Illum previous editions

illum 12 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/785760

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 12 ta' Frar 2017 | illum Sports 35 is-saħħa. Jekk int tkun l-aktar persuna b'saħħtek fid-dinja u ma jkollokx it- teknika kif suppost, kapaċi nkun nista' nerfa' aktar minnek. Minn dan il-lat, il-weight lifting huwa arti għax il-mod ta' kif terfa' l-weight huwa fundamentali biex ir-refgħa tkun tajba. Tirrikjedi preċiżjoni kbira u jekk il-moviment ma jkunx wieħed perfett, mija fil-mija li m'intix se jirnexxielek tagħmel refgħa tajba. Jekk tara weight lifters professjonali fi slow motion jirnexxielek tara dan il-moviment perfett u tirrealizza li jkun kważi identiku kull darba li jerfgħu. Il-media f 'Malta kemm tagħti exposure lil weight lifting? Sħabi jiċċajtaw biha din il-ħaġa. Rodmar ġieli qalli li hu ġab l-istess riżultat tiegħi. Kien ġie fid-disa' post, li hu l-istess post li ġejt fih jien. Imma l-exposure li ħa hu ma kinitx tibda mal-exposure li taw lili. Jiena ma tantx ili li bdejt dan l-isport imma kif bdejtu, bdejt nirċievi exposure malajr ħafna. U onestament ma nafx l-exposure kif kien qabel ma bdejt jien. Ovvjament għax-xogħol kollu li nagħmlu, hemm lok għall-aktar exposure. Però nitkellem għalija, kont sorpriża bl-ammont ta' pubbliċità li saritli. Interviews, iġibuni fuq l-aħbarijiet u l-gazzetti. Ma kontx qed nistenna din it-tip ta' pubbliċità. Bħala sagrifiċċju u commitments li tagħmel f 'dan l-isport xi tgħidli? Ħruġ noqgħod lura. Nittrenja kull filgħodu mid-disgħa sas-siegħa, nieħu brejk ta' sagħtejn, u nerġa' nittrenja mit- tlieta sas-sitta. Wara niġi nagħmel klassi u nerġa' nibda nipprepara l-affarijiet għall-għada. Il-klassijiet nagħmilhom mit-Tnejn sal-Ħamis, il-Ġimgħa jkolli brejk, u s-Sibt nerġa' nidħol. Sport bħal dan jinvolvi ammont kbir ta' commitment. Jekk tixtieq tieħdu bis- serjetà kif qed nagħmel jien u forsi tasal xi mkien fejn ħaddieħor qatt ma wasal, ħajtek trid iddur madwar l-isport. Jekk noħroġ fil-weekend, mhux se noħroġ nixrob. Jekk pereżempju nkun mistiedna għal xi festin mal-ħbieb, ikun hemm min jaħseb li jien stramba għax ma nixrobx inbid u noqgħod nixrob l-ilma. F'dak il-mument,moħħi jgħid li jekk nixrob l-inbid, se nitkisser il-ġurnata ta' wara u l-għada żgur li taffettwali l-mod ta' kif nittrenja. Inkun għajjiena u allura nagħżel li noqgħod pass lura. Li niltaqa' ma' sħabi jkun biżżejjed. Jekk pereżempju ommi u missieri riedu jsiefru fi żmien il-Milied, jien ma nħossnix komda mmur magħhom għax noqgħod ngħid li se nitlef it-training u forsi naqa' lura fil-prestazzjonijiet tiegħi internazzjonali. Fil-verità, ħadd mhu se jġegħelni ma nikolx, nixrob jew insiefer, imma hija għażla tiegħi. La jiena kuntenta hekk, m'għandux ikun hemm problemi li nimxi ma' din l-istil ta' ħajja professjonali li għażilt. Kemm jinvolvi injuries sport bħal dan? Jekk tittrenja kif suppost, tagħmel kollox kif suppost, iżżomm mal- programm, u ma terfax iktar milli jmissek, ir-riskji li tweġġa' huma ħafna inqas. Imbagħad trid tagħti kas fatturi oħra, pereżempju trid tara x'jgħidlek il-physio, in-nutrition tiegħek, u tieħu s-supplements li hemm bżonn. F'xi kompetizzjoni mbagħad hemm ukoll ir-riskji li jistgħu jiżdiedu. Xi kultant f 'kompetizzjoni ma tismax is-sinjali li qed jagħtik il-ġisem tiegħek. Jekk pereżempju tħoss xi ħaġa fi spallejk, fit-taħriġ tieqaf mill- ewwel imma f 'kompetizzjoni tipprova tagħmel ftit aktar u ma tagħtix kas jekk xi parti minn ġismek tkun qed tagħtik xi sinjal biex tieqaf. Hija riskju li taffaċċja ruħek f 'kull kompetizzjoni peress li tkun qed tagħti l-massimu tiegħek. Fit-taħriġ, s'issa qed nagħmel kollox sew u, għall-grazzja t'Alla, s'issa għadu ma kellix injuries li jżommuni barra mill-isport. Kemm hu importanti li tkun preparata psikoloġiment fil-kompetizzjoni u mhux fiżikament biss? Nafu wkoll xi ġralu Kyle Micallef. Din hi l-aktar ħaġa importanti. Aħna mdorrijin nikkompetu quddiem nies li nafu u quddiem ftit nies. Pereżempju Kyle Micallef, meta tela' l-Olympics minflok Rodmar, ma kienx qed jistenna din l-opportunità. Ma kellux iċ-ċans minn qabel jipprepara