Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/800763
Il-Ħadd 19 ta' Marzu 2017 | illum 3 Aħbarijiet Jean Claude Micallef jaqta' l-kuntatti kollha minn mal-PN • 'Għażilt li ma nibqax inkun preżenti fuq l-istazzjon NET' • Ma jweġibx dwar jekk hux se jkun kandidat tal-PL fl-elezzjoni Minn Albert Gauci Cunningham LEKS Membru tal- Kunsill Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista, qata' kull kuntatt li kellu mal-istess partit hekk kif minn din il-ġimgħa waqaf jidher fi programm li kien qed jixxandar fuq l-istazzjon Net. Micallef kien jidher fuq l-istess stazzjon fuq il-programm 'Xift' li kien jixxandar waranofsinhar. Mal-ILLUM, Micallef ikkonferma li kienet l-għażla tiegħu li ma jibqax jidher fuq l-istazzjon tal-partit għax fi kliemu "ma ħassejtnix komdu aktar f 'dak l-ambjent." Din il- gazzetta staqsiet xi jrid jgħid biha Micallef din l-istqarrija, iżda hu sostna li ma xtaqx jelabora. Ir-relazzjoni bejn Micallef, li jiġi iben il-kandidat Laburista Manuel Micallef, mal-PN ilha sejra lura u saħansitra ilu jikkritika kemm it-tmexxija kif ukoll il-mod kif qed jitmexxa l-Partit Nazzjonalista. Fuq l-ILLUM ta' nhar it-12 ta' Frar 2017 Micallef kien saħansitra ddefenda lil Chris Cardona fil-kwistjoni tas- sekwestru li dan fetaħ kontra l-blogger Daphne Caruana Galizia. Iktar riċenti, din il-gazzetta wkoll żvelat kif qed ikunu bosta dawk li javviċinaw lil Micallef fit-tielet id-distrett biex jikkontesta l-elezzjoni mal-Partit Laburista. Mistoqsi jekk jikkonfermax dak li rrapurtat l-ILLUM u jekk hux se jkun kandidat mal-PL, Micallef la ċaħad imma lanqas ikkonferma. Hu qal biss hekk: "Fejn fil- politika jkun hemm l-għira, il-ħdura u l-mibgħeda, ma jkunx hemm jien." Mistoqsi mill-ġdid biex iwieġeb il-mistoqsija dwar kandidatura prospettiva, Micallef qal li għalissa dak hu kull ma xtaq jikkumenta dwaru.