Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/785760
Il-Ħadd 12 ta' Frar 2017 | illum 3 Aħbarijiet 'Sirna qisna fabbrika fl-Isptar...kulħadd gass mal-pjanċa' Minn Albert Gauci Cunningham LINFERMIERI li jaħdmu fit-teatri tal-Isptar Mater Dei, jinsabu magħsurin waħda sew bix-xogħol. L-ILLUM waslulha diversi lmenti illi s-sitwazzjoni ta' nuqqas ta' ħaddiema fit-teatri tal-operazzjoni qed twassal biex ħafna infermieri jkunu 'mġegħlin' jaħdmu sa 60 siegħa fil-ġimgħa, minflok il- medja ta' 46 siegħa. Dan apparti illi l-ILLUM tinsab infurmata wkoll illi numru ta' ħaddiema qed ikollhom jitilfu l-brejks minħabba nuqqas ta' infermieri fit- teatri. F'kummenti ma' din il- gazzetta s-Segretarju Ġenerali tal-Malta Union of Midwives and Nurses (MUMN) Colin Galea, ikkonferma dawn l-ilmenti u qal illi bħalissa fl-Isptar, imma speċjalment fit-teatri tal-operazzjonijiet, 'kulħadd għaddej gass mal- pjanċa biex imbagħad ngħidu li naqqasna l-lista ta' stennija. Ifhem tajjeb li nnaqqsuha din il-lista, imma qed ikollna numru ta' nies li qed jispiċċaw jgħejjew u jieħdu leave tal- mard. Sirna qisna fabbrika fl-Isptar,' ilmenta Galea. Galea kkonferma li numru ta' infermieri qed ikollhom jaħdmu madwar 55 siegħa u 60 siegħa, jew mal-14-il siegħa aktar fil-ġimgħa biex jagħmlu tajjeb għan-nuqqas ta' impjegati. 'Xi kultant qed ikunu sfurzati jagħmlu l-overtime għax jekk ma jagħmluhx il-kollegi tagħhom fl-istess teatri jkollhom jitilfu l-leave li jkollhom ippjanat. Allura qed jiġu f 'sitwazzjoni fejn ma tantx għandhom għażla ħlief li jidħlu jaħdmu fil-ġranet li fihom suppost ikunu 'off '.' Galea kompla jgħid lil din il-gazzetta illi minħabba in- nuqqas ta' infermieri, anke l-brejks qed ikunu diffiċli biex jieħdu l-ħaddiema. 'Int qatt smajt nies li jieħdu brejk xħin jidħlu x-xogħol? Fil-fatt hekk qed jagħmlu l-infermieri li jaħdmu fit-teatri bħalissa. Jieħdu l-break xħin jidħlu x-xogħol, fis-sebgħa u nofs, it-tmienja ta' filgħodu għax malli jaslu kirurgi ma jkunux jistgħu jieħdu waqfa mix- xogħol.' F'Mater Dei għandna 350 infermier nieqes... L-aħħar statistika żvelata fil-Parlament mill-Prim Minustru Joseph Muscat, f 'Jannar, turi li fl-2015 biss kien hemm 287 persuna, illi sabu impjieg fil-qasam tas-saħħa. Dan in-numru, primarjament, jinqasam f 'żewġ gruppi. Fl-2015 kien hemm b'kollox 159 infermier impjegat fl-Isptarijiet u ċentri tas-saħħa tal-Gvern, filwaqt li ġew impjegati 128 professjonist fil-qasam tas- saħħa. Allura fejn hi l-problema? Tistaqsi din il-gazzetta lil Galea. Hu dlonk ifakkar illi fl-isptar biss għad hemm mat-350 infermier inqas milli suppost biex l-isptar ikun jista' jopera kif suppost. Hu sostna wkoll li dawn in-nuqqasijiet jeżistu wkoll fl-Isptar San Vinċenz De Paule, fejn hemm bżonn ta' 