Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/800763
illum Il-Ħadd 19 ta' Marzu 2017 Sports 30 X'qed jinħema mix-xena tal-futbol JOSHUA KIMMICH - Manchester City qed jikkunsidraw li jagħmlu offerta għad-difensur ta' Bayern Munich, Joshua Kimmich fi tmiem dan l-istaġun wara li dan il-plejer qed jesprimi l-frustrazzjoni tiegħu li ftit li xejn qed jingħata ċans li jilgħab mal-ġganti Ġermaniżi. Dan hekk kif dan id-difensur versatili internazzjonali Ġermaniż lagħab biss 10 partiti ma' Bayern Munich matul dan l-istaġun u jista' jkun li jerġa' jiġi kkowċjat minn Pep Guardiola. HELDA COSTA - Arsenal u Chelsea jinsabu f 'taqtiegħa bejniethom biex jakkwistaw lill-plejer ta' Wolves, Helda Costa matul is-sajf li ġej. Antonio Conte kien impressjonat b'dan l-eks winger ta' Benfica meta ż-żewġ timijiet iltaqgħu fl-FA Cup matul ix-xahar li għadda, b'Arsenal ukoll qed juru interess fl-istess plejer. Dan il-plejer ta' 23 sena jista' jiswa lil Arsenal jew Chelsea s-somma ta' £20 miljun jekk huma jiffirmawh fi tmiem l-istaġun. EDEN HAZARD - Real Madrid mistennija jagħmlu offerta sensazzjonali għall-attakkant ta' Chelsea Eden Hazard matul is-sajf li ġej. Jidher li l-Galacticos se jkunu qed joffru lill-attakkant Alvaro Morata flimkein ma' somma ta' flus għal dan il-plejer Belġjan li matul dan l-istaġun skorja 11-il gowl waqt li pprovda erba' assists fis-26 partita li lagħab fil-Kampjonat Barclays Premier fl- Ingilterra matul dan l-istaġun. Morata kien diġà ssemma' li jista' jingħaqad ma' Chelsea biex jieħu post Diego Costa hekk kif jidher li l-futur ta' dan tal-aħħar mal-Blues huwa wieħed ferm inċert. BEN GIBSON - Chelsea ġew mgħarrfa li jekk iridu jiffirmaw lil Ben Gibson mingħand Middlesbrough matul is-sajf li ġej huma jridu jħallsu s-somma ta' £30 miljun. Jidher li Antonio Conte qed iqis lil dan id- difensur bħala sieħeb ideali fiċ-ċentru tad-difiża ta' Chelsea għal Gary Cahill, għalkemm il-Blues jistgħu jkollhom kompetizzjoni mingħand Manchester City li wkoll qed juru interess f 'dan il-plejer ta' 24 sena hekk kif daqstant ieħor jista' jkun sieħeb ideali fiċ-ċentru tad-difiża flimkien ma' John Stones. minn Cristian Antony Muscat Diskussa fid-dettall l-Anti Corruption Task Force fil-Kunsill tal-MFA minn Cristian Antony Muscat WARA xhur ta' konsultazzjoni bejn l-istakeholders dwar tisħiħ tal-għodda leġiżlattivi fil-ġlieda kontra l-korruzzjoni fl-isport, l-Anti Corruption Task Force mmexxija mill-MFA, fil-ġimgħat li għaddew iddiskutiet għall-ewwel darba abbozz ta' liġi li se tieħu post il-Liġijiet preżenti li ilhom fis-seħħ mill-1976. Dan tħabbar fil-jiem li għaddew waqt konferenza stampa li saret fi tmiem il-Kunsill tal-MFA. Sar magħruf li r-rappreżentanti li jagħmlu parti minn din it-Task- Force kellhom l-opportunità jaqsmu l-ħsibijiet tagħhom mal-Avukat Ġenerali, Peter Grech, li l-uffiċċju tiegħu fassal l-abbozz ta' liġi fuq il-bażi ta' rapport li tlesta iktar kmieni mit- Task Force stess. "Bil-Gvern u l-Oppożizzjoni li għandhom rappreżentanza fit-Task Force u b'imsieħba importanti oħra bħall-Pulizija, il-Malta Gaming Authority u SportMalta, il-forum jipprovdi pjattaforma li l-għan tagħha hu li jiġġieled il-korruzzjoni fl-isport fuq skala nazzjonali," qal is-Segretarju Ġenerali tal-MFA, Angelo Chetcuti. Minbarra li timponi sanzjonijiet aktar ħorox, il-Liġi l-ġdida mfassla tieħu konjizzjoni ta' forom ġodda ta' korruzzjoni li jeżistu fl-isport u tipprovdi mekkaniżmi li għandhom jiffaċilitaw il-prosekuzzjoni ta' ċerti atti kriminali. Ġaladarba l-proposta tkun aktar irfinata, wara dawn l-aħħar diskussjonijiet, se tkun preżentata lill- Gvern għall-konsiderazzjoni fuq livell ta' Kabinett bil-għan li jibda il-proċess formali leġiżlattiv kemm jista' jkun malajr. Intant, saret referenza wkoll għall- incidenti li seħħew nhar it-Tnejn li għadda fil-logħba tal-Youths bejn Swieqi United u Gzira United ġewwa l-grawnd tal-Mosta. L-MFA kkundannat kwalunkwe vjolenza f 'partita tal-futbol u għalhekk ħalliet f 'idejn il-Pulizija waqt li b'ġustizzja l-istess assoċjazzjoni se tkun qed tevalwa bir-reqqa dak li ġara, x'wassal għal dan l-incident u x'passi għandhom jittieħdu sabiex il-futbol jibqa' sport. Barra minn hekk, sar magħruf ukoll li r-regolamnet marbut mal- International Transfer Clearance u r-reġistrazzjoni ta' plejers fl-aħħar sigħat qabel jagħlaq is-suq tat- trasferimenti se jkun qed jibqa' kif inhu. Dan fid-dawl ta' protest li ressqu Hibernians fil-ġimgħat li għaddew wara l-partita tagħhom kontra Ħamrun Spartans li ntemmet fi draw ta' 3-3. Intant, ġiet approvata wkoll b'mod unanimu l-liġi li tissalvagwardja lit-tfal u lill-adulti vulnerabbli fil-logħba tal- futbol li l-MFA ilha tant tisħaq dwarha speċjalment permezz tas-Safeguarding Officer fi ħdanha, Andrew Azzopardi. Sadanittant, sar magħruf li s-serata tal-MFA Awards din is-sena se ssir aktar kmieni mis-soltu, eżattament nhar il-Ħadd 14 ta' Mejju f 'Dar il-Mediterran fil-Belt Valletta fejn tħabbar li barra li se jkun qed jingħata l-unur tal-aqwa plejer barrani fil- Kampjonat Premier, se jkun qed jiġi onorat l-aqwa plejer barrani ukoll fl-Ewwel Diviżjoni, fit-Tieni Diviżjoni u fit-Tielet Diviżjoni. Angelo Chetcuti u Kevin Azzopardi jindirizzaw lil dawk preżenti