Illum previous editions

illum 12 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/785760

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 35

illum | Il-Ħadd 12 ta' Frar 2017 Intervista 12 'Il-Qorti mxiet skont il-liġi M iriam Dalli m'għandhiex bżonn ta' introduzzjoni twila, għax kulħadd jaf li din bdiet bħala ġurnalista mas-Super One fejn minn hemm bdiet karriera l-politika u wara li saret avukat spiċċat bħala membru Parlamentari Ewropew f 'isem il-Partit Laburista. Iddeċidejt li nwassal l-opinjoni tagħha f 'intervista li għamilt magħha fl-uffiċċju tagħha fil-Parlament Ewropew fi Brussell billi ffukajt l-iżjed dwar il-politika Maltija u dak li qed jiġri bħalissa fil-kampanja elettorali li tidher li ma waqfet qatt f 'dawn l-erba' snin sa waslet ukoll fil- Parlament Ewropew. Bħalissa fuq fomm kulħadd hemm il-każ tal-libell li għamel Chris Cardona lil Daphne Caruana Galizia u li talab l-iffriżar ta' somma flus, "l-ewwel irridu nkunu ċari li l-qorti mxiet skont il-liġi li għandha quddiemha għax dan mhux il- gvern ħadha d-deċiżjoni. Din il-liġi qiegħda hemm biex tissalvagwardja l-interessi tiegħu jekk tinqata' favurih u jekk bil-kontra jrid iħallas l-interessi fuq il-flus li jkunu ffriżati nafha jien." Qalet Miriam Dalli li barra li hi politiku llum serviet snin twal bħala ġurnalista, "Jekk qed ngħidu li hemm ċertu liġijiet fil- konfront tal-ġurnalisti li għandhom jinbidlu ma nafx x'qed jistennew iż-żewġ naħat biex jiftehmu u jibdluhom. "Ejja ngħidu l-fatti kollha wkoll li l-protezzjoni għandha ssir fuq il- ġurnalisti kollha inkluż meta jkollok deputat nazzjonalista jirraporta ġurnalista lill-pulizija għax din mhux l-ewwel darba li ġrat. Imbagħad d-dover tal-ġurnalist hu li jgħid l-affarijiet meta jkollu l-prova ta' dak li jgħid jew jikteb. Għax ħafna drabi qed nispiċċaw li fuq il-midja soċjali kulħadd jgħid li jrid fuq kulħadd. U meta xi ħaġa tkun interessanti għan- nies , anke jekk ma tkunx ippruvata ssir realtà f 'moħħ ħafna nies. U dik hi li rridu noqogħdu attenti minnha, Niftakru wkoll li meta tħammeġ persuna għandu t-tfal u l-ġenituri tiegħu, irrelevanti minn dan il-każ iżda fil-każijiet kollha. Jekk għandek raġun ejja u għamel l-argument tiegħek, iżda li nħammġu n-nies, nirridikolaw lin-nies, li nħammġu t-tfal tan-nies u ngħajru bi problemi ta saħħa, naħseb li onestament missejna l-qiegħ." Miriam Dalli kienet ġurnalista meta l-partit tagħha kien fl-oppożizzjoni u kien hemm każi fejn rapporti tas-Super One ġew libellati, "kien hemm diversi stejjer li għamlulna libelli. Kien hemm każi li rbaħnihom u oħrajn li tlifnihom mhux fuq jekk kinux veritieri iżda għax ikun hemm xi ħaġa żgħira fir-rapport li teħel biss fuq xi parti żgħira u titilfu. Imma l-ġurnaliżmu l-bażi tiegħu trid tkun fuq il-verità. Vera li int trid toqgħod fuq is-sorsi tiegħek imma dawk is-sorsi jrid ikollhom ukoll il-provi ta' dak li jgħidulek. Għax jien nista' ngħidlek ħafna affarijiet li ma jkunux