Illum previous editions

illum 19 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/800763

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 35

illum | Il-Ħadd 19 ta' Marzu 2017 25 Pjazzetta Drammi tal-Passjoni tal-Ġimgħa l-Kbira GĦAL darb'oħra se jittella' d-Dramm tal-Passjoni ġewwa t-Teatru Juventutis Domus Sacra Familia Żejtun, bl-isem 'Min Int?'. Dan id-Dramm sar sinonimu u mfittex għal diversi raġunijiet, fost l-oħrajn għall-kitba mirquma, atturi stabbiliti, settijiet meraviljużi u ħafna aktar fejn b'kollox f 'daqqa kapaċi tiġi preżentata esperjenza li biha jitqanqlu sewwa s-sensi kollha ta' kull min jiġi jżur dan id-dramm, u kull persuna tieħu lura esperjenza li mhux ser tintesa' malajr. Din is-sena, bl-isem ta' 'Min Int?', parallella mal- istorja ta' Yesh'ua (Ġesu Kristu) hemm il-ġrajja ta' Elihud, l-għami ta' barra s-swar. Bħal snin preċedenti, il-kitba kif ukoll d-direzzjoni ta' dan id-dramm huma f 'idejn il-bravu Renzo Bonello, isem rinomat sew f 'xogħlijiet marbutin mal-Ġimgħa Mqaddsa, kemm f 'xogħlijiet teatrali, televiżivi kif ukoll għaċ- ċinema. Din is-sena wkoll għall-ewwel darba ser ikun hemm kompożizzjonijiet oriġinali ta' mużika mill- kompożitur Noel Calleja li se takkumpanja d-dramm. Id-dramm se jkun qed jittella' fil-31 ta' Marzu, 1 u 2 ta' April. LGĦAQDA Dilettanti Ġimgħa l-Kbira (Għawdex) għal darb'oħra se ttella' d-dramm tal-Passjoni magħrufa bl-isem 'Imsallab fi Triqatna' fl-1 ta' April 2017. Dan id-dramm ilu jittella' fit-triqat tal-Belt Victoria, sa mis-sena 2000. Id-dramm beda dejjem jikber fil-popolarità tiegħu fil-gżejjer Għawdxin tant li fis-snin li għaddew, id-dramm ittella' wkoll mill-istess Għaqda anke f 'lokalitajiet diversi f ' Malta fosthom fil-Belt Valletta, f 'Ħal Qormi, Marsaskala, Mtarfa u l-Imqabba. L-originalita' tà' dan id- dramm huwa li l-pubbliku jkun jista' jsegwi episodi saljenti mill-Passjoni u Qawmien tà' Sidna Ġesù Kristu filwaqt li jħoss li huwa wkoll parti minn dak li jkun qed jiġri madwaru. In fatti, l-atturi lkoll jagħmlu l-parti tagħhom fost il-pubbliku biex b' hekk il-pubbliku jkun qed jipparteċipa wkoll f ' dan id- dramm bħala l-folla tà' nies li kienu dejjem jsegwu lil Ġesù' Kristu kull fejn kien imur. Id-dramm jibda nhar l-1 ta' April 2017 fis-sebgħa ta' filgħaxija minn Pjazza San Franġisk, Victoria Għawdex b'parata ta' suldati Rumani. Fi Pjazza Sant' Wistin il- pubbliku jkun jista' jsegwi d-dħul tà Ġesù Kristu ġewwa Gerusalem fejn ġie milqugħ minn diversi tfal u nies oħra. Id-dramm jibqa' sejjer għall- partijiet oħra tal-kapitali Għawdxija, b'xeni varji mill-ħajja ta' Ġesù Kristu. Matul Triq ir-Repubblika, id-dramm jipprosegwi b' diversi xeni fosthom dik tal- akkuzi miġjuba kontra Ġesù quddiem il-Qassisin il-Kbar Lhud u l-akkużi miġjuba quddiem Ponzju Pilatu. Il-pubbliku jiltaqa' wkoll mar-Re Erodi u ż-żeffiena tiegħu kif ukoll isegwi lil Ġesù Kristu jigi msawwat u flaġellat sakemm finalment jiġi kkundannat għall-mewt