Illum previous editions

illum 19 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/800763

Contents of this Issue

Navigation

Page 0 of 35

Minn Veronica Lynn Mizzi FTIT jew xejn jidher li hemm entużjażmu fost il-membri parlamentari nisa sabiex tiddaħħal il-kwota meta jiġu eletti n-nisa fil-Parlament. Minkejja li d-disa' deputati nisa qablu li jeħtieġ li jkun hemm iktar rappreżentazzjoni tan-nisa fil-parlament, mhux kulħadd qabel li din hija l-aħjar triq. L-ILLUM għamlet kuntatt ma' seba' deputati nisa, filwaqt li kkwotat l-istqarrijiet pubbliċi li għamlu l-Ministru Helena Dalli u l-Kap tal-PD Marlene Farrugia, minn mindu l-Prim Ministru Joseph Muscat qal li se jfittex mandat biex ikun hemm kwota ta' nisa fil-Parlamentari. Is-Segretarji Parlamenti Justyne Caruana u Deborah Schembri, flimkien mad-deputati Nazzjonalisti Paula Mifsud Bonnici, Kristy Debono u Claudette Buttigieg kollha ddeskrivew din il- proposta bħala 'neccessary evil', hekk kif anke jekk mhux neċessarjament jaqblu mal- kunċett tal-kwoti tan-nisa, jemmnu li dan huwa mezz bżonnjuż ta' kif in-numru tan-nisa fil-Parlament jiżdied fi żmien qasir, u b'hekk ikun qed jitħaffef il-proċess ta' ugwaljanza. Kienu biss żewġ deputati li esprimew ruħhom favur u kontra din il-proposta, rispettivament. Fil-fatt, id- deputata Marlene Farrugia kellha kliem iebes għal din il- proposta u saħansitra qabblitha mal-kwoti tat-tonn. Min-naħa l-oħra, il-Ministru Helena Dalli qablet mal-Prim Ministru u qalet li l-kwoti huma bżonnjużi, għaliex mingħajrhom, ikollhom jgħaddu ħafna snin sakemm ikun hemm Parlament rappreżentattiv. NEWSPAPER POST Nr 544 • 19 ta' Marzu 2017 www.illum.com.mt €1.00 Intervista ma' Matthew Scicluna Ara paġni 34 u 35 Xejn entużjażmu għall-kwoti Jew kontra, jew favur għax bil-fors...deputati nisa dwar il-kwoti ta' nisa fil-Parlament Tkompli f 'paġna 8 II-Pulizija tintervjeni f '47 każ ta' assenteiżmu Minn Ruben Anthony Xuereb FISSENA skolastika li ninsabu fiha (2016/17), kien hemm 47 każ ta' familji li ma kkoperawx mal-ħaddiema soċjali u l-iskejjel meta dawn pruvaw jagħmlu kuntatt magħhom minħabba li t-tfal ma attendewx skola. F'dawn il-każi, kellu jintalab l-intervent tal-Pulizija, li bħalma jiġri dejjem jgħinu f 'dawn il-każi soċjali u kienu huma li marru fid-dar jitolbu lill-ġenituri biex jiftħu l-bieb lill- ħaddiema soċjali. Mistoqsijin dwar it-tip ta' każi soċjali li b'riżultat tagħhom it-tfal jispiċċaw ma jattendux skola, Sandra Cortis, Service Manager għas-servizzi Psiko-Soċjali fi ħdan id-Dipartiment tal-Edukazzjoni qalet lill-ILLUM li t-tip ta' raġunijiet huma differenti u kumplessi, u li jistgħu jvarjaw minn problemi gravi daqs użu ta' droga mill-ġenituri u problemi ta' saħħa mentali min-naħa tal-ġenituri li xi ġranet lanqas ikollhom il-ħila jqumu mis-sodda biex jibagħtu t-tfal l-iskola. Tkompli f 'paġna 6 L-ewwel tiri tal- kampanja Laburista Ara paġni 4-5

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 March 2017