Illum previous editions

illum 12 February 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/785760

Contents of this Issue

Navigation

Page 35 of 35

illum | Il-Ħadd 12 ta' Frar 2017 Aħbarijiet Mal-1,000 speċi ta' ħuta aljena fl-ibħra ta' madwarna Minn Veronica Lynn Mizzi ILBAĦAR Mediterran li jdawwar il-gżira tagħna huwa d-dar għal iktar minn 1,000 speċi ta' ħut li l-ambjent oriġinali tagħhom mhuwiex dan il-baħar jew reġjun. Fil-fatt, tul is-snin, permezz ta' diversi mezzi u attivitajiet tal-bniedem, dawn l-ispeċi rnexxielhom isibu posthom madwarna. Fil-fatt, il-biologa tal- konservazzjoni fl-Università ta' Malta, Dr. Adriana Vella spjegat mal-ILLUM li matul is-snin, dawn l-ispeċi ta' ħut daħlu permezz ta' diversi attivitajiet umani, fosthom il-bastimenti u l-cruise liners li jivvjaġġaw minn baħar għall-ieħor, l-akwakultura u n-negozju tal- akwarji. Vella żiedet tgħid li fattur ieħor li kien determinanti fid-dħul ta' dawn l-ispeċi kollha kien il-ftuħ u eventwalment anke t-tkabbir tal-Kanal ta' Swejż li għaqqad il- Mediterran mal-Baħar l-Aħmar, u anke minħabba t-tibdil fil-klima. F'kummenti li għaddiet lil din il- gazzetta, Vella li tmexxi l-Grupp ta' Riċerka ta' Konservazzjoni Bioloġika fi ħdan l-Università ta' Malta qalet li dawn il-ħut ġew skoperti permezz ta' riċerka li saret, li ħadet ħafna sigħat ta' analiżi u stħarriġ fuq il-baħar fost l-oħrajn. Meta mistoqsija dwar it-tipi differenti ta' speċi li qed jiġu introdotti fil-baħar Mediterran, Dr. Vella sostniet li l-aħħar speċi li nstabet kienet iktar kmieni fis-sajf tas-sena li għaddiet, meta kienet instabet il-ħuta magħrufa bħala 'Squirrelfish'. Żiedet tgħid li wħud mill-ispeċi misjuba jistgħu fil-fatt ikunu ta' periklu kemm għal speċi ta' ħut oħra, kif ukoll għall-pubbliku ġenerali. Fil-fatt, spjegat li speċi bħall-'Pufferfish' u l-'Lionfish' huma perikolużi u valenużi sabiex wieħed jaqbadhom jew jikkonsma. Vella saħqet li r-riċerka li qed jagħmel dan il-grupp, fil-fatt wassal għall-iskoperta ta' għadd ta' speċi ġodda, li ħafna minn dawn, mhux biss kien l-ewwel rekord tagħhom lokalment, iżda anke l-ewwel li ntlemħu fil-baħar Mediterran. Il-biologa kompliet tispjega li dawn l-ispeċi ġodda ta' ħut m'għandhomx jiġu indirizzati waħedhom biss, iżda jeħtieġ li jittieħdu wkoll fil- kuntest li qegħdin jgħixu fih. Fil-fatt, tkompli tispjega li l-ispeċi lokali jista' jkun li huma taħt theddida jew tal-inqas jaffaċċjaw sitwazzjonijiet problematiċi minħabba l-kompetizzjoni għall-ispazju u l-abitat, li eventwalment jistgħu wkoll iwasslu għal bidliet fit-tul tal- komunitajiet marini lokali, ġaladarba l-ispeċi aljeni jsibu posthom u jistabbilixxu ruħhom fl-ibħra tagħna. Għaldaqstant, minħabba f 'hekk, il-grupp ta' riċerka jinsab għaddej b'ħidma sabiex jistudja aktar mill- qrib l-ispeċi lokali u jidentifika l-bżonnijiet tal-ispeċi lokali sabiex jiġu kkonservati bl-aħjar mod. Il-grupp jinsab għaddej b'riċerka wkoll sabiex jara kif l-attivitajiet tal-bniedem se jkomplu jaffetwaw il- futur ta' dawn l-ispeċi. Din ir-riċerka, tkompli tgħid Dr. Vella, twassal sabiex tiġi akkwistata biżżejjed informazzjoni u aġġornamenti sabiex tittieħed azzjoni u taddatta għaċ- ċirkostanzi li jistgħu eventwalment jaffetwaw lill-popolazzjoni. Dr. Adriana Vella ttemm tgħid li l-grupp ta' riċerka li jaqa' taħt ir-responsabbiltà tagħha jaħdem ukoll mill-qrib ma' sajjieda u persuni oħra li jagħmlu użu mill-ibħra ta' madwarna, sabiex jaċċertaw li l-informazzjoni u t-tagħrif dwar l-ispeċi jkun mgħoddi bejn iż-żewġ entitajiet, b'iktar faċilità, u anke jiġu promossi prattiċi ta' sajd sostenibbli, fost l-oħrajn. L-ewwel festa tas-sena, dik ta' missierna San Pawl, iċċelebrata l-knisja koleġġjata l-Belt Valletta ddedikata għan-nawfraġju. F'dan il-mument maqbud mill-fotografu tagħna James Bianchi, kulħadd kien attent għall-paniġierku.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 12 February 2017