ruħu psikoloġikament. Ma kienx imdorri jikkompeti f 'kompetizzjoni kbira bħal din. Mentalment trid tkun ippreparat ħafna. Kyle, pereżempju, rajtu jagħmel dik il-weight quddiemi miljun darba. Għalih kienet faċli fit-taħriġ u naf żgur li kapaċi jagħmilha. Allura li titla' hemmhekk u ma tasalx għaliha, turik kemm fil-weight lifting hemm ukoll ħafna logħob mentali. S'issa, qabel kull kompetizzjoni, jien ukoll ngħid kemm sa nibża' imma fuq l-istage rnexxieli naħbi l-biża' kollu u nsib kunfidenza li qas jien ma naf minn fejn inġibha. Trid tkun kunfidenti ħafna f 'dak li tagħmel. Kemm jgħinek il-weightlifting fil-ħajja personali u fil-karattru tiegħek? Jien qatt ma kelli problema li nitkellem u nitħallat man-nies, però, indirettament, ċerta li jgħinni mingħajr ma naf. Il-weight lifting jisfidak mentalment. Meta kont l-Università kien jgħinni ħafna biex nikkonċentra. Meta bdejt nistudja, l-isport għenni niffoka aktar. Kemm hemm spejjeż involuti fil- weightlifting? Mhux wisq. Għalkemm iż-żarbun hu pjuttost għali, iservik mhux ħażin. Għal sitt xhur jew sena jaqdik perfettament. Imbagħad hemm forsi dawk il-kapriċċi żejda li jekk tkun trid tista' tixtrihom.Però biex tibda l-isport, realistikament iż-żarbun biss għandek bżonn. Qabel kompetizzjoni tagħmel dieta speċjali? Normalment, qabel kompetizzjoni nkun niżen xi 3kgs aktar milli suppost. Allura qisu xahar qabel il- kompetizzjoni nibda nnaqqas l-ikel u niekol inqas karbojdrati milli suppost. U meta viċin il-ġurnata jkollok bżonn tonqos dak il-kilo, ġieli jkollok bżonn tgħaddi mill-proċess ta' dehydration. Fil-Qatar, pereżempju, li ġrali kien li kelli kompetizzjoni l-Iżrael ġimgħa qabel u hemm kont qed nikkompeti f 'tad-69kg, li hija pjuttost komda għalija. Imma fil-Qatar, ikkompetejt f 'tat-63kg u ġimgħa qabel kont qiegħda 66kg. Kelli nonqos 3kg f 'ġimgħa biex inkun nista' nikkompeti. Allura hemmhekk daħal ħafna d-dehydration biex ninżel dawk it-3 kg. Fil-kompetizzjonijiet tagħkom kif jiġi determinat ir-rebbieħ? Jirbaħ min jerfa' l-aktar. Hemm imbagħad regoli żgħar bħala teknika. Ma jistax ikollok press, jgħidulha. Meta taqbad il-weight, idejk trid tibqa' dritta u ma tistax tiċċaqlaq mill-minkeb. F'kompetizzjonijiet bħall-Olimpjadi, jirbaħ min ikollu l-akbar total ta' punti. Hemm kompetizzjonijiet oħra bħall- World Championship li jagħtu midalja għal min ġie l-ewwel fl-isnatch, min ġie l-ewwel fil-clean and jerk, u min ġie l-ewwel fit-total ta' kollox. X'differenza hemm bejn cross fit, weight lighting u powerlifting? Hemm similaritajiet kbar bejn weightlighting u powerlifting. Hemm ċerti movimenti l-istess. Fil- powerlifting hemm tliet lifts differenti: squat, dead lift u bench press. Aħna nittrenjawhom ukoll għax jgħinuna fil- weightlifting. Teknikament, il-weightlifting jinvolvi aktar teknika, mentri fil-powerlifting trid aktar saħħa milli teknika. Cross-fit, imbagħad hija taħlita ta' kollox, taħlita ta' ħafna sports differenti. Tista' tgħaddi messaġġ lil dawk iż- żgħażagħ, speċjalment lin-nisa li forsi qed isibu xkiel għax jgħidulhom li hu sport tal-irġiel? Iridu jsiru jafu aktar affarijiet fuq l-isport biex ċerti sterjotipi jitkissru. Mhuwiex sport tal-irġiel u mhux bilfors titlaħħam daqskemm wieħed jimmaġina. Jien, pereżempju, tlift ħafna piż u mhux żidt, u nemmen li nidher aħjar fiżikament. Issodajt aktar lil ġismi. Kemm jekk tagħmel il-weight lifting għall-gost u anki jekk tagħmlu biex tikkompeti f 'kompetizzjonijiet, l-isport huwa tal-ġenn u għandu l-vantaġġi tiegħu. Jalla l-mezzi soċjali tiegħi jiksbu aktar popolarità ħalli jirnexxieli nikkonvinċi aktar nies biex jibdew dan l-isport u jsiru jħobbuh bl-istess imħabba li nagħtih jien. mara f 'Malta Twieldet l-21 t'April 1993, f 'Tal-Pietà Hija l-aqwa weightlifter mara f 'Malta u li żgur li għandha futur mill-isbaħ f 'dan l-isport li kulma jmur qed jikber l-popolarità f 'pajjiżna Originarjament bdiet tipprattika l-cross-t iżda mbagħad iukat fuq il-weightlifting Tul l-aħħar ġimgħat kisret bosta rekords nazzjonali l-weightlifting YAZMIN ZAMMIT STEVENS Ritratti: James Bianchi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 February 2017