Illum previous editions

illum 12 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/785760

Contents of this Issue

Navigation

Page 21 of 35

illum | Il-Ħadd 12 ta' Frar 2017 22 L-Oroskopju Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Iż-żodijaku ta' Aquarius għal San Valentinu se jkun il-waqt opportun sabiex għal Aquarius tinduna kemm l-imħabba ta' madwarna mhix xi ħaġa garantita għal dejjem, u ma rridu nieħdu xejn skontat għax ikun dan l-iżball fatali meta int tieħu din il-pożizzjoni. Għalhekk, San Valentinu se jerġa' jagħtik ċans sabiex l-imħabba ta' madwarek timmultiplika sabiex din tieħu l-fjamma ta' mħabba li hemm bżonn ikun hemm madwarek u tara kemm tħossok aktar romantika. Kuluri favoriti ma' Aquarius huma dawn: abjad, blu u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li f'San Valentinu se tkun ta' ispirazzjoni għalik se tkun dik ta' Gemini Aquarius huma magħrufin bħala persuni emozzjonali ħafna Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Iż-żodijaku ta' Pisces għal San Valentinu se jkun mument ta' riflessjoni dwar eżattament fejn int trid l-imħabba twassal. Dan minn diversi aspetti, però l-aktar aspett importanti huwa sa fejn int se tiftaħ lilek innifsek fir-relazzjoni tal-imħabba, u dan minħabba l-involviment tal-madwar tiegħek qiegħed jirristrinġi milli l-imħabba tiegħek tkun tirrifletti l-vera sentiment li tista' twassal. Għalhekk, San Valentinu se jagħtik dan iċ-ċans sabiex int tħoss eżatt kemm u fejn tista' twassal. Kuluri favoriti ma' Pisces huma dawn: blu, aħdar u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li f'San Valentinu se tkun ta' ispirazzjoni għalik se tkun dik ta' Cancer Pisces huma magħrufin għall-abbiltà u t-twemmin fihom infushom Aries mill-21 ta' Marzu sal-20 ta' April Iż-żodijaku ta' Aries għal San Valentinu se jkun żmien opportun sabiex trattab lilek innifsek ovvjament ta' kif iġġib lilek innifseb fl-imħabba. Imma fil-każ tiegħek, dan jgħodd kemm għall-imħabba tiegħek lejn ir-relazzjoni, u kemm ma' dawk li huma viċin sew tiegħek. Dan huwa perjodu sabiex l-imħabba li int tagħti, tkun iktar waħda sensittiva ovvjament skont il-każ li int tkun fih. Għalhekk, San Valentinu se jagħtik iċ-ċans biex twassal imħabbtek f'aktar sentimentaliżmu. Kuluri favoriti ma' Aries huma dawn: aħmar, kannella u abjad L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li f'San Valentinu se tkun ta' ispirazzjoni għalik se tkun dik ta' Leo Aries huma magħrufin għall-attenzjoni li huma jagħtu Taurus mill-21 ta' April sal-20 ta' Mejju Iż-żodijaku ta' Taurus għal San Valentinu se jkun żmien tajjeb ta' iktar pjan ta' kif ittejjeb iċ-ċirku tal-imħabba tiegħek. Dan sabiex int tkun tista' tqassam u tippjana aħjar kif tagħmel ir-relazzjoni ta' madwarek waħda iktar sentimentali. Xi kultant, fil-ħajja jrid ikun hemm għarfien ta' dak li l-aktar ikun għal qalbek, li jkun ta' importanza għal dak kollu li hemm madwarek, u għalhekk, San valentinu se jagħtik iċ-ċans bħal terġa' tqabbad in-niċċa tal-imħabba bi pjanijiet iktar aċċettabbli. Kuluri favoriti ma' Taurus huma dawn: aħdar, oranġjo u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li f'San Valentinu se tkun ta' ispirazzjoni għalik se tkun dik ta' Virgo Taurus huma magħrufin għall-istabbiltà tagħhom Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Iż-żodijaku ta' Gemini għal San Valentinu se jkun mument ta' riflessjoni bejn il-passat u l-preżent. L-imħabba, għalkemm għal Gemini hi suġġett ftit diffiċli sabiex ikun impoġġi fl-aġenda tagħhom ta' kuljum, għax Gemini huwa persuni wisq okkupati f'diversi aspetti tal-ħajja, San Valentinu se jagħtik iċ-ċans tagħmel evalwazzjoni ta' kemm ukoll hi importanti l-imħabba