Illum previous editions

illum 19 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/800763

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 19 ta' Marzu 2017 Sports 28 Azzjoni mill-konfrot bejn Swieqi u Qormi. Ritratt - Joe Borg Ritratt: Dominic Borg minn Cristian Antony Muscat Sliema W ......................... 1 Birkirkara. ....................... 1 BIRKIRKARA ġew miżmuma fi draw ta' 1-1 minn Sliema Wanderers. B'hekk huma niżlu fil- ħames post, punt biss taħt Floriana li jinsabu fir-raba' post. Iż-żewġ timijiet qassmu l-logħob bejniethom tul id- 90 minuta u b'hekk riżultat ta' draw jista' jitqies bħala wieħed ġust. Wara żewġ telfiet bl-iskor identiku ta' 2-1, dan id-draw fisser li Birkirkara qatt ma rnexxielhom jegħbu lill-Wanderers matul dan l-istaġun. L-Istripes wettqu bidla waħda mit-tim li għeleb lil Hamrun Spartans hekk kif Srdjan Dimitrov ħa post is-sospiż Gonzalo Malan. Min-naħa l-oħra l-Wanderers, kellhom lil Stefano Bianciardi u Mark Scerri jieħdu post John Mintoff u Salomon Wisdom rispettivament. Birkirkara fetħu l-iskor fil-11-il minuta grazzi għall- freekick mill-isbaħ ta' Miguel Angel Alba li ma ta l-ebda ċans lill-goalkeeper Taljan tal-Wanderers, Giuseppe Sarao. Iżda l-Blues ġabu l-iskor indaqs seba' minuti wara meta Denni Rocha dos Santos interċetta back-pass ta' Cain Attard lejn il-goalkeeper tal-Istripes Henry Bonello u tefa' l-ballun wara l-istess goalkeeper. Fis-46 minuta Edward Herrera qabeż plejer avversarju qabel ra x-xutt tiegħu jaħbat max-xibka minn barra biex ta l-illużjoni tal-gowl. L-azzjoni denja ta' nota li segwiet waslet biss fit-82 minuta meta Denni Rocha dos Santos għall-Wanderers xeħet cross invitanti fil-kaxxa li sab lil Leonardo Incorvaia li ra d-daqqa ta' ras tiegħu tintemm għoli. Minuta biss wara, is- sostitut tal-Istripes Matthew Guillaumier rebaħ il-pussess tal-ballun u ra x-xutt potenti tiegħu jintemm għoli fuq il- lasti ta' Henry Bonello. Sliema W. - Sarao, Muscat, Temile (Spiteri 72'), Rocha dos Santos, Scerri (Xuereb 78'), Pearson, Bianciardi, Calixto Correa Duarte, Farrugia, Incorvaia, Aquilina (Muchardi 61') Birkirkara - Bonello, Herrera, Bubalovic, Sciberras, Andjelkovic (Guilluamier 74'), Agius (Obregan Quinones 46'), Vukanac, Zerafa, Alba, Attard, Dimitrov Referi - Malcolm Spiteri DENNI ROCHA DOS SANTOS Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal- Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Skorja l-gowl li ġab id-draw għal Sliema Wanderers f'din il-partita. Fil-passat riċenti lagħab ukoll ma' Tarxien Rainbows u Valletta. Birkirkara miżmuma minn Sliema Wanderers Gabriel Aquilina ssikkat minn Gareth Sciberras u Cain Attard

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 March 2017