Illum previous editions

illum 12 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/785760

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Aħbarijiet 9 Il-Ħadd 12 ta' Frar 2017 | illum Programm Operattiv I – Politika ta' Koeżjoni 2014-2020 It-trawwim ta' ekonomija kompetittiva u sostenibbli li tilqa' l-isfidi tagħna AVVIŻ PRELIMINARI– Il-V sejħa Il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u l-Fond ta' Koeżjoni L-Awtorità ta' Ġestjoni f'Malta għall-Politika ta' Koeżjoni 2014-2020, id-Diviżjoni għall-Ippjanar u l-Koordinazzjoni tal-Prijoritajiet (PPCD) fi ħdan il-Ministeru għall-Affarijiet Ewropej u Twettiq tal-Manifest Elettorali (MEAIM), tixtieq tħabbar li dalwaqt se tniedi sejħa għal proposti ta' proġetti minn Ministeri, Dipartimenti tal-Gvern, entitajiet mis-Settur Pubbliku u Istituzzjonijiet Pubbliċi li jkunu konformi mal-prijoritajiet identifikati fl-istrateġija RIS3 u d-dokumentazzoni relattiva, kif ukoll mal-Ass Prijoritarju u l-Prijorità ta' Investiment li ġejjin: Ass Prijoritarju 1 – 'L-investiment fir-riċerka, fl-iżvilupp teknoloġiku u fl-innovazzjoni' Prijorità ta' Investiment (PI) 1a – Żvilupp tal-infrastruttra ta' riċerka u innovazzjoni (R&I) u tal-kapaċità ta' żvilupp ta' eċċellenza fir-riċerka u innovazzjoni, u l-promozzjoni ta' ċentri ta' kompetenza, b'mod partikolari dawk ta' interess Ewropew. It-tnedija tas-sejħa nnifisha, flimkien mad-dettalji tas-Sessjoni ta' Informazzjoni marbuta magħha, se jiġu ppubblikati fil-ġimgħat li ġejjin u se jkunu disponibbli wkoll fuq il-paġna elettronika tagħna: www.eufunds.gov.mt. Il-Formola tal-Applikazzjoni marbuta magħha u d-dokumentazzjoni rilevanti (inkluża l-lista ta' azzjonijiet eliġibbli) se jkunu disponibbli fuq l-istess link ladarba titnieda s-sejħa. Sadanittant, dokumenti ta' sfond u aktar informazzjoni jistgħu jinkisbu minn fuq www.eufunds.gov.mt jew minn fuq l-email tal-PPCD għal Sejħiet għall-Proposti: info.eufunds@gov.mt. Dan l-avviż għandu jitqies bħala avviż preliminari sabiex jagħti żmien addizzjonali lill-applikanti interessati jħejju għall-proġetti. Programm Operazzjonali I - Fondi Ewropej Strutturali u ta' Investiment 2014-2020 "It-trawwim ta' ekonomija kompetittiva u sostenibbli li tilqa' l-isfidi tagħna" Proġett parzjalment iffinanzjat mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali Rata ta' ko-finanzjament: 80% Fondi mill-Unjoni Ewropea; 20% Fondi Nazzjonali L-aġenziji tal-proprjetà quddiem il-kabinett ...Il-Ministeru ta' Manuel Mallia mistenni jressaq l-ew- wel abbozz li jipproponi bidliet fil-qasam tal-proprjetà Minn Albert Gauci Cunningham FILĠIMGĦAT li ġejjin mistenni jitressaq l-ewwel abbozz ta' liġi quddiem il-kabinett, li se jipproponi bidliet fil-qasam tal-aġenziji tal-proprjetà. Dan stqarru kelliem għall- Ministeru tal-Kompettività u l-Ekonomija Diġitali, Marittima u tas-Servizzi, għall-mistoqsijiet ta' din il-gazzetta. Il-proposti se jkunu mibnijin fuq White Paper li tressqet f 'Jannar tas-sena l-oħra u li, fost affarijiet oħrajn, tesiġi illi kull aġent tal-proprjetà għandu jkun liċenzjat, filwaqt li tiġi mwaqqfa organizzazzjoni li tivverifika il-kodiċi ta' prattika għal kull min jaħdem f 'dan il-qasam. L-ILLUM għamlet kuntatt mal-Minsteru ta' Manuel Mallia wara li persuni li tkellmu ma' din il-gazzetta, fosthom ma' nies li jaħdmu fis-settur, kif ukoll persuni mill-kamra tal-Periti. Dawn sostnew illi kemm ilhom li saru l-proposti u sussegwentement il-bidla Ministerjali f 'reshuffle, ma reġa' nstema' xejn iktar dwar il-proposti. 