vera. Mhux kulma ngħidlek trid tmur tiġri tiktbu. Għandna l-liberta tal-espressjoni u għandek id-dritt li jkollok iċ-'checks and balances'. Bħal pereżempju, il-ġurnalisti, l-oppożizzjoni, il-politiċi dawk huma l-għodda li fihom isiru iċ-'checks and balances'. Li titfa t-tajn fuq allegazzjonijiet mhux ppruvati mhix aċċettabbli assolutament." Sadattant waqt il-presidenza rajna lill-Membri Parlamentari Nazzjonalisti jqajmu każi ta' korruzzjoni fil-Parlament Ewropew, "Interessanti li hemm ħolqa diretta bejn il-presdienza u t-tfigħ tat- tajn. Għax il-presidenza suppost li hu mument storiku għal pajjiżna kollu kemm hu u mument li l-gvern preżenti qed jinvesti l-enerġija tiegħu kollha biex pajjiżna joħroġ bl-unuri. Iżda bir-rispett kollu milli qed nara jidher li għandna oppożizzjoni li akkost ta' kollox trid toskura din il-presidenza. U t-tfigħ tat-tajn qed isir proprju biex din il-presidenza tiġi oskurata u kemm jista' jkun ma tkunx suċċess. Dan it-tfigħ tat-tajn politiku għalija laħaq livell innaċċettabli. U dan ma bediex issa iżda ċertu affarijiet ilhom għaddejin. Li jkollok raġun fejn int toġġezzjona għal ċerti affarijiet hu aċċettabli iżda jrid ikollok il-provi u għandek id- dritt li titkellem." Dalli immilitat flimkien ma' Joseph Muscat kontra d-dħul ta' Malta fl-Ewropa u llum hi membru Parlamentari Ewropew u Muscat hu wieħed mill-aktar statisti irrispettati fl-Unjoni Ewropea. "F'20 sena jinbidlu ħafna affarijiet u din l-affermazzjoni jħobbu jsemmuhieli speċjalment l-esponenti tal-PN. Għalija jekk dawn weħlu 20 sena ilu allura għandhom problema enormi. Dak iż-żmien il-fatt kien li kien hemm ċertu 'issues' li pajjiżna ma kienx għadu ppreparat biżżejjed għalihom. Illum 20 sena wara mill- esperjenza li ġabar pajjiżna fl-Unjoni Ewropea, il-liġijiet kif żviluppaw u n-nies kif inbidlu, pajjiżna miexi tajjeb fl-Unjoni Ewropea." Dan allura jfisser li l-PN dak iż- żmien kellu viżjoni aħjar minn dik tal-labour, "Il-poplu vvota u pajjiżna sab saqajh fl-Unjoni Ewropea u mexa 'l quddiem. Kien hemm setturi li batew u oħrajn li mxew tajjeb 'il quddiem. F'kollox hemm il-pożittiv u n-negattiv u fl-aħħar snin il- pożittiv kien aktar min-negattiv." Bħal f 'kull pajjiż Ewropew hemm min hu xettiku dwar l-Unjoni Ewropea u hemm min jixtieq li Malta tagħmel bħal Brexit. "Mill-esperjenza li qed nara fi Brexit u bl-ammont ta' liġijiet kif se jiġu milquta mhux biss ir-Renju Unit imma pajjiżi oħra, il-ħaġa hi ħafna aktar ikkumplikata milli sempliċi toħroġ. Pajjiżna hu wieħed żgħir li għandu wkoll rabtiet diretti ma' diversi pajjiżi oħra mill- Unjoni u kif inhuma l-affarijiet llum pajjiżna għandu jibqa' fl-Unjoni Ewropea. Post Malta hu fl-Ewropa." Dalli bdiet il-karriera tagħha ma' Joseph Muscat bħala ġurnalista fis- Super One. "Ħdimna flimkien u qatt m'għaddietli minn moħħi li xi darba se jkun kap u prim ministru. Għalija kien Joseph il-ġurnalist bħalna li konna nagħmlu l-breakfast show flimkien u anke programm