabu posthom fil-Parlament' u li Simon Busuttil 'qed japprova bla kwalifika ta' xejn kull kelma li kitbet il-hate blogger' matul is-snin inkluż kontra l-familja De Marco.' Intant il-każ mistenni jitressaq quddiem il-Kunsill tal-Ewropa hekk kif ġie mressaq mill-Federazzjoni Ewropea tal-Ġurnalisti. (Ara paġni 5, 6, 7, 12, 13, 18 u 21) 'Il-politiċi għandhom ikunu ġġudikati fuq ir-riżultati u mhux fuq il-Kama Sutra' Minn Ruben Anthony Xuereb ISSEGRETARJU Parlamentari għall- Ippjanar, Deborah Schembri, kitbet dwar l-attenzjoni fuq il-ħajja personali u sesswali tal- politiċi, f 'artiklu ppublikat ilberaħ fuq it-Times of Malta, fejn hija sostniet li jekk se tibqa' tiżdied l-attenzjoni żejda fuq il-ħajja sesswali tal- politiċi, se jkun hemm inqas nies kapaċi li jitħajru joffru s-servizzi tagħhom lill-pajjiż. Schembri argumentat illi kieku politiċi kbar tal- passat li kisbu affarijiet importanti għal pajjiżhom u għad-dinja, kellhom jiġu skrutinati fuq il-ħajja privata tagħhom bl-istess mod kif qiegħed isir illum, "dawn ma kinux ikunu kapaċi jġibu l-istess riżultati". Is-Segretarju Parlamentari kitbet li 'l-interess pubbliku' għandu jirrelata ma' affarijiet li jeffetwaw lill-pubbliku, u li l-moralità u l-imġiba privata tal- politiċi m'għandhomx ikunu l-fatturi li bihom politiku jiġi ġġudikat fuq il-kapaċitajiet tiegħu f 'xogħlu. L-argument ta' Schembri enfasizza fuq jekk hux sew li l-ħajja privata u sesswali tal-politiċi għandhiex tkun fl-interess tal-pubbliku. Hija sostniet li "mhuwiex fl-interess tal-pubbliku liema pożizzjoni tal-Kama Sutra il-Ministri huma kapaċi jipprattikaw u ma' min, fil-ħajja privata tagħhom". Schembri żiedet tistaqsi jekk il-pubbliku għandux id-dritt li jkun jaf, jitkixxef jew jitlob dettalji fuq il-ħajja privata tal- politiċi, jew jekk hux dritt tal-politiċi li jitolbu aktar protezzjoni kontra l-indħil fil-ħajja privata u sesswali tagħhom. Min-naħa l-oħra Deborah Schembri, fl- artiklu li kitbet, sostniet li l-pubbliku jista' jkollu d-dritt ikun jaf fuq il-ħajja sesswali tal-politiċi, biss jekk l-istess politiċi, fil-kariga tagħhom jipproponu jew jappoġġjaw xi liġi li teffetwa l-ħajja sesswali tagħhom. Schembri ġabet bħala eżempju li jekk politiku partikolari jkollu relazzjoni omosesswali ma' adult ieħor fil-ħin privat tiegħu, dan m'għandux ikun fl-interess jew l-iskrutinju tal-pubbliku, iżda jekk l-istess politiku mbagħad pubblikament jitkellem kontra d-drittijiet tal- omosesswali jew jivvota kontra li jingħataw dawn id-drittijiet... imbgħad hemmhekk il-pubbliku jkollu d-dritt jiskrutinja. Dan għaliex huwa jkun qiegħed jipprietka mod u personalment jaġixxi bil- kontra. L-artiklu ta' Schembri temm b'appell li "wasal iż-żmien biex dan il-pajjiż jidħol f 'diskussjoni serja dwar dan l-argument tal-privatezza u li għandhom isiru liġijiet biex jipproteġu l-politiċi minn intruzjonijiet mhux xierqa fil-ħajja privata u sesswali tagħhom bl-uniku skop li tinħoloq distrazzjoni minn suġġetti aktar relevanti għall-ġid tal-pajjiż". Deborah Schembri tikteb li jekk se tibqa' tiżdied l-attenzjoni fuq il-ħajja sesswali tal-politiċi, se jkun hemm inqas nies kapaċi li jitħajru joffru s-servizzi tagħhom lill-pajjiż

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 February 2017