Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/800763
BEJN tlieta u ħames snin oħra, il-lokalità ta' San Pawl il-Baħar, li tkopri Buġibba u l-Qawra fost l-oħrajn, mistennija tara żieda ta' 15% fin-numru ta' residenti li jgħixu fiha, jiġifieri aktar minn 3,000 persuna bil- possibbiltà tal-istess ammont f 'żieda ta' vetturi fit-toroq tagħha, kif ukoll qabża kbira fin-numru ta' siti ta' kostruzzjoni. Iżda minkejja din iż- żieda, jidher li m'hemmx pjanijiet għall-parkeġġ. Dan jirriżulta wara li l-ILLUM għamlet kuntatt ma' Transport Malta biex tistaqsi jekk hemmx xi pjanijiet lesti biex jilqgħu għal din iż-żieda kbira fin-numru tal-karozzi u jekk minn naħa ta' TM, hemmx pjanijiet għal żieda fil-parkeġġi jew xi proġett ta' parkeġġ kbir b'ħafna sulari. Transport Malta wieġbu li minkejja li huma jkunu kkonsultati meta jkun hemm proġetti kbar li jistgħu jħallu impatt fuq l-infrastruttura, "TM ma tagħmilx proġetti ta' parkeġġ imma normalment ikun il-privat li jagħmel dan." Il-fatt li bħalissa m'hemm ebda pjan għall-kostruzzjoni ta' xi parkeġġ kbir biex itaffi l-problema li se tinħoloq ftit taż-żmien ieħor, ġie kkonfermat ukoll mill-Kunsillier Laburista u eks sindku ta' San Pawl il- Baħar, Ray Tabone. F'kummenti ma' din il- gazzetta, Tabone indika li fl-inħawi tal-Ponta tal-Qawra teżisti applikazzjoni mill-privat ta' parkeġġ ta' ħames sulari. Aktar minn hekk, Tabone indika wkoll li proġett propost minn wieħed mill-Kunsiliera preżenti, ġie abbandunat. 92 applikazzjoni, 1,085 residenza u 3,200 resident ġdid... Iċ-ċifri msemmija, ħarġu f 'rapport ippubblikat fil- ħarġa tal-5 ta' Marzu tal-gazzetta ILLUM, fejn wara riċerka li din il- gazzetta għamlet fuq l-applikazzjonijiet tal-bini fiż-żona ta' San Pawl il-Baħar, irriżulta li bħalissa hemm 92 applikazzjoni għal residenzi ġodda, blokok ta' appartamenti u maisonettes, li b'kollox se jżidu 1,085 residenza li permezz tagħhom tiżdied il- popolazzjoni b'madwar 3,200 resident ġdid. B'din iż-żieda sostanzjali fin-numru ta' resident, fissi jew permaneti, f 'daqshekk qasir żmien, it-tħassib tar-residenti preżenti huwa kif din iż-żieda se taffetwa s-sitwazzjoni diġà prekarja tal-parkeġġ u t-traffiku fiż-żona. Ray Tabone filwaqt li kkonferma dak li ppubblikat l-ILLUM, żied jgħid li saħansitra s-sitwazzjoni bħalissa diġà hija aktar gravi minn dik li juru ċ-ċifri, hekk kif fil-verità il-popolazzjoni ta' San Pawl il-Baħar hija ħafna ikbar mit-22,000 iddikjarati. Tabone spjega li n-numru ta' residenti ddikjarati huma biss dawk imniżżla fir-reġistru tal- vot, mingħajr ma jingħaddu n-numru kbir ta' barranin mhux reġistrati li qed jgħixu f 'postijiet tal-kiri. "Fix-xitwa biss bħalissa, il-popolazzjoni tkun ikbar minn 34,000, aħseb u ara fis-sajf," sostna Tabone. ...u 530 garaxx ġdid Tajjeb li wieħed jinnota li fir- riċerka li saret mill-ILLUM, ġie nnutat li kważi l-applikazzjonijiet kollha kienu jinkludu garaxxijiet taħt il- livell tat-triq. Minn dawk l-applikazzjonijiet li fihom kien hemm iddikjarat in-numru ta' garaxxijiet li se jinbnew, se jkun hemm madwar 530 garaxx ġdid. Dan huwa tajjeb, iżda x'aktarx xorta mhux biżżejjed biex ikopri l-influss ta' madwar 3,000 karozza ġdida. 