Illum previous editions

illum 19 March 2017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/800763

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

Aħbarijiet 9 Il-Ħadd 19 ta' Marzu 2017 | illum Dwarna with Mariella Dimech every Tuesday at 21.00 on TVM2 il-kwoti għan-nisa measures' "il-kwoti m'għandhom qatt jitqiesu bħala n-norma f 'sistema moderna, imma sempliċiment bħala għajnuna sakemm is-sistema tiġi f 'postha." Il-Kap tal-Partit Demokratiku Marlene Farrugia min-naħa tagħha, kellha kliem iebes għall- proposta tal-Prim Ministru u tqabbilhom mal-kwoti tat-tonn, f 'kumment li qalet fuq il-paġna tagħha ta' Facebook. Tinsisti li "jekk iddaħħlu l-kwoti, il-kredibbiltà li akkwistajna kontra kull preġudizzju matul iż-żmien, se tħottuha." Farrugia tagħmel aċċenn għall-elezzjonijiet tal- Parlament Ewropew fejn tfakkar li hemmhekk, anke jekk m'hemmx kwota, il-maġġoranza assoluta hi tan-nisa. 'Neħħu x-xkiel u l-preġudizzji biex jitilgħu n-nisa' Diversi deputati, partikolarment Deborah Schembri, Paula Mifsud Bonnici, Marthese Portelli u Marlene Farrugia saħqu li iktar milli proposti għal kwoti biex nisa jiġu eletti fil-Parlament, għandu jiġi żgurat li jkun hemm ambjent iktar addattat sabiex in-nisa jitħajru joħorġu għall-elezzjonijiet biex eventwalment jitilgħu fil-Parlament. Deborah Schembri ssostni li huwa importanti li jkun hemm "bidla sostanzjali fl-ambjent lavorattiv għaliex jekk le, malli jerġgħu jitneħħew il- kwoti, nerġgħu mmorru lura fejn konna." Paula Mifsud Bonnici tistaqsi jekk il-partiti politiċi qed joffrux l-aħjar għodda lin-nisa sabiex jikkunsidraw li joħorġu għall-elezzjoni. "Hemm biżżejjed miżuri 'family friendly' li jgħinu lill-mara toħroġ għall- elezzjoni?" Min-naħa tagħha, Marthese Portelli ssostni li anke l-ħinjijet li fihom isiru s-seduti tal-Parlament huma f 'ħin li jieħu lid-deputati minn mal-familja tagħhom. Id-Deputata Marlene Farrugia insistiet sabiex jitneħħa kull tip ta' xkiel li mara kapaċi taffaċċja u hemmhekk, iktar nisa jikkunsidraw li joħorġu għall-elezzjoni u jiġu eletti. "Neħħu x-xkiel, il- preġudizzji u t-tlajjar biex anke l-Parlament ikun family friendly partikolarment bħala ħinijiet u jikkontestaw in-nisa u jtellgħuhom," appellat Farrugia. 'Il-partiti politiċi għandhom jaraw li jkun hemm bilanċ fil-lista ta' kandidati' Il-grupp 'Network of Young Women Leaders', b'reazzjoni għall-proposta tal-Prim Ministru, sostnew li iktar milli jkun hemm kwoti fin-numru ta' nisa eletti fil- Parlament, il-partiti politiċi għandhom jassiguraw li l-jkollhom rappreżentazzjoni bilanċjata ta' nisa u rġiel fil- lista ta' kandidati tagħhom għall-elezzjoni ġenerali li jmiss. Fil-fatt, din l-għaqda ssostni li filwaqt li tapprezza l-intenzjoni tal-Prim Ministru li jiżdiedu n-nisa fil-Parlament, temmen li l-problema mhix li l-poplu m'għandux fiduċja fin-nisa u allura ma jafdawhomx bil-vot, iżda l-problema hi li ma jkunx