'Ħadd ma qal xejn u ma reġa' nstema' xejn iktar dwar il-każ, qisha mietet fuq ommha' qalulna dawk li tkellmu magħna, 'jista' jkun li l-Ministru Mallia ma tantx huwa komdu bi proposti li tniedu taħt is-Segretarju Parlamenatri Josè Herrera.' Imma kelliem għall- Ministeru ta' Mallia ċaħad illi b'xi mod Mallia ta' dawn il-proposti l-ġenb u sostna illi wara li kienu evalwati l-oġġezzjonijiet u d-diskussjonijiet li saru 'huwa imminenti issa li l-proposti jitressqu fil-forma ta' abbozz quddiem il-Kabinett.' L-għajjat għall-għajnuna tat-tfajla li kien qed jistupra ħasbu kant AHMED Rasem Franka, ġie mogħti sentenza ta' 4 snin ħabs għall-attentat ta' stupru fuq tfajla Żvediża. L-akkużat, fil-Qorti beda jiġġustifika dak li għamel billi qal li l-għajjat li beda ħiereġ minn fomm it-tfajla kien fil- fatt kant. Il-każ kien seħħ lura f 'Jannar tal-2015 meta Franka kien ġie arrestat fil-Bajja ta' San Ġorġ ftit qabel il-4.45am meta l-Pulizija marret sabiex tinvestiga rapporti li possibbilment kien għaddej stupru. Il-Pulizija kienu sabu tfajla nofsha għarwiena tgħajjat għall- għajnuna, waqt li l-akkużat libes il-qalziet malajr, hekk kif tfaċċaw il-Pulizija, spjegaw l-uffiċjali tal-Pulizija fil-Qorti. Ir-raġel Libjan, li f 'każ separat ġie akkużat bi qtil ta' Kolombjan flimkien ma' Libjan ieħor, ġie akkużat fil-Qorti b'attentat ta' stupru, assalt vjolenti, li żamm persuna kontra l-volontà tagħha, li weġġagħha ħafif u li offenda l-morali pubbliċi. Fil-Qorti, it-tfajla qalet li kienet xorbot ammont konsiderevoli ta' alkoħol, iżda sostniet li d-drink tagħha kien ġie mbagħbas. "Hu pprova jagħmel is-sess miegħi fuq il-bajja u jien ma ridtx u bdejt ngħidlu le, ma rridx. Baqa' jipprova, u bdejt inwerżaq, u tani daqqa ta' ponn f 'wiċċi," sostniet it-tfajla fil-Qorti. Ir-raġel qal li ltaqa' mat- tfajla Paceville, u wara li żifnu u qagħdu jitkellmu, Franka sostna li qaltlu biex imorru fuq il-bajja għax kienet taf b'post sabiħ. Kompla jgħid kif it-tfajla fetħitlu ċ-ċintorin u hu fetaħ il-qalziet, iżda mbagħad, malli tfaċċaw il-Pulizija, "hi bdiet tibki u tgħid li ma kinitx it-tfajla tiegħu." Żied isostni li hi ma kinetx qed twerżaq għall-ewwel imma kien donnu kant. Il-Maġistrat ma tantx kienet impressjonata bil-verżjoni tal- Libjan u nnutat kif il-Pulizija qalu li l-kliem li semgħu l-Pulizija kienu fil-fatt krib għall-ajjut. Minkejja li l-Qorti sostniet li seta' kien minnu li t-tfajla kienet xorbot u kienet għamlet ċertu avvanzi, din xorta waħda ma ridetx li l-affarijiet imorru oltre. Sostniet kif l-akkużat, b'mod ċar ma setax jaċċetta li t-tfajla rrifjutatu u ma waqafx meta din qaltlu 'ieqaf ' u 'le'. Għaldaqstant, il-Qorti bagħtet lil Franka 4 snin ħabs waqt li ħarġet ordni ta' protezzjoni fil- konfront tat-tfajla.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 February 2017