Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/800763
Il-Ħadd 19 ta' Marzu 2017 | illum Editorjal ILLUM, MEDIATODAY LTD, VJAL IRRIĦAN, SAN ĠWANN SĠN 9016 Tel: (356) 21 382741-3, 21 382745-6 • Fax: (356) 21 385075 Ittri u Kummenti, Imejl: illum@mediatoday.com.mt Kwoti I l-ħsieb wara l-kwoti huwa pożittiv, u ħafna wkoll. Il-kunċett mhux daqstant imma. Din il-gazzetta u ħafna magħha m'għandhom l-ebda dubju li meta l-Prim Ministru l-ġimgħa l-oħra ppropona li hu jew il-Partit Laburista se jkun qed jitfa' l- programm elettorali tiegħu l-wegħda ta' kwota għan- numru ta' nisa l-Parlament kellu kull intenzjoni tajba. Huwa diċilissimu nemmu mod ieħor minn Prim Ministru li f 'erba' snin kien il-forza ewlenija wara l-akbar bidliet soċjali li sa it żmien ilu nitkellmu biss dwarhom konna. Joseph Muscat, qabel l-aħħar elezzjoni kien wiegħed li Gvern Laburista se jkun l-aktar wieħed femminista. Anke jekk mhux biżżejjed, għax qatt mhu biżżejjed, l-ispirtu ta' dik il-wegħda nżamm mhux biss permezz tal-ħatra ta' President tar-Repubblika mara, jew permezz ta' tliet nisa fil-kabinett, imma wkoll permezz ta' leġiżlazzjoni li tirrispetta l-għażliet tal- mara fejn tidħol l-użu tal- kontraċettiv. Inżamm ukoll permezz tal-ħidma ġenwina u pożittiva li qed tagħmel il-Ministru Helena Dalli, fil-qasam tal-ġlieda kontra l-vjolenza domestika. Minkejja dan, xorta nemmnu li l-kwoti mhux biss għal Deputati imma wkoll għal nisa fi kwalunkwe post tax-xogħol ieħor huma ħżiena u fil-fatt jistgħu, fit- tul jaħdmu kontra l-istess ħsieb jew għan li għandhom persuni bħall-Prim Ministru. Din il-gazzetta temmen li kull persuna, in kwantu mill-ġeneru tagħha, għandha tasal fejn tasal għax 1) hi kapaċi 2) għax jistħoqqilha u jimmeritaha li tasal u 3) għax tkun ħadmet biżżejjed u kellha biżżejjed ambizzjoni biex tasal. Il- kwota tal-ġeneru f 'kull sfera tal-ħajja jistgħu faċilment imorru kontra kull waħda minn dawn il-prinċipji li din il-gazzetta tħoss li qatt m'għandhom jitmessu. Persuna, in kwantu mill- ġeneru, m'għandha qatt tkun relegata f 'pożizzjoni ta' awtorità jew ta' saħħa politika sempliċiment għax 1) taf lil xi ħadd 2) għax tħoss li l-lealtà politika tul is-snin tagħtiha xi liċenzja biex tilħaq u definittivament mhux 3) fuq bażi sempliċi tal-ġeneru. Anke jekk fil-fatt il-ġeneru f 'ħafna pajjiżi, inkluż f 'Malta għadu xi ftit jew wisq ta' xkiel, xorta waħda il-kwoti waħedhom mhumiex is-soluzzjoni, speċjalment fil-Parlament. Għax jekk se noħolqu kwota ta' nisa, mhux ovvja li se jkun hemm irġiel li bid-dritt u li ħadmu għal dak is-siġġu, li jkun ħaqqhom post fil-Parlament u ma jieħduhx? U dan, b'liema dritt? B'liema dritt inċaħħad raġel mid-dritt demokratiku tiegħu biex nirregalah lil mara, sempliċi fuq il-bażi li hija mara? Dan ma jgħoddx għan-nisa biss, dan jgħodd għal kull minoranza jew kull grupp soċjali ieħor li huwa, jew huwa perċeput li huwa minn taħt u bla vuċi. L-ugwaljanza hija preċiżament dik. Li kulħadd ikun l-istess u kwota, jew żieda li tista' tkun bi pjaċir biex ngħaqqdu n-numru mhi ugwaljanza xejn. Dan mhux argument ta' dan l-editorjal biss, l-istorja fuq il-faċċata ta' din il-gazzetta illum tixhed li fil-fatt lanqas il-maġġoranza tad-Deputati nisa fil- Parlament Malti, mhuma wisq konvinti minn kwoti. Biex inkunu għidna kollox, kemm uħud mid-Deputati li tkellmu mal-ILLUM, bħas-Segretarju Parlamentari Deborah Schembri kif ukoll il-Prim Ministru innifsu qalu li jista' jkun li din il-miżura tiddaħħal b'mod temporanju, sakemm "is-sistema tiġi f 'postha." Aħna, nħossu li anke dan huwa argument difettuż. Is-sistema tista' tiġi f 'postha meta fil-lista ta' kandidati tal-partiti stess ikollna għażla iktar wiesgħa ta' kandidati femminili. Imbagħad inħalli lin-nisa jitkellmu b'ħidmiethom. Marie Louise Coleiro Preca saret President, kap ta' stat li llum kulħadd jew kważi kulħadd iħobb u jammira. Deborah Schembri, qed tmexxi waħda mill-aktar riformi kbar tal-pajjiż f 'dipartiment imnawwar mill-fundament, Paula Mifsud Bonniċi u Claudette Buttigieg politiċi ta' ruħ soċjali li jitkellmu favur il-fqir u l-batut, Justyne Caruana li kemm ilha Segretarju Parlamentari komplew isiru qabżiet kbar favur nies b'diżabilità u l-anzjani. Marthese Portelli u Kristy Debono, żewġ politiċi pjuttost ġodda fix- xena politika lokali imma li qed jaħdmu qatigħ kemm fuq livell distrettwali kif ukoll fuq livell nazzjonali. Giovanna Debono, tajjeb u ħażin, waħda mill-aktar nisa li damet Ministru u waħda mill-aktar politiċi popolari f 'Għawdex, Marlene Farrugia, tajjeb u ħażin, ma beżgħetx tmur kontra l-partit tagħha għal dak li hu tħoss li hu ġust u fl-aħħar u mhux l-inqas Helena Dalli. Dalli hija u se tibqa' mfakkra bħala l-mara li kienet il-moħħ biex jissewwew inġustizzji soċjali u jiddaħħlu drittijiet li fil- pajjiż qatt ma konna naħsbu li se jidħlu. Dawn ma kellhomx bżonn kwoti biex ikunu eletti, biex jingħataw Ministeru jew Shadow Ministry u lanqas biex jagħmlu suċċess u la waslu dawn in-nisa, tasal kull mara li għandha r-rieda li tidħol fil-Parlament biex tagħmel differenza. U jekk se nsemmu n-nisa, immorru aktar lura. Agatha Barbara mara kienet, fi żmien fejn il-vuċi tal-mara kienet tiswa ħafna inqas mil-lum u fejn, terġa' u tgħid vuċi ta' mara Laburista bl-interdett kien ħafna inqas. Kienet l-ewwel mara President tar-Repubblika u l-unika mara fil-Kabinett, u taf xiex? Ma kellhiex bżonn kwota. Editur: Albert Gauci Cunningham 21