Illum previous editions

illum 12 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/785760

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 12 ta' Frar 2017 | illum Sports 33 Kollox lest għall-Malta Motorsport Awards 2017 TONIO Cini, President tal-Malta Motorsport Federation ħabbar li l-Motors Inc Malta Motorsport Awards 2017 se jiġu organizzati bil- kollaborazzjoni ta' Motors Inc, TVM2, MotorsMT, A & S Events & Weddings, England Insurance Agency Ltd, Signature Brands, Radisson Blu Resort Hotel San Ġiljan, WJ England and Son u Logografix signs. Iċ-Ċerimonja se ssir nhar il-Ġimgħa 10 Marzu, 2017 mis- 7.15pm 'il quddiem fis- sala tal-Ballroom tal-Lukanda Radisson Blu, San Ġiljan. Is-serata se tkun iffilmjata u mxandra minn TVM2 u għall-ewwel darba se tkun imxandra live fuq il-media socjali minn motorsmt, fejn kollox jinsab lest għal serata tassew memorabbli. Fit-tielet edizzjoni ta' dawn l-unuri, se jiġu mogħtija b'kollox 15-il rikonoxximent, waqt li se jkun qed jingħata premju speċjali għall-mara fil-Motorsport u għall- ewwel darba 'Hall of Fame' għal rikonoxximent lil dik il-persuna li tiġi vvutata mill- klabbs u l-assoċjazzjonijiet kollha affiljati fil-federazzjoni tal-Motorsport. Dawn li ġejjin huma l-persuni nominati għar- rikonoxximent mill-klabbs rispettivi tagħhom. Għall-All Wheel Drive Club Malta ġew nominati Neville Ciantar u Alan Zahra - żewġ sewwieqa elite li rrappreżentaw lil Malta barra minn xtutna diversi drabi, Island Car Club innominaw lil Ruben Hili u William England - żewġ uffiċjali li qed jgħinu lill-klabb mhux biss fil- mumenti diffiċli tal-istorja tal-Motorsport lokali imma wkoll biex jagħmlu qabża kbira 'l quddiem fl-istess sports. Karting Club Malta innominaw lil Nicky Gauci u Gianluca Dingli - żewġ sewwieqa tal-karting li minbarra li jieħdu l-isport tagħhom b'serjetà kbira saqu barra minn Malta diversi drabi. Old Motors Club innominaw lil Charles Sammut u Konrad Grech - żewġ eks membri tal- kumitat li servew fuq il- kumitat għal diversi snin fil-pożizzjonijiet varji. Malta Classic innominaw lil Joseph Gerada u Carmel Vella - żewġ sewwieqa li ħadu sehem fl-edizzjonijiet kollha ta' dan l-avveniment prestiġjuż, filwaqt li l-Malta Drag Racing Association innominaw lil Glenn Borg - xufier ta' mutur u x-xufier tat-Top Fuel Malti, Duncan Micallef. Il-Malta Drifting Association innominat lill-President George Muscat u liċ- champion kurrenti tagħhom Christian Borg. Fl-aħħar iżda mhux l-inqas Porsche Club Malta nnominat lil Hubert Camilleri, li huwa r-rebbieħ tat-12-il kampjonat tal-hillclimb f 'Malta, li għalkemm illum irtira mill-hillclimb rajnieh għal darb'oħra jtellaq il-Porsche 911 tiegħu fil-Malta Classic ta' Ottubru. Tonio Cini, temm id-diskors tiegħu billi ħabbar li l-Malta Motorsport Federation hija onorata li Anita Makela, li hija ċ-champion preżenti tal-kampjonat FIA tad-Drag Racing flimkien mar-raġel tagħha Tommi Haapanen se jkunu l-mistiedna tal- unur għac-ċerimonja tal- premjazzjoni. Dan ifisser li għal dan l-avveniment, il- Motors