Illum previous editions

illum 12 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/785760

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 12 ta' Frar 2017 | illum Sports 27 SPORTSillum minn Cristian Antony Muscat Hibernians ........................1 Tarxien R ..........................0 GOWL tas-sostitut Gilmar da Silva Ribeiro ta tliet punti prezzjużi lil Hibernians hekk kif huma għelbu lill-ġirien Tarxien Rainbows bl-iskor minimu ta' 1-0. Permezz ta' din ir-rebħa issa l-Pawlisti telgħu temporanjament fl-ewwel post. Din it-telfa temmet mixja pożittiva ta' iktar minn xaharejn minn kemm il- kowċ tar-Rainbows, Jesmond Zerafa, ilu li ħa t-tmun tat-tim. Il-Pawlisti wettqu tliet tibdiliet mit-tim li għeleb lil St Andrews hekk kif Johann Bezzina, Montell Moore u Marcelo Dias ħadu post Dejan Boljevic, Timothy Tabone Desira u Jorginho. Min-naħa l-oħra Tarxien Rainbows, laqgħu lura lil Alex da Paixao Alves li ħa post Ayrton Azzopardi. Wara li l-ewwel taqsima ntemmet fi draw ta' mingħajr goals, fil-ftuħ tat-tieni taqsima ir-Rainbows kważi fetħu l-iskor meta xutt ta' Alex Nilsson ġie mdawwar f 'korner minn Andrew Hogg. Ftit wara eżattament fl-54 minuta, freekick ta' Jackson Lima għal Hibernians għadda jħakkek mal-wieqfa. Il-Pawlisti fetħu l-iskor fid-69 minta grazzi għal Gilmar da Silva Ribeiro li kellu freekick mill-isbaħ li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper tar-Rainbows, Philip Schranz. Huma resqu viċin li jirdoppjaw l-iskor żewġ minuti biss wara permezz ta' xutt ta' Rodolfo Soares wara li rċieva minn korner ta' Jackson Lima iżda l-ballun stampa mal-wieqfa. Tarxien Rainbows irrispondew permezz ta' xutt mil-lemin ta' Alex da Paixao Alves mil-lemin li ġie newtralizzat minn Andrew Hogg u tliet minuti minn tmiem id-90 minuta xutt b'saħħtu ta' Clayton Failla ntemm ftit għoli. Hibernians Hogg, Soares, Agius, Failla, Lima, Kristensen, Bezzina, Degabriele (Vella 87'), Moore (Boljevic 73'), Dias, Jallow (Da Silva Ribeiro 59') Tarxien R. Schranz, Baker, Marcelina, Caruana, Ponce de Leon Garcia (Micallef 78'), Nilsson, Fernandez Prendes (Azzopardi 63'), Zerafa, Da Paixao Alves, Tabone (Galea 85'), Zammit Referi Mario Apap JACKSON LIMA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Għalkemm ma rnexxielux isib ix-xibka, kien l-aqwa plejer fil-grawnd. Huwa wieħed mill-aqwa plejers barranin li qatt inġieb jilgħab f 'Malta. Gowl ta' Gilmar itemm il-mixja pożittiva ta' Tarxien Rainbows Ritratt: Dominic Borg Ritratt - Joe Borg Dwell għall-ballun bejn Jackson Lima u Daniel Ponce De Leon Garcia

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 February 2017