Illum previous editions

illum 19 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/800763

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 19 ta' Marzu 2017 | illum Sports 29 CHELSEA komplew jersqu iktar qrib lejn ir-rebħ tal-Kampjonat Barclays Premier fl-Ingilterra meta barra minn darhom għelbu lil Stoke City bl-iskor ta' 2-1, biż-żewġ gowls għalihom jaslu minn Willian u Gary Cahill, waqt li Stoke City kienu ġabu d-draw momentarju permezz ta' penalti ta' Jonathan Walters fit-38 minuta. Tajjeb ngħidu li Stoke City temmew il-konfront jilagħbu b'10 plejers meta fid-90 minuta tkeċċa għalihom Phil Bardsley wara li rċieva żewġ karti sofor fil-partita. Intant, kompliet il-kriżi ta' Arsenal meta barra minn darhom kontra WBA huma sfaw megħluba bl-iskor ta' 3-1. Il-gowls għal WBA waslu minn Hal Robson- Kanu u doppjetta ta' Craig Dawson, waqt li Alexis Sanchez kien ġab id-draw momentarju għall-Gunners wara kwarta logħob. Everton ġewwa darhom f 'Goodison Park għelbu lil Hull City bl-iskor kbir ta' 4-0, bil-gowls għalihom jaslu minn Dominic Calvert- Lewin, Enner Valencia u doppjetta ta' Romelu Lukaku fi spazju ta' ftit sekondi. Tajjeb ngħidu li Tigers ta' Hull City spiċċaw il-partita jilagħbu b'10 plejers meta tkeċċa għalihom il-plejer Tom Huddlestone fit-73 minuta permezz ta' karta ħamra diretta. Leicester City barra minn darhom għelbu lil West Ham United bl-iskor ta' 3-2, bil-gowls għall-Foxes jaslu minn Riyad Mahrez, Robert Huth u Jamie Vardy. Min- naħa l-oħra, iż-żewġ gowls għall-Hammers waslu minn Manuel Lanzini u Andre Ayew. Crystal Palace ġewwa darhom kisbu rebħa minima ta' 1-0 kontra Watford bil- gowl uniku għalihom jasal minn awto-gowl tal-plejer ta' Watford, Troy Deeney, fit-68 minuta. Intant, il-konfront bejn Sunderland u Burnley intemm fi draw ta' mingħajr gowls. RIŻULTATI Kampjonat Barclays Premier Is-Sibt 18 ta' Marzu West B. Albion vs Arsenal 3-1 Crystal Palace vs Watford 1-0 Everton vs Hull City 4-0 Stoke City vs Chelsea 1-2 Sunderland vs Burnley 0-0 West H. United vs Leicester C. 2-3 FIXTURES Il-Ħadd 19 ta' Marzu 13:00 Middlesbrough vs Manchester United 15:15 Tottenham Hotspur vs Southampton 17:30 Manchester City vs Liverpool Kampjonat Serie A TIM 12:30 Empoli vs Napoli 15:00 Atalanta vs Pescara 15:00 Bologna vs ChievoVerona 15:00 Cagliari vs Lazio 15:00 Crotone vs Fiorentina 15:00 Sampdoria vs Juventus 18:00 Udinese vs Palermo 20:45 Roma vs Sassuolo L-atleta poeta li tant qed jimpressjona fl-atletika minn Cristian Antony Muscat HUWA tragward sabiħ li tgħaqqad 10 maratoni ġo pajjizek, tmienja l-ewwel post mill-Maltin, fid- debut fl-2006 jispiċċa it-tieni overall f 'ħin ta 2.30.18 u tnejn it-tieni post. Bir-rebħ tal-kategorija over 40 kull sena għal ħames snin infila. Fl-2008 jikseb in-National Best Time bħala Malti, 2.26.27 li għadu ma nkisirx. F'nofshom, fl-2009, jirbaħ in-nofs maratona, f 'ħin ta' 1.08.39 li għadu l-aħjar ħin bħala Malti minn dakinhar. Statistika li titkellem weħidha dwar il-konsistenza, il- perseveranza u l-kontinwità minkejja li għaddew tant snin u llum huwa veteran fl-atletika għal Jonathan Balzan. Dan barra r-rebħ li kien hemm bħala tim mal- klabb ta' St. Patricks li lejh Jonathan dejjem baqa' leali. Din il-gazzetta tkellmet ma' Jonathan Balzan innifsu fejn tana iktar dettalji: "Il-forma fit-tluq tat- tellieqa ma kinitx dak li xtaqt, bl-impenji tiegħi fil-ħajja soċjali tul il- ġimgħa ta' qabel u l-fatt li kelli naġġusta l-pass hekk kif ħassejt jirrispondi l-hamstring sa mill-ewwel passi. Però l-esperjenza u d-determinazzjoni għenitni nirbaħ kull xkiel anke jekk inqtajt waħdi wara għaxar kilometri u ma kellix xi ħadd biex jippuxxjani. Ħlief niltaqa' mal-marshalls u uffiċjali jikkontrollaw it-traffiku u l-akkumpanjament tal-bandisti mferxxin tul it-toroq. Tibda tistenna b'ħerqa kull tabella li timmarka kilometru ieħor ġewwa! 42.2 kilometri, ir-rotta għajr għal xi tibdil żgħir u l-preparazzjoni dejjem jibqgħu l-istess u ta' rutina, iżda dejjem ikun hemm xi episodju li jagħmilha differenti u jtiha laqta unika. L-applaws li tani l-pubbliku preżenti meta kont wasalt fl-aħħar metri hekk kif issemma' ismi u s-suċċessi kbar li ksibt qasamli qalbi u b'rasi baxxuta sellimt lill-pubbliku emozzjonat għall-aħħar. Minn hawn insellmilhom u lil dawk kollha li awgurawli fuq il- media soċjali u meta ltqajt magħhom. Ma jonqsux ir-ringrazzjamenti tiegħi lill-isponsors u l-familja tiegħi li qatt ma naqset li tkun preżenti għal din l-okkazjoni sena wara sena u verament memorabbli. Kull sena ngħid din żgur l-aħħar waħda, u ħafna jgħiduli ilek tgħid li ħa tieqaf! Iżda jekk jiġrilix bħat-tuffieħa fil-ġnien tal- Eden jew hijiex il-passjoni li tiġbidni lejha, nerġa' naqa'. Kieku llum mhux qed nitkellem fuq għaxra. U jekk is-sena id-dieħla hux ħa nagħmilha jew le, hemm il-fattur li tkun l-ewwel waħda fil-kategorija 'l fuq minn 45, li jkun tragward ieħor. Kemm hu għal qalbi l-ġiri jirrifletti ruħu fl- isem li jiena tajt lit-tieni ktieb tiegħi ta' poeżiji li ppubblikajt bħala poeta, Kilometri li f 'terminu aktar wiesgħa huma l-kilometri li għamilna u ma nafux kemm baqgħalna nterrqu f 'ħajjitna bis-sabiħ u l-ikrah tagħhom," temm jgħid Jonathan Balzan. Chelsea jagħmlu pass ieħor lejn ir-rebħ tal-Kampjonat Jonathan Balzan fl-azzjoni Gary Cahill jiskorja l-gowl tar-rebħa għal Chelsea

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 March 2017