'Galea m'għamlet xejn ġdid, aħna ħloqna 900 parkeġġ' Fil-ħarġa tal-Ħadd li għadda, L-ILLUM għamlet kuntatt mas- sindku ta' San Pawl il-Baħar, Graziella Galea, li nfurmat lil din il-gazzetta li total ta' 65 parkeġġ ġdid ġew introdotti fil-lokalità, fit-tentattiv li tittaffa l-problema tal-parkeġġ. Għal darb'oħra, inizzjattiva tajba, iżda 'l bogħod mill-mira ta' 3,000 karozza ġdida. Mal-ILLUM, Ray Tabone sostna li "dak li qed titkellem dwaru Galea, mhu xejn ħdejn dak li kien inkiseb mill-kunsill preċedenti." Huwa spjega li l-parkeġġi li nħolqu issa mhumiex ġodda, iżda mittieħda minn parkeġġi eżistenti li qabel kienu riżervati għal persuni b'diżabbiltà quddiem darhom, kif ukoll ittieħdu postijiet minn kantunieri, bħalma sar f 'Tas Sliema, Ħ'Attard, in-Naxxar u l-Birgu. "M'għamlitx li għamilna aħna," qal Tabone, "meta bi ftehim mal-Gvern, konna ħloqna 250 post ġdid wara li tnaddfet żona li kienet proprjetà tal-GO." Barra minn hekk, Tabone qal ukoll li l-Kunsill tiegħu kien għamel arranġamenti biex ix- xatt ta' Buġibba jkollu postijiet għall-parkeġġ tulu kollu, u żieda ta' postijiet mal-ġenb tal-lukanda Dolmen u diversi postijiet oħra. "B'kollox," tenna Tabone, "żdiedu mad-900 parkeġġ." illum | Il-Ħadd 19 ta' Marzu 2017 Aħbarijiet Ruben Anthony Xuereb rxuereb@mediatoday.com.mt 'Il-privat jagħmel il-parkeġġi, mhux il-Gvern...' Ebda pjan għal żieda fi l-parkeġġi f 'San Pawl il-Baħar minkejja l-previżjoni ta' splużjoni fi l-popolazzjoni l-applikazzjonijiet preċedenti." Huwa spjega Ebda pjan għal żieda fi l-parkeġġi f 'San Pawl il-Baħar minkejja 28 NGO igawdu minn €850,000 mill-Malta Community Chest Fund 28 għaqda volontarja bbenefikaw minn fond ta' €850,000, approvat mill-Bord tas-Superviżzjoni tal-Malta Community Chest Fund Foundation. Ilbieraħ saret iċ-ċerimonja tal-iffirmar tal- kuntratt li jorbot lill-NGOs biex iwettqu proġetti soċjali fuq medda ta' sentejn. Dawn il-proġetti jista' jkollhom sa 40% investiment infrastrutturali, liema investiment imur biex iwieżen il-ħidma soċjali tal-proġett. L-għaqdiet benefiċjarji rċevew 40% tal-fondi mal-firma tal-kuntratt. Il-kumplament tal-fondi se jingħataw mal- preżentazzjoni ta' rapporti annwali, fl-aħħar tal-ewwel u tat-tieni sena rispettivament. F'diskors waqt iċ-ċerimonja, il-Professur Carmel Borg, Chairperson tal-Fond għall- Għaqdiet Volontarji tal- MCCFF ħabbar li b'ħidma mal-Uffiċċju tal-Kummissarju għall-Għaqdiet Volontarji ġie żgurat li l-għaqdiet benefiċjarji huma reġistrati u konformi mal-obbligi tagħhom bħala għaqdiet reġistrati. Borg spjega li kull applikazzjoni eliġibbli, 42 b'kollox, għaddiet minn erba' saffi ta' evalwazzjoni sakemm ir-riżultat finali ġie approvat mill-Bord tas-Superviżjoni tal- MCCFF. Il-proġetti magħżula jirrappreżentaw firxa ta' ħidma soċjali li bejniethom ikopru ħafna mill-miri għall- iżvilupp sostenibbli tal-Ġnus Magħquda. Il-President ta' Malta Marie-Louise Coleiro Preca, irringrazzjat lill-kumitat tal-Fond għall- Għaqdiet Volontarji għall- ħidma tagħhom matul dawn is-sentejn u n-nofs, minn mindu saret it-trasformazzjoni fil-mod ta' kif jitqassmu l-fondi miġburin mill-Istrina għall- għaqdiet mhux governattivi. Il-President temmet tgħid li hija tinsab kburija li "għandna 21 proġett soċjali li ser inkunu qed ngħinu fih bħala poplu, permezz tal-fondi li jinġabru mill-ġenerożità tan-nies."