Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/800763
illum | Il-Ħadd 19 ta' Marzu 2017 14 Minn Brussell Franklin Mamo: Leħen il-Maltin KIF imwiegħed, se nkomplu nlaqqgħukom ma' Maltin li jaħdmu fi Brussell. Iltqajna ma' Franklin Mamo li għandu 42 sena. Għaxar snin ilu kien għadda mill-eżami li jissejjah 'concours' u ntagħżel biex jaħdem mad-direttorat tar-riċerka mal-Kummissjoni Ewropea. Iżda lil Franklin sirt naf bih għax waqqaf assoċjazzjoni ta' Maltin li jaħdmu fi Brussell fejn għandu wkoll paġna fuq Facebook 'Maltin fil- Belġju asbl'. Interessanti li kien organizza żjara għal ħaddiema Maltin fil-Belġju lejn Mechelen fejn raw it-tapestriji ta' San Ġwann jiġu restawrati, "u skoprejna wkoll l-ewwel suldat Malti li ġġieled għall-Belġju u li miet fl-ewwel gwerra dinjija, fejn anke poġġejna kuruna mal- memorial tas-suldati maqtula fejn kienu mistiedna familjari tiegħu. Ismu kien Frederick Paul Bernard u kien jgħix l-Ingilterra għax missieru kien suldat Ingliż li kien stazzjonat Malta, fejn kien iltaqa' ma' ommu." Franklin, li kien jaħdem maċ-ċivil f 'Malta jara differenza bejn ix-xogħol f 'Malta u dak fi Brussell. "Tant taħdem ma' nies ġejjin minn kulturi u pajjiżi differenti li titgħallem ħafna minnhom. Ir-ritmu kif jaħdmu hawn hu differenti mir-ritmu kif naħdmu Malta. Anke hawn kulturi li jaċċettaw ċertu ċajt li oħrajn kapaċi joħduh bħala offiża. Il-varjetà u d-diversità hi sabiħa iżda hi sfida wkoll għax trid issib dejjem kompromessi mal-kollegi tiegħek anke amministrattivi biex japplikaw għal kulħadd l-istess." Franklin bena l-familja tiegħu fi Brussell, meta ltaqa' mal-mara tiegħu Maarit, li hi Finandiża li kienet taħdem ma' kumpanija li kienet toffri servizz ta' kommunikazzjoni fil-Parlament Ewropew. Iżżewġu seba' snin ilu u għandhom tifel ta' tliet snin u nofs bl-isem ta' Enki, "għax ridna isem li jkun faċli għal kulħadd li jippronunzjah u jaqbel ukoll ma' kunjomi, Enki Mamo. Anke fi żwieġ imħallat ukoll trid issib ċertu kompromessi." Franklin qal li lil ibnu hu jkellmu bil-Malti, ommu bil-Fillandiż u l-iskola bil-Franċiż. "Primarjament, il-lingwi li jitkellem huma l-Franċiż u l-Finlandiż filwaqt li l-Malti jifhmu. L-ulied bħal ibni ma tistax tgħid eżatt x'inhuma jekk humiex Maltin, Finlandiżi jew Belġjani. Huma 'third culture kids'." Franklin Mamo hu minn Ħal Qormi, u stqarr ukoll li xi kultant iħoss in-nuqqas tal-ħobż ta' Ħal Qormi, "iżda hawnhekk hawn għażla mhux ħażin ta' ħobż u allura ma ngergirx," kompla jgħid bi tbissima. Bħala assoċjazzjoni, Franklin jgħin ħafna lil dawk il-Maltin li jkunu jridu jafu eżatt fejn se jolqtuhom il- liġijiet tal-pajjiż fejn ikunu qed jaħdmu, "aħna l-Maltin dejjem konna nies migratorji. Fil-fatt, il-eurobarometer ta' Brussell kien għamel stħarriġ fejn Malta ġiet fl-ewwel post, b'żewġ terzi tal-Maltin li pparteċipaw fli stħarriġ qalu li għandhom qarib tagħhom li jgħix barra l-pajjiż, u dawn kienu qraba tal-ewwel grad, jiġifieri ġenituri, ulied jew aħwa u mhux xi kuġini. Kulħadd jaħseb li l-emigranti Maltin huma dawk biss li emigraw lejn l-Awstralja, l-Amerika jew il-Kanada. Aħna hawnhekk ukoll emigranti anke jekk b'xi mod għadna mqabbdin ma' Malta. Aħna naraw kif se ngħinu lil dawk il-Maltin li jaħdmu hawn u jgħixu hawn biex ngħinuhom ikollhom ħajja aħjar f 'dawk li huma liġijiet. Per eżempju l-liġi tat-testmenti. Fejn trid tagħmlu testment Malta jew il-Belġju? Meta għandek proprjetà f 'żewġ pajjiżi liema liġi tapplika? Kif ġiet ir- regola issa, tista' tagħżel jew il-post fejn l-interessi tiegħek jinsabu inkella l-pajjiż fejn int ċittadin tiegħu. Personalment, jien nagħżel Malta għax il- liġijiet Maltin iktar familjari magħhom minn dawk tal- Belġju." Semmieli aktar dwar liġijiet oħra li l-assoċjazzjoni li jmexxi hu tixpruna fl- Unjoni Ewropea biex jinbidlu l-liġijiet, u bihom il-Maltin li jgħixu fi Brussell ikunu aktar moqdijin, "bħal fil-fatt taċ- ċertfikati tal-magħmudija, żwieġ eċċ li biex jiġu aċċettati hawn, ma jistgħux ikunu miktuba bl-Ingliż jew bil- Malti għax mhumiex lingwi magħrufa fil-Belġju u tkun trid tittraduċihom minn ditta rikonoxxuta u b'timbru mill-ministeru Belġjan. U dan huwa ċertifikat wieħed għal persuna waħda. Issa ħdimna biex sa sentejn oħra, jidħol regolament li jkollok John Busuttil minn Brussell illum@mediatoday.com.mt "Aħna naraw kif se ngħinu lil dawk il-Maltin li jaħdmu hawn u jgħixu hawn biex ngħinuhom ikollhom ħajja aħjar f 'dawk li huma liġijiet" Franklin Mamo