Inc.Malta Motorsport Awards se jkollha l-aktar żewġ xufiera veloċi tal- Ewropa. Chris Agius, u David Agius fost diversi personalitajiet distinti oħra se jattendu għas-serata filwaqt li Maxine Pace, finalista għall-Malta Eurovision Song Contest, se tkanta diversi kanzunetti mir- repertorju tagħħa. Is-Segretarju Parlamentari Chris Agius faħħar ix-xogħol li jsir mill-Malta Motorsport Federation, fejn fost l-oħrajn fl-aħħar sena raw li jressqu lejn Malta konferenza ta' livell li għaliha attenda Giancarlo Marotta li huwa FIA/ACI Race Director. Minbarra hekk, rat li tħarreġ lill-membri tagħha biex ikunu preparati ħalli jilqgħu avvenimenti ta' dan il-kobor. Il-Federazzjoni, permezz ta' rappreżentanti tagħha, ħadmu id f 'id mas-Segretarjat Parlamentari sabiex jitħejja rapport dwar il-possibbiltà li f 'pajjiżna tinbena trakka tal-karozzi. Dan ir-rapport kien essenzjali sabiex titħejja l-Espressjoni ta' Interess li eventwalment ħarġet u kien hemm interess minn ħames offerenti. Dan wassal sabiex issa jsir studju fuq is-siti kollha proposti minn dawn il-ħames offerenti u fiż-żmien li ġej se tkun qed toħroġ Request for Proposal għall- bini tat-trakka tal-karozzi. Is-Segretarju Parlamentari awgura lin-nominati kollha għall-unuri li ġew nominati għalihom kif ukoll lill-federazzjoni ghall- organizzazjoni u rringrazja lill-isponsors kollha b'mod specjali lill-importaturi ta diversi ma' marki ta' karozzi Motors Inc. Intant, Ryan Buttigieg f 'isem il-Bord tad-Diretturi u l-managers ta' Motors Inc esprima l-unur tiegħu li qegħdin jisponsorjaw din l-edizzjoni ta' dawn l-awards għal din is-sena. Sponsorjar ta' dan it-tip flimkien mal- isponors l-oħra kollha jagħmel ħafna sens għall- kumpanija minħabba li dan huwa konformi mal-valuri tagħha. Buttigieg awgura lill dawk kollha li ġew nominati kif ukoll lill-federazzjoni. Chris Agius u Tonio Cini fost oħrajn jindirizzaw lil dawk preżenti Preparamenti intensivi minn Gianluca Dingli għall-istaġun tal-Karting 2017 GIANLUCA Dingli għadu kemm ġej minn tmiem il- ġimgħa ta' taħriġ impenjattiv ġewwa l-Pista Internazionale di Viterbo fl-Italja fejn hemmhekk kellu taħriġ u testing bil-magna l-ġdida li huwa ħa jieħu sehem biha fl-istaġun 2017 vortex DVS u biċ-chassis Fernando Alonso. Huwa kellu l-privileġġ li anke jitħarreġ maċ-champion tad-dinja tal-Karting, Riccardo Cinti. Għalkemm Gianluca qatt ma kien saq u pprattika f 'din it-trakka huwa rrekordja ħinijiet tajbin ħafna u t-team manager tiegħu Stefano Tredicine wera sodisfazzjon kbir. Il-Kampjonat tar-ROK ġewwa l-Italja mistenni jibda fi Frar li ġej u Gianluca mistenni jieħu sehem fit-tiġrija ġewwa Viterbo u aktar tlielaq madwar l-Italja. Huwa se jkun ingaġġat mit-tim KGT Racing. Bħala parti mill-preparamenti għal dan il-Kampjonat fl-Italja ta' Fuq, Gianluca ħa jkun qed jagħmel taħriġ regolari wkoll ġewwa Sqallija. Gianluca Dingli flimkien maċ-champion tad-dinja tal-Karting, Riccardo Cinti u t-tim manager tiegħu Stefano Tredicine

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 February 2017