hemm kandidati nisa biżżejjed. Tant hu hekk, issostni l-NYWL, li r-rappreżentanza tal- kandidati nisa fuq ċerti distretti kienet dik ta' żero hekk kif ma kien hemm l-ebda mara tikkontesta f 'dak id-distrett. Xi ħaġa, li l-NYWL tiddeskrivi bħala 'inaċċettabbli'. L-għaqda ssostni wkoll li jeħtieġ li jittieħdu diversi miżuri oħra biex jinkoraġġixxu lin-nisa, fosthom li jitneħħew il- ħinjiet fit-tard, u din tista' titneħħa biss jekk il-membri parlamentari jkunu fuq bażi full-time, kif ukoll jiġu introdotti servizzi ta' childcare li jgħinu aktar lil nisa b'ulied żgħar. Ara wkoll l-opinjoni tal-Whip tal-Gvern Godfrey Farrugia fuq paġna 19 'Żomm għajnejk fuq it-triq għas- sewwieqa tal-muturi u ċ-ċiklisti' ILBIERAĦ filgħodu għall- ħabta tat-7:45, ċiklista ta' 36 sena weġġa' gravi wara li ttajjar minn karozza fi Triq ir-Ridott, kantuniera ma' Triq Tul il-Kosta, Baħar Iċ- Ċagħaq, meta għal xi raġuni ntlaqat minn karozza tat-tip Toyota Vitz li kienet qed tinstaq minn raġel ta' 29 sena. Ilbieraħ stess, Transport Malta u l-Kunsill Malti għas- Sigurtà fit-Toroq, nedew kampanja biex titqajjem kuxjenza dwar il-perikli li jiltaqgħu magħhom is- sewwieqa tal-muturi u ċ-ċiklisti. Dawn is-sewwieqa huma l-aktar involuti f 'aċċidenti serji, għalkemm huma ħafna inqas fin-numru. Fl-2016, 6% biss tal-vetturi rreġistrati Malta kienu muturi iżda 40% tal-fatalitajiet kienu sewwieqa tal-muturi, disgħa tilfu ħajjithom. Wieħed minn kull tlieta li weġġgħu serjament, kien sewwieq ta' mutur. Għal dan il-għan, Transport Malta u l-Kunsill Malti għas- Sigurtà fit-Toroq iffukaw kampanja dwar l-interazzjoni fit-triq bejn is-sewwieqa tal- muturi, tal-karozzi u ċ-ċiklisti. Il-kampanja tindirizza kemm lis-sewwieqa tal-muturi u r-roti kif ukoll tal-karozzi. Titlob lis-sewwieqa tal- muturi biex joqgħodu attenti u jkunu lesti għal kull manuvra fit-toroq, biex jilbsu ilbies protettiv u ma jsuqux b'mod eċċessiv. Il-kampanja tindirizza wkoll lis-sewwieqa tal-karozzi. Is-sewwieqa tal-muturi u ċ-ċiklisti huma aktar diffiċli biex tarhom u għalhekk aktar vulnerabbli. Għaldaqstant, il-kampanja titlob lis-sewwieqa tal-karozzi biex isuqu b'attenzjoni u jżommu d-distanza. Transport Malta u l-Kunsill Malti għas-Sigurtà fit-Toroq, se jxandru dan il-filmat fuq diversi mezzi tax-xandir u l-media soċjali biex jilħqu udjenza wiesgħa. Ser ixandru avviżi tar-radju u jqassmu flyers u posters biex ifakkru fit- temi ewlenin tal-kampanja. Il-muturi u ċ-ċikliżmu qed isuru popolari f 'Malta. Transport Malta qalet li hija kommessa li, fejn hu possibbli, tħares aħjar dawn il-mezzi tat-trasport fid-disinn tal-infrastruttura fil-futur. Transport Malta introduċiet ukoll 'motorcycle strips' għall-ewwel darba waqt l-implimentazzjoni ta' Triq il-Kosta. Aktar motorcycle strips u crash barriers se jsiru element iktar regolari fl- għamara tat-triq.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 19 March 2017