u mgħobbi bis-Salib. Id-dramm ikompli b' Ġesù jibqa' miexi għal ġo Pjazza Repubblika fejn jaqa' għal tliet darbiet bit- toqol tas-salib u jiltaqa' ma' ommu Marija, mal-Veronika, u ma' nisa oħra. Matul it-triq, il-pubbliku jara wkoll lil Xmun ic-Cirinew li jitgħabba bis-salib flimkien ma' Ġesù. Il-quċċata tad-dramm isseħħ fit-telgħa taċ- Citadella fejn Ġesù jiġi msallab flimkien ma' żewġ ħallelin oħra. Ikun hemm xena ta' qsim il-qalb meta omm Ġesù tara u żżomm fi ħdan il-ġisem mejjet tà Ġesù Kristu. Id-dramm ikompli bid-difna li sseħħ fi Pjazza Repubblika u fi it-tmiem id-dramm, jiġi raffigurat fl-Irxoxt. Dan id-dramm issa sar avveniment importanti fil-kalendarju tal-attivitajiet kulturali Għawdxin relatati mal-festi tal-Ġimgħa l-Kbira u l-Irxoxt. Id-dħul huwa b'xejn iżda kwalunkwe donazzjoni hija ferm apprezzata. SA mill-1974, il-Kumpanija Teatrali Dumnikani Beltin dejjem ħadmet bis-sħiħ biex tellgħet dramm tal- passjoni għall-jiem qaddisa tal-Ġimgħa Mqaddsa. Dan id-dramm jista' jitqies bħala l-aktar wieħed antik f 'Malta u minn dejjem kien minn ta' quddiem f 'dak li għandu x'jaqsam ma' kostumi elaborati, xeni spettakolari, mużika u effetti viżwali li jkomplu jdaħħluk aktar fl-atmosfera tal- Ġimgħa Mqaddsa. Matul is-snin, mal- Kumpanija Teatrali Dumnikani Beltin, dejjem taw is-sehem tagħhom diversi atturi, minn dawk magħrufa sew fuq it-televiżjoni lokali sa dawk b'talent ġdid. Din is-sena d-dramm għandu t-titlu ta' 'Vera Ikona' u se jsiru tliet rappreżentazzjonijiet tiegħu fis-sala Dumnikana fil-Belt Valletta. L-istorja tad- dramm ħarġet mill-pinna ta' Etienne Micallef li fl-imgħoddi tagħna drammi oħra bħal Mnara Dawl u s-Siġra tal-Ħajja. Id-direzzjoni se tkun tal- veteran Frank Micallef, li għandu għeruq sodi sew marbuta ma' dawn it-tip ta' drammi. Fl-istorja ta' din is-sena niltaqgħu ma' Serafja, żewġha Sirak u bintom Afra, li kollha b'xi mod se jkunu effettwati minn Sidna Ġesù Kristu. Għalkemm id-dramm se jeħodna lura fi żmien Kristu se jmiss ma' temi attwali fil- ħajja tagħna tal-lum, bħall- abbuż fuq il-mara, familji mkissra mill-problemi ta' kuljum u d-diżabilità. Ir-rappreżentazzjonijiet se jkunu t-Tnejn 10 t' April 2017 fis-7:15pm, l-Erbgħa 12 t'April 2017 fis-7:15pm, u l-Ġimgħa 14 t'April 2017 (il- Ġimgħa l-Kbira) fid-9:30am fis-sala San Duminku Triq il-Merkanti l-Belt Valletta. Biljetti jistgħu jinkisbu mingħand Joe Zammit fuq 99451909. Min Int? L-Imsallab fi Triqatna Vera Ikona Dumnikani Beltin, dejjem dramm ħarġet mill-pinna ta' Etienne Micallef li fl-imgħoddi tagħna drammi oħra bħal Mnara Dawl u s-Siġra tal-Ħajja. Id-direzzjoni se tkun tal- veteran Frank Micallef, li għandu għeruq sodi sew marbuta ma' dawn it-tip ta' drammi. Fl-istorja ta' din is-sena niltaqgħu ma' Serafja, żewġha Sirak u bintom Afra, li kollha b'xi mod se jkunu effettwati minn Sidna Ġesù Kristu. Għalkemm id-dramm se jeħodna lura fi żmien Kristu

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 March 2017