kull nhar ta' Ħadd flimkien. Iżda dejjem kien involut fil-politika. Konna fil-forum laburisti flimkien u dejjem kien attiv u b'sens ta' inizjattiva." L-MPE Laburista qalet ukoll li Muscat qed jikber dejjem fl-istatura ta' statista fl-Unjoni Ewropea, "Il-fatt li hu kien Membru Parlamentari Ewropew tgħinu għax meta tkun taħdem fil-politika Ewropea jkollok għarfien fuq livell Ewropew. Iżda ma tagħmlux il-politiku li hu. Muscat hu politiku tajjeb ħafna b'viżjoni u din qed tgħinu ħafna li l-istatura tiegħu qed dejjem tikber immensament fl- Ewropa." Fil-fatt dan l-aħħar anke ssemma' li Muscat iriduh jieħu post Tusk bħala president tal-Kunsill Ewropew, "Nispera li le" wieġbet immedjatament Dalli. "għalih personali u għal pajjiżna hi xi ħaġa pożittiva u kbira għax qed jiġi meqjus bħala leader fuq livell Ewropew. Iżda Malta u l-Partit Laburista għandna bżonnu fejn qiegħed." Iżda jekk Muscat jagħżel li jieħu dan il-post, Miriam Dalli lesta li tikkontesta li tkun kap hi u forsi tkun l-ewwel kap ta' partit mara f 'Malta? "Nisma' ħafna għajdut u naf li jissemma' ismi u nisma' wkoll ismijiet ta' persuni oħra. Nieħu għalija u ma naċċettax li tgħidli għax jien l-ewwel mara. Għax jekk għandi niġi kkunsidrata għandha tkun fuq il-kapaċità tiegħi u mhux għax mara. Iżda għalissa onestament għandi xogħol x'nagħmel hawnhekk. U qed nitgħallem ħafna u bħalissa qed naħdem fuq leġislazzjonijiet Ewropej li qed nieħu gost naħdem fuqhom u li kieku nkun Malta ma nistax ninvolvi ruħi fihom speċjalment fuq liġijiet ambjentali fejn anke nħtart bħala l-kelliem uffiċjali fuq l-ambjent, saħħa pubblika u sigurta tal-ikel." Mitluba għal darb'oħra tgħid x'tagħmel jekk jinqala' l-każ wieġbet, "jekk jinqala' l-każ imbagħad naraw." Dalli qalet ukoll li m'għandhiex ħsieb li tikkontesta l-elezzjoni ġenerali għalissa iżda jekk jitlobha l-Prim Ministru biex tikkontesta, "Imbagħad naraw, s'issa ma talabnix." Dwar id-differenza litara fil-politika Ewropea u dik Maltija Miriam Dalli qalet li għaliha l-politika hi fejn int tagħmel il-'policies' fejn tiġi kritikat jekk l-'istand' li tkun ħadt ma tkunx tajba jew mhix tajba biżżejjed. "U dan hu x-xogħol li qed nagħmel fejn ma jintgħoġobx minn kulħadd iżda niddibattu l-ideat u mhux il-persuna. Jien iddejjaqni l-politika fejn niġi mgħajra għal xi ħaġa privata, jew fejn uliedek jiġu mżeffnin għax huma tiegħek, fejn int tpoġġi l-persuni qrib tiegħek f 'periklu li jiġu rridikolati. Din il-politika Maltija ma togħġobnix u din hi d-differenza bejn il-politika Maltija u dik Ewropea." Dwar xi kummenti klassisti li tfaċċaw dan l-aħħar fost in- Nazzjonalisti, Dalli qalet "Niftakar meta konna mmorru l-attivitajiet John Busuttil illum@mediatoday.com.mt Li nħammġu, nirridikolaw u ngħajru bi problemi ta' saħħa, missejna l-qiegħ 'Jekk jitlobni l-Prim biex nikkontesta l-elezzjoni ġenerali nara dakinhar....s'issa ma talabnix " " " "

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 February 2017