Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/785760
illum | Il-Ħadd 12 ta' Frar 2017 Aħbarijiet 14 MINN studju li għamlet il-Kummissjoni Ewropea fis- sena 2014, huwa kkalkulat li bil-pakkett ta' direttivi u emendi għall-immaniġġjar tal-iskart li bħalissa qed jiġi diskuss taħt il-Presidenza Maltija aktar minn 180,000 impjieg jistgħu jiġu ġġenerati sas-sena 2030 jekk riżorsa bħalma huwa l-iskart mhux biss nużawh u nirriċiklawh imma nirriduċuh. Fl-istess waqt huwa kkalkulat li jekk kulħadd jagħmel il-parti tiegħu fuq livell Ewropej inkunu kapaċi nnaqqsu mal-443 miljun tunnellata ta' emissjonijiet ta' gassijiet serra fl-arja (GHG). "Dan m'għandux ikun biss sforz ta' gvernijiet imma anke sforz ta' ċittadini li jagħmlu l-parti tagħhom huma wkoll biex inaqqsu l-iskart", tenna l-Ministru José Herrera fi Brussell meta kien il-mistieden tal-Kumitat tar-Reġjuni biex jitkellem fuq is-suġġett. L-iskart iġġenerat mill- ikel huwa kontribut ewlieni biex nilħqu dawn il-miri ambizzjużi. Il-Pajjiżi Membri tal-UE qed jintalbu biex sas-sena 2025 jitnaqqas dan l-iskart bi tletin fil-mija waqt li sas-sena 2030 dan jonqos b'ħamsin fil-mija. Kull persuna huwa stmat li tiġġenera mal-180 kilo ta' skart iġġenerat mill-ikel kull sena. F'Malta, qal il-Ministru Herrera, introduċejna l-borża organika u ferrixnieha ma' aktar lokalitajiet fosthom ma' Għawdex kollu. Bil-borża organika nistgħu nnaqsu serjament l-iskart mill-ikel li jispiċċa fil-borża s-sewda, qal il-Ministru Herrera u b'hekk ma jintefax fil-landfills imma minflok ikun jista' jiġi pproċessat u minnu nipproduċu riżorsa ħalli b'hekk innaqqsu l-gassijiet serra li huma l-kawża ewlenija tat-tibdil fil-klima. Tkellem dwar il-kuntest lokali u qal li skont studju riċenti tal-NSO jirriżulta li bħala medja kważi kwart (22%) tal-ikel li nixtru jispiċċa jinħela u jintrema. L-istess studju juri li l-ħela tal-ikel jammonta għal aktar minn 55% tal-iskart domestiku li jiġi ġġenerat mid-djar Maltin. Persważ li l-esperjenza ta' Malta hija l-esperjenza tal- bqija taċ-ċittadini l-oħra madwar l-UE, qal il-Ministru Herrera. "Dan il-ħela tal-ikel li jispiċċa jintrema jeħtieġ li jiġi indirizzat mhux biss permezz ta' kampanja pubbliċitarja imma wkoll b'qafas legali li f 'pajjiżna bħalissa ser ikun qed jiġi ppreparat ħalli b'hekk tiġi indirizzata din l-isfida", qal il-Ministru Herrera. Dan kollu għandu jikkumplimenta l-Pjan ta' Malta għall- Immaniġġjar tal-Iskart li tħejja minn dan il-Gvern li jpoġġi fil-mira l-Ekonomija Ċirkulari. Dan il-Pjan jistabbilixxi bħala mira li sal-2050 ma niġġenerawx iktar skart, jiġifieri mira żero skart u li għalkemm bħala mira tista' tidher 'il bogħod ix-xogħol fuqha diġà skatta minn issa, qal il-Ministru José Herrera. Il-Ministru José Herrera kien mistieden ukoll biex jitkellem dwar il-prijoritajiet tal-Presidenza Maltija f 'dan il- qasam, fejn qal li jrid jintlaħaq progress konkret u tanġibbli fuq dan il-qasam. Kważi kwart tal-ikel li nixtru jinħela u jintrema...' Inawgurat uffiċċju tal-KPMG f 'Għawdex ILMINISTRU għal Għawdex Anton Refalo inawgura uffiċċju tal- kumpanija tal-awditjar KPMG firRabat, Għawdex. KPMG hi waħda mill-aqwa erba' kumpaniji tal-awditjar internazzjonali. Il-Ministru tenna li waħda mill- prijoritajiet ta' dan il-gvern huwa x-xogħol u xogħol ta' kwalità f 'Għawdex stess. Dan l-uffiċċju se jgħin biex ħaddiema Għawdxin jibdew jaħdmu f 'Għawdex stess. Sitt ħaddiema Għawdxin se jibdew joperaw minn dan l-uffiċċju b'mod immedjat. Dan l-ammont jista' jitla' għal aktar ħaddiema Għawdxin fil-futur qarib. Dan l-uffiċċju ser ikun qed jgħin ukoll lill-klijenti Għawdxin li issa mhux ser ikollhom imorru Malta biex jinqdew iżda ser ikunu jistgħu jinqdew f 'Għawdex stess. Anton Refalo stqarr li Għawdex hu miftuħ għal kull tip ta' investiment. Il-Ministeru għal Għawdex qed jaħdem bi sħiħ biex isir l-investiment meħtieġ fl- infrastruttura ta' din il-gżira biex jinġieb investiment lejn Għawdex. Il-gvern, permezz tal-Ministeru għal Għawdex, sema' l-bżonnijiet tal-industrija, u b'investiment ta' €3.2 miljun fuq sentejn se jitqiegħed it-tieni fibre optic cable bejn iż-żewġ gżejjer. Dan l-investiment se jnaqqas id-dipendenza fuq il-cable wieħed li hemm bħalissa, u ħa jippermetti għal aktar investiment mill- privat fil-qasam tal-IT. Dan hu parti wkoll milli strateġija tal-Ministeru għal Għawdex biex f 'Għawdex ikompli jitkattru aktar impjiegi u impjiegi ta' kwalità. Il-Ministru semma' li fil- qasam tal-IT huwa magħruf li l-impjiegi huma ta' kwalità tajba; huma impjiegi li jħallu l-ġid ekonomiku minħabba t-tendenza li jiġbdu lejhom ħaddiema żgħażagħ, li allura għandhom dik ir-raġuni għalfejn jibqgħu—jew jerġgħu lura lejn Għawdex bil-familja, bilpjanijiet, u bil- ħolm tagħhom. Apparti l-infrastruttura tal- fibre optic cable, il-Ministeru għal Għawdex fakkar li ġie identifikat s-sit fejn kien hemm il-Malta Dairy Products, jew l-MMU, biex hemmhekk jiġi żviluppat digital hub. Dan il-proġett ta' €16-il miljun se jsir b'kollaborazzjoni sħiħa mal- Malta Enterprise. Il-Ministru Refalo awgura kull suċċess lil din il-kumpanija waqt li ħeġġeġ biex kumpaniji oħra ma jaqtgħux qalbhom u jinvestu f 'Għawdex.