Illum previous editions

illum 12 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/785760

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

illum | Il-Ħadd 12 ta' Frar 2017 Aħbarijiet 8 'Għandi dritt nikkontesta deċiżjoni tal-Pulizija' Tkompli minn paġna 1 Mallia spjega lil din il-gazzetta illi dakinhar hu kien mar f 'bank f 'Buġibba biex jiġbed il-flus u l-ATM partikolari kienet bil-ħsara. 'Allura kelli nidħol il-bank. Issa barra l-bank, m'hemm xejn li jindika illi klieb ma jistgħux jidħlu, imma l-uffiċjal li kien hemm fil-bieb saħaq illi jew ma stajtx nidħol bil-kelb jew ridt inġorru.' Mallia sostna li hu ma qabel xejn ma' din id-deċiżjoni, 'anke għax f 'fergħat oħrajn tal- istess bank iħalluni nidħol bil- kelb. Allura jien bqajt dieħel u kien f 'dan il-mument,' kompla jgħid Mallia, 'li l-Pulizija ġebbidni minn dirgħajja u imbuttani wkoll.' Il-Kandidat tal-PN spjega kif kien f 'dan il-mument li l-Pulizija wissieh li se jkun qed iħarrku b'Mallia jwieġbu 'għamel li l-q*ħba trid.' Fl-għassa tal-Pulizija, ftit tal-mumenti wara Mallia intalab jiskuża ruħu, żżda ma' din il-gazzetta saħaq li hu m'aċċettax. 'Veru li dan kien Pulizija u jien għandi rispett lejn il-Pulizija imma naħseb li ċittadin privat għandu dritt jikkontesta deċiżjoni, anke tal- Pulizija, mhux hekk? Jien ma qbiltx u m'apoloġizzajtx.' Intant ma' din il-gazzetta Mallia sostna illi wara li l-istorja spiċċat fuq il-blogg ta' Glenn Bedingfield, hu mar l-għassa u fetaħ rapport. 'Id-dokumenti u dak li seħħ fl- għassa kienu affarijiet privati, ma nafx kif spiċċaw għand Glen Bedingfield. Għalhekk ftaħt rapport,' temm jgħid Mallia mal-ILLUM. Salvu Mallia Aktar minn 54,000 persuna bbenefikaw minn tnaqqis tat-taxxa fl-2015 WARA li fl-2015, tnaqqsu r-rati tat-taxxa minn 29% għal 25%, 54,591 persuna bbenefikaw minn tnaqqis, li bejniethom iffrankaw b'kollox €27,077,769. Din l-informazzjoni ngħatat mill-Ministru għall-Finanzi Edward Scicluna bħala risposta għalll-mistoqsija Parlamentari mressqa lilu mid-Deputat Laburista Etienne Grech, li staqsa dwar in-numru ta' nies li bbenefikaw mit-tnaqqis tat- taxxa tad-dħul wara li din ġiet imniżżla minn 35% għal 25%. Il-Ministru Scicluna, beda jelenka ċ-ċifri mis-sena 2013, meta sar l-ewwel tnaqqis minn 35% għal 32%fejn dik is- sena, 45,233 persuna b'kollox iffrankaw €15,497,846 f 'taxxa bejniethom. Matul l-2014, kompla jispjega Scicluna, ir-rata tat- taxxa niżlet minn 32% għal 29% u kien hemm 50,156 persuna li b'kollox iffranakaw €19,493,001 f 'taxxa. Kien imbagħad it-tnaqqis fit-taxxa minn 29% għal 25% fl-2015 li bih 54,591 persuna bbenefikaw minn tnaqqis, li bejniethom iffrankaw b'kollox €27,077,769. Għarkupptejh quddiem il-Maġistrat għax frankalu ikla ħabs RAĠEL mill- Ghana li ammetta li rreżista u weġġa' b'mod ħafif lil Pulizija, intefa' għarkupptejh quddiem il- Maġistrat Antonio Micallef Trigona jirringrazzjah talli ma taħx sentenza ħabs. Yaw Akaadom ta' 35 sena li jgħix f 'xelter kien akkużat illi rreżista uffiċjal tal-Pulizija, li kien fis-sakra u li kiser il-paċi pubblika f 'Birkirkara, fejn jinsab ix-xelter illi jgħix fih. Il-Qorti tat sentenza ta' sitt xhur ħabs sospiżi għal sena, flimkien ma' multa ta' €4,000. L-avukat Joe Ellis li deher għall-akkużat, bħala avukat tal-għajnuna legali, talab illi Akaadom jinħeles mill- kustodja tal-Pulizija biex ikun jista' jaqla' l-flus permezz ta' impjieg u jkollu minn fejn iħallas il-multa. L-Ispettur Robert Vella li mexxa l-prosekuzzjoni oġġezzjona għat-talba ta' Ellis minħabba li l-akkużat ma kellux indirizz fiss, minkejja illi jgħix fix-xelter msemmi. Il-Qorti tat lill-akkużat sitt xhur biex isib xogħol u wara jrid iħallas €133 fix-xahar li jmorru għall-multa.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 February 2017