80 infermier ieħor u anke fl-Isptar Monte Carmeli fejn m'hemmx biżżejjed ħaddiema biex iħaddmu l-kunċett ta' 'constant watch' fuq il-pazjenti. Galea sostna li saru diskussjonijiet mal-Minsteru tas-Saħħa u fil-ġranet li ġejjin l-MUMN mistennija tikteb lit-tmexxija tal-Isptar dwar is-sitwazzjoni tal-infermiera fit-teatri tal-operazzjoni. Infermiera fi t-teatri tal-operazzjonijiet qed jaħdmu sa 60 siegħa fi l-ġimgħa biex jagħmlu tajjeb għan-nuqqas ta' ħaddiema Il-Ħadd 12 ta' Frar 2017 | illum 3 'Sirna qisna fabbrika fl-Isptar...kulħadd 'Sirna qisna fabbrika fl-Isptar...kulħadd 'Sirna qisna fabbrika gass mal-pjanċa' fl-Isptar...kulħadd gass mal-pjanċa' fl-Isptar...kulħadd Infermiera fi t-teatri tal-operazzjonijiet qed jaħdmu sa 60 siegħa fi l-ġimgħa biex jagħmlu tajjeb għan-nuqqas 'Il-Festival tal-ħatriet ta' Malta... Nepotiżmu: 12, Fiduċja: 0' ILPARTIT Demokratiku, fi stqarrija tiegħu, isostni li l-Gvern li wiegħed il-bidla, meritokrazija u trasparenza jidher li tilef triqtu. Fl-aħħar jiem l-Imħallef Emeritus Farrugia Sacco laħaq iċ-ċermen il-ġdid tal-Awtorità tal-Lands. Il-Partit Demokratiku jgħid li dan hi turiha biċ-ċar li din l-amministrazzjoni ma tridx li l-poplu jerġa' jikseb il-fiduċija fl-istuzzjonijiet tal-pajjiż. "Matul il-karriera tiegħu bħala mħallef, l-Imħallef Farrugia Sacco kellu żewġ mozzjonijiet ta' Impeachment taħt żewġ Prim Ministri differenti. Huwa wkoll instab ħati prima facie mill-Kummissjoni għall- Amministrazzjoni tal-Ġustizzja," sostna l-PD "Id-dipartiment tal-Lands kien f 'nofs żewġ każijiet kontroversjali u skandalużi, dak tal-Cafè Premier u ta' Strada Zekka." Il-Partit Demokratiku jgħid li jekk kien hemm xi tama li din ir-riforma verament kienet se tkun riforma, din it-tama inqatlet. Dan għaliex apparti l-fatt li chairman huwa Farrugia Sacco, il-maġġoranza tal-bord intlaħqet mill-gvern innifsu. Il-Partit Demokratiku jibża' li wara l-Awtorità se hemm l-id ta' Kastilja. Il-Partit Demokratiku jfakkar li meta n-nies ivvuttaw għall-bidla, għamlu dan biex l-affarijiet jinbidlu, u jinbidlu għall-aħjar mhux għall-agħar. Il-Partit Demokratiku jinnotta li filwaqt in-nominazzjoni tal-Maġistrat Consuelo Scerri Herrera ma ntlaqatx mill- Kumitat dwar il-Ħatriet tal- Ġudikatura minħabba mġiba fil-ħajja personali tagħha, fil-każ ta' Farrugia Sacco l-gvern ħass li xorta waħda għandhom jaħtruh bħala chairman minkejja li dan għandu track record ta' mġiba ħażina tul il-karriera tiegħu bħala mħallef. Il-Partit Demokratiku jikkundanna li tali mġiba tiġi normalizzata permezz ta' ħatriet f 'karigi tant importanti bħal dik ta' chairman ta' Lands bil-barka ta' Kastilja. Il-Partit Demokratiku jikkundanna ħatriet f 'karigi importanti bħal dik ta' chairman ta' Lands bil-barka ta' Kastilja