għalik. Grazzi għall-passat, tista' ssaħħaħ dak tal-preżent, għalhekk għamel riflessjoni sew. Kuluri favoriti ma' Gemini huma dawn: isfar, blu u oranġjo L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li f'San Valentinu se tkun ta' ispirazzjoni għalik se tkun dik ta' Libra Gemini huma magħrufin għall-flessibbiltà tagħhom Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Iż-żodijaku ta' Cancer għal San Valentinu se jkun il- mument ta' kuraġġ f'dak li int verament tixtieq jew twettaq fir-relazzjoni tiegħek, għalkemm dan jista' jkun mument xi ftit kumplikat għalik, imma żgur jekk int tagħraf tajjeb, dan jaf ikun importanti f'dak li int għandek ippjanat, għalhekk San Valentinu se jagħtik iċ-ċans li jimlik b'aktar kuraġġ sabiex dak li int verament jixraqlek fl-imħabba tiegħek, ikun imwassal u attwat. Dan se jkun pass lejn dak li int verament tixtieq. Kuluri favoriti ma' Cancer huma dawn: abjad, blu u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li f'San Valentinu se tkun ta' ispirazzjoni għalik se tkun dik ta' Sagittarius Cancer huma magħrufin għall-burdata stabbli tagħhom Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Iż-żodijaku ta' Leo għal San Valentinu se jkun mument ta' opportunità ta' tkabbir u stabbiltà aktar fl-imħabba ta' relazzjoni li int għandek madwarek. San se jkun mument importanti għalik għax se jpoġġik f'aktar għaqda minn dak li kont, u ovvjament kif dejjem xtaqt li int tkun. Għalhekk, San Valentinu se jagħtik ċans li tkun f'pożizzjoni soda aktar minn qatt qabel, imma dan irid ikun impenn minnek, li żżommu u mhux għas-sinifikat tal-perjodu. Kuluri favoriti ma' Leo huma dawn: aħmar, oranġjo u lewn id-deheb L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li f'San Valentinu se tkun ta' ispirazzjoni għalik se tkun dik ta' Scorpio Leo huma magħrufin kemm huma nies umli Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Iż-żodijaku ta' Virgo għal San Valentinu se jkun żmien ta' indikazzjoni ta' kif għandek tadatta aktar lilek aħjar fl-imħabba. Mhux għax hemm xi ħaġa ħażina, imma int trid tagħraf iktar kemm hi importanti l-imħabba li int għandek, kemm hi ta' valur, u valur mhux fis-sens ta' finanzi, imma valur għal ħajtek. Għalhekk, San Valentinu se joffrilek dan iż-żmien li int tikber u tagħraf dak li hemm fl-imħabba ta' madwarek. Agħraf tajjeb dan il- perjodu, għax minn hawn tista' titkattar iktar. Kuluri favoriti ma' Virgo huma dawn: oranġjo, isfar u kannella L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li f'San Valentinu se tkun ta' ispirazzjoni għalik se tkun dik ta' Capricorn Virgo huma magħrufin li jservu ta' pont Libra mit-23 ta' Settembru sat-23 ta' Ottubru Iż-żodijaku ta' Libra għal San Valentinu se jkun żmien ta' indikazzjoni ta' kif għandek tibni iktar lilek innifsek viċin l-imħabba li tant hi importanti fil-ħajja ta' madwarek. Dan huwa mument fejn int se tagħraf kemm trid tagħraf tagħti aktar spazju għall-imħabba ta' madwarek sabiex int tkun iktar magħqud. Għalhekk, San Valentinu se joffrilek dan iż-żmien importanti sabiex dak in-nuqqas li int għandek, issa tagħraf bih u hekk toffri lilek għal iktar għaqda f'din l-imħabba tiegħek. Kuluri favoriti ma' Libra huma dawn: blu, aħdar u abjad L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li f'San Valentinu se tkun ta' ispirazzjoni għalik se tkun dik ta' Aquarius Libra huma magħrufin li huma nies attivi ħafna Scorpio mit-24 ta' Ottubru sat-22 ta' Novembru Iż-żodijaku ta' Scorpio għal San Valentinu se jkun dak il-mument fejn in-nuqqas ta' motivazzjoni fl-imħabba ta' madwarek se joffrilek spazju sabiex tkabbar l-għaqda tant meħtieġa li int għandek bżonn imma li sfortunatament hi xi ftit nieqsa