Illum previous editions

illum 12 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/785760

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 12 ta' Frar 2017 | illum Sports 29 minn Cristian Antony Muscat Gzira U ........................ 3 St Andrews .................. 2 GZIRA United irritornaw għar-rebħ meta għelbu lil St Andrews bl-iskor ta' 3-2. Kienu St Andrews li ħolqu l-ewwel azzjoni perikoluża wara biss sitt minuti logħob meta tentattiv minn corner dirett tal-captain Joseph Farrugia ġie ppaċjat f 'sigurtà mill-gowlkeeper tal-Maroons, Jurgen Borg. Propju sitt minuti wara s-Saints fetħu l-iskor meta minn cross ta' Ivan paz, il-ballun spiċċa f 'saqajn Ziga Kastrevec li kellu x-xutt tiegħu mblukkat minn difensur tal-Maroons, qabel ma ntemm għand Aidan Jake Friigieri, li mill-viċin spara fix-xibka, biex b'hekk skorja l-ewwel goal tiegħu bil-flokk vjola ta' St Andrews, kemm ilu li ngħaqad magħhom. Il-Maroons ġabu l-iskor indaqs eżattament qabel tmiem l-ewwel taqsima meta Andrew Cohen xeħet cross fil-baxx għan-nofs, biex daħal bħal vleġġa Louis Rene Zome li mill-viċin tefa' l-ballun wara l-gowlkeeper tas-Saints, Jake Galea. St Andrews ħarġu ferm aggressivi fil-ftuħ tat-tieni taqsima fit-tentattiv ovvju li jerġgħu jmorru fil-vantaġġ u fid-49 minuta rebħu penalty meta cross ta' Felix Udoh ħabat ma' id Clifford Gatt Baldacchino. Mill-11-il metru nkariga ruħu Ivan Paz li permezz ta' xutt b'saħħtu tefa' l-ballun fir-rokna tax- xibka. Is-Saints komplew fuq l-offensiva u fl-54 minuta is- solitu Felix Udoh indirizza cross lejn Ivan Paz li għola tajjeb iżda ra d-daqqa ta' ras tiegħu tintemm barra. Sitt minuti wara kien imiss lil Gzira United li jirbħu penalty meta din id-darba kien id-difensur Michael Johnson li miss il-ballun b'idu fil-kaxxa wara daqqa ta' ras ta' Antonio De Queiroz Machedo Neto. Mill-11-il metru nkariga ruħu Andrew Cohen li ma żbaljax. Gzira United skorjaw il- gowl tar-rebħa fl-84 minuta meta Louis Rene Zome indirizza kross lejn Juan Carlos Corbolan li permezz ta' xutt mill-ewwel minn ġol- kaxxa spara l-ballun fix-xibka. Gzira U. Jurgen Borg, Jacob Borg, Azzopardi, Gatt Baldacchino, Cohen (Amaira 90'), Corbolan (Scerri 88'), Avila Perez, Zome, Conti, De Queiroz Machedo Neto, Adeshina (Reyna 59') St Andrews Galea, Pena Beltre, Udoh, Che Bong Won, Johnson, Belacevic, Farrugia, McKay (Walker 87'), Kastevec, Paz, Friggieri (Nwoko 79') Referi Philip Farrugia minn Cristian Antony Muscat Pembroke A .................. 5 Mosta ........................... 0 PEMBROKE Athleta umiljaw lil Mosta meta għelbuhom bl-iskor kbir ta' 5-0, biex b'hekk irreġistraw it-tieni rebħa fi tliet logħbiet hekk kif ġabu fix-xejn lil Mosta biex issa fetħu vantaġġ ta' erba' punti fuqhom. Pembroke Athleta wettqu erba' tibdiliet mit-tim li żamm lil Sliema Wanderers fi draw ta' 1-1, hekk kif Matthew Calleja Cremona, Zoran Levnaic u l-akkwisti l-ġodda Go Nagaoka u Tonci Radovnikovic ħadu post Argyrys Roppas, Brooke Farrugia, Asani Djeljilj u Arber Dhrami. Min-naħa l-oħra, Mosta, wettqu sitt tibdiliet hekk kif il-gowlkeeper Andreas Vella, Cesar Romero, Pedro dos Santos Calcado, Adrian Caruana, Kurt Magro u Jurgen Grech ħadu post Yenz Cini, Francis Chinatu Onwudinjo, Njongo Priso, Neil Frendo, Victor Lucky Oseghale u Josue Ahoure. Għal Andreas Vella u Cesar Romero, din il-partita kienet qed timmarka d-debutt tagħhom. Pembroke Athleta fetħu l-iskor fit-23 minuta meta minn kross ta' Paltemio Barbetti, il-ballun spiċċa f 'saqajn Tonci Radovnikovic li x-xutt tiegħu mill-viċin għeleb lill-gowlkeeper Andreas Vella. Tliet minsti biss wara, Pembroke Athleta rdoppjaw l-iskor meta minn freekick ta' Paltemio Barbetti, Filippo Andrea Scozzese llobja l-ballun fuq il-gowlkeeper ta' Mosta permezz ta' daqqa ta' ras sabiħa. Erba' minuti minn tmiem l-ewwel taqsima, Jean Pierre Mifsud Triganza għal Mosta tefa' l-ballun fix- xibka permezz ta' daqqa ta' ras iżda l-gowl tiegħu ma ġiex konvalidat minħabba li r-referi Fyodor Zammit iġġudika li huwa kien jinsab f 'pożizzjoni ta' offside. Biex l-affarijiet ikomplu jikkomplikaw ruħhom għall-Blues, ftit wara tkeċċa l-Brażiljan Pedro dos Santos Calcado permezz ta' karta ħamra diretta wara fawl ikrah fuq Zoran Levnaic. Pembroke Athleta għamluhom 3-0 fil-71 minuta meta Stevan Racic ikkonverta penalty wara li Kyle Frendo waqqa' lil Go Nagaoka fil- kaxxa. Żewġ minuti biss wara, Daren Falzon tefa' l-ballun fix- xibka mill-viċin wara li rċieva pass invitanti biex għamel l-iskor 4-0 favur Pembroke Athleta. Tliet minuti fuq il-ħin miżjud Pembroke Athleta skorjaw il-ħames gowl grazzi għal Adrian Borg wara li rċieva l-ballun minn kross mil-lemin. Pembroke A. Calleja Cremona, Falzon (Fenech 84'), Levnaic (Farrugia 75'), Attard, Kooh Sohna (Eboh 84'), Racic, Borg, Barbetti, Scozzese, Nagaoka, Radovnikovic Mosta Vella, Rodrigues Ekani (Frendo 16'), Toth, Fenech, Dos Santos Calcado, Mifsud Triganza, Caruana, Magro, Romero, Grech (Mikes 57'), Miranda (Gatt 66') Referi Fyodor Zammit IVAN PAZ Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġuralisti preżenti. Skorja wieħed miż-żewġ gowls ta' St Andrews minn penalty. Ingħaqad ma' St Andrews matul dan l-istaġun. PALTEMIO BARBETTI Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Provda żewġ assists f 'din ir-rebħa għal Pembroke Athleta. Ingħaqad ma' Pembroke Athleta mingħand Sliema Wanderers. Gzira United jirritornaw għar-rebħ Ritratt - Tonio Magro Pembroke Athleta jumiljaw lil Mosta Ritratt: Christine Borg Ritratt: Christine Borg Nenad Belacevic jipprova jirbaħ il-ballun mingħand Juan Carlos Corbolan Ritratt: Joe Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 February 2017