bħalissa. Għalhekk, San Valentinu se jfornilek din l-opportunità kollha sabiex dak li int għandek bħala nuqqas, jerġa' jibda jikber u jissaħħaħ, u hekk dak li kien qiegħed jintefa, terġa' l-fjamma tibda taqbad u se tagħraf li int kapaċi toffri mħabba vera. Kuluri favoriti ma' Scorpio huma dawn: aħmar, iswed u vjola L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa L-istilla li f'San Valentinu se tkun ta' ispirazzjoni għalik se tkun dik ta' Pisces Scorpion huma magħrufin għall-indipendenza tagħhom Sagittarius mill-23 ta' Novembru sal-22 ta' Diċembru Iż-żodijaku ta' Sagittarius għal San Valentinu se jkun dak il-mument fejn int se tpoġġi fil-ħsieb il- passat sabiex tqawwi lilek innifsek għal dak li int illum għandek madwarek, u ma terġax tirrepeti dak li ġara fil-passat, anzi bil-kontra tqawwi aktar lilek għall-imħabba li int għandek fil-preżent. Għalhekk, San Valentinu se joffrilek dik il-qawwa fik innifsek sabiex l-imħabba li hemm madwarek illum titkattar u tissaħħaħ iktar minn qatt qabel għal iktar tisħiħ. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma dawn: blu, roża u isfar L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa L-istilla li f'San Valentinu se tkun ta' ispirazzjoni għalik se tkun dik ta' Aries Sagittarius huma magħrufin għall-abbiltà organizzata tagħhom Capricorn mit-23 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Iż-żodijaku ta' Capricorn għal San Valentinu se jkun xi ftit ta' taqbdida bejn dak li sarraft fl-imħabba fil- passat, għal dak li għandek illum b'differenza li issa int se tagħmel il-pożizzjoni tiegħek f'waħda iktar soda, u ta' iktar importanza sabiex minn dak li tgħallimt, tkattar dak li int għandek illum. Għalhekk, San Valentinu se jkun il-mument opportun sabiex issa tkompli tissaħħaħ f'dak li hemm, mhux biss imma se tagħraf kemm int kapaċi tkun il-fjamma li ma tmut qatt. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma dawn: aħmar, blu u vjola L-aktar jum pożittiv għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis L-aktar jum negattiv għalik din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn L-istilla li f'San Valentinu se tkun ta' ispirazzjoni għalik se tkun dik ta' Taurus Capricorn huma magħrufin għall-ispontanjetà tagħhom L-Oroskopju Kompetizzjoni: IRBAĦ ma' PaulJon! Klassijiet ta' Meditazzjoni Għal iktar tagħrif ċempel 99013600 Avviz X'jissejjaħ PaulJon? 1. X'jissejjaħ PaulJon? 2. Tax-Xorti 3. Medium 4. Fortune Teller 5. Spiritwalista It-tweġiba għandha tintbagħat b'SMS, 99013600. L-ewwel ħames risposti jirċievu kopja b'xejn tal- gazzetta Illum PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal- oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit- Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' iżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste...... Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Għeluq snin nies famużi f 'dan ix-xahar Imwassal lilkom minn PaulJon Kantanti: Shakira (40 sena), Bob Marley (1945-1981), Peter Gabriel (66 sena), Falco (1957- 1998) u James Blunt (42 sena) Attriċi: Farrah Fawcett (1947- 2009), Morgan Fairchild (66 sena), Jennifer Aniston (48 sena), Jane Seymour (66 sena), Elizabeth Taylor (1932-2011) Attur: Clark Gable (1901-1960), Brandon Lee (1965-1993), Michael Sheen (48 sena), Matt Dillon (52 sena) u John Travolta (62 sena) Sportiv: Joachim Löw (56 sena), Mark Spitz (66 sena), Edinson Cavani (29 sena), Valentino Rossi (38 sena), John McEnroe (57 sena) Oħrajn: Ronald Reagan (1911-2004), Charles Darwin (1809-1882), Jerry Springer (72 sena), Gordon Brown (65 sena), Galileo Galilei (1564